Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20749 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Budget 2021 – benefiċċji lill-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18998 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, u li issa ġiet irreferuta lilu u jindika x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom skont il-Budget 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 19541.
Leg 13 PQ #20750 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Illiteriżmu f’pajjiżna

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’qiegħed isir f’pajjiżna dwar il-problema tal-illitteriżmu? Kemm huwa kkalkulat li hija r-rata ta’ illitteriżmu fost il-poplu Malti u Għawdxi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19101.

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – spezzjonijiet fi djar residenzjali u ċentri ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru spezzjonijiet/sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali u Ċentri ta’ Riabilitazzjoni fis-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Meta saru dawn iż-żjarat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 saru 48 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-116 service users u lill-172 staff kif ukoll 30 intervista telefonika lill-responsible carers. Fl--2019 saru 59 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-180 service users u lill-153 staff kif ukoll 24 intervista telefonika lir- responsible carers . Dettalji sħaħ jinsabu fir-rapporti annwali li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat li għas-sena 2020 il-vi¿ti ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati ma sarux sabiex jitnaqqsu ir-riskji ta’ tixrid tal-virus tal-Covid-19. Minflok, intu¿aw mezzi alternattivi fosthom emails, telefonati u case-reviews sabiex ġew indirizzati il-ħtiġijiet u l-obbligi ta’ sorveljanza fuq sitwazzjonijiet li ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali mingħand pazjenti, qraba u staff.

Residenzi tal-anzjani – anzjani li ma jistgħux iqumu mis-sodda — viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra hemmx ħsieb li issa li l-anzjani fir-residenzi f'Malta u Għawdex jistgħu jirċievu l-viżitaturi, isiru arranġamenti apposta, biex anke dawk l-anzjani li ma jistgħux iqumu mis-sodda, ikunu jistgħu jirċievu viżitaturi fil-kamra tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ill fil-każ ta’ persuni li ma jistgħux iqumu mis-sodda, il-viżitaturi għandhom ikellmu lill-maniġment tad-dar biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

MFSA – xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn l-2011 u l-2021? Jista’ jgħid f’kull każ x’kien ix-xogħol li ngħata? Kif ingħata, jekk hux b’sejħa pubblika jew direct order? Kemm tħallas tax-xogħol li għamel? Jista’ jgħid min fl-MFSA iddeċieda li jagħti kuntratt/i lill-individwu msemmi u jekk kienx jaf li nstab ħati ta’ negliġenza fil-professjoni tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi kien ingaġġat mill-MFSA bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment, permezz ta’ Ittra tal-Ħatra datata 27 ta’ Awwissu 2020. Matul il-proċess tal-għazla, inkisbu total ta’ erba’ kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie maħtur mill-Awtorità bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata biex toffri servizzi ta' investiment, madankollu l-pagament tiegħu kellu jitħallas mid-ditta msemmija kif provdut mill-liġi. L-individwu msemmi ġie maħtur biex jagħmel inter alia ezerċizzju ta' rikonċiljazzjoni, jissorvelja it-trasferimenti li kienu għadhom iridu jsiru mid-ditta u jirraporta immedjatament lill-MFSA kwalunkwe irregolaritajiet li jsir jaf bihom. L-individwu msemmi ġie wkoll maħtur mill-Awtorità bħala Persuna Kompetenti ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment u kif ukoll bhala Persuna Kwalifikata ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni, permezz ta’ Ittri tal-Ħatriet datati 26 ta’ Marzu 2021. Il-pagament ta’ dawn iz-zewġ ħatriet kellhom ukoll jiġu mħallsa mid-ditti msemmija kif provdut mill-liġi. B'rabta mal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' investiment, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta u kif ukoll biex jiehu ħsieb l-assi kollha, għall-finijiet tas-salvagwardja tal-interessi tal-investituri. Fir-rigward tal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' assigurazzjoni, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta. Matul il-proċess tal-għazla tal-individwu imsemmi bħala Persuna Kompetenti u bhala Persuna Kwalifikata fuq id-ditti msemmija, l-MFSA kisbet total ta’ tliet kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie maħtur mill-“Executive Committee” tal-MFSA fil-ka¿ijiet imsemmijin f’din ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20753. L-Awtorità meta iddecidiet illi taħtar lill-individwu msemmi, ħadet in konsiderazzjoni illi l-avveniment imsemmi seħħ numru ta’ snin konsiderevoli, u kemm id-ditta u l-“partners” tagħha ¿ammew il-“warrant” tagħhom.

Skema Micro-Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema Micro-Invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Leg 13 PQ #20764 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSE – każ ta’ persuna

Question

B’referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li qed iwasslu lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jibdel il-Learning Support Educator regolarment, minkejja li fil-konklużjoni tal-istess rapport, qed jirrakkomanda li l-Learning Support Educator ma tinbidilx? Tista' tgħid ukoll x'se tagħmel biex din ir-rakkomandazzjoni u rakkomandazzjonijiet oħra fir-rapport, jiġu segwiti ħalli l-persuna msemmiha tkun tista’ timxi ’l quddiem fl-edukazzjoni tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għal ġid tal-istudenti statemented, LSE tinbidel kull sena ħlief f’eċċezzjonijiet bħal fejn ikun hemm xi kundizzjoni medika severa. Dan dejjem isir fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti fis-settur li għandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li jkunu wkoll evalwaw rapporti li jista’ jkun hemm magħmula minn psikologi. Dan l-assessjar isir b’mod regolari biex jindirizza l-bżonnijiet tat-tfal li jinbidlu huma u jikbru.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Pfiżer

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 20506 u 20634, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba kollha, hekk kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari oriġinali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Comirnaty li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom. Comirnaty persuni li għandhom iktar minn 80 sena 41,370 persuni bejn is-70 u 79 sena; 66,286 persuni bejn is-60 u 69 sena 28,566 persuni oħra 84,921 Total 221,143

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Astrazeneca

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20507 u 20635, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni kollha kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Vaxzevria li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom. Vaxzevria persuni li għandhom iktar minn 80 sena nil persuni bejn is-70 u 79 sena; nil persuni bejn is-60 u 69 sena 32,025 persuni oħra 67,909 Total 99,934

Kunsilli lokali — vouchers għal cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjiet parlamentari 19520 u 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-vouchers lill-cat feeders biex jinxtara ikel ma jaqax taħt dan il-Ministeru. Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa – Triq Dun Manwel Grima – lampi/bozoz — manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa (mill-Enemalta jew mill-Kunsill Lokali Mellieħa) sabiex lampi/bozoz maqtugħa fi Triq Dun Manwel Grima kantuniera ma’ Triq l-Għasafar u f’żoni oħra fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, jerġgħu jinxtegħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bozoz/lampi fit-toroq indikati m’humiex fir-responsabiltà tal-Enemalta PLC iżda tal-Kunsill Lokali. Madanakollu infurmata li l-Enemalta iċċekkjat il-linja tal-elettriku u nstabet li hija tajba.

Il-Mellieħa – Triq Dun Manwel Grima – lampi/bozoz — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir l-manutenzjoni meħtieġa mill-Kunsill Lokali Mellieħa sabiex lampi/bozoz maqtugħa fi Triq Dun Manwel Grima kantuniera ma’ Triq l-Għasafar u f’żoni oħra fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, jerġgħu jinxtegħlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tinagħta f’seduta oħra.

Victoria Lines — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru fil-Victoria Lines minn Infrastruttura Malta kellux l-approvazzjoni tas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri tali approvazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha f’infrastruttura aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli f’pajjiżna, Infrastructure Malta għaddejja bi programm estensiv ta’ tiswijiet u manutenzjoni ta’ mijiet ta’ toroq rurali. Aktar kmieni din is-sena, l-aġenzija bdiet tiksi mill-ġdid triq li kienet diġa miksija bil-konkos fil-passat, fil-limiti tad-Dwejra, bejn l-Imġarr u r-Rabat. Din it-triq dejqa kellha partijiet miksijin bl-asfalt u oħrajn bil-konkos, i¿da matul is-snin, minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni, il-wiċċ tagħha spiċċa fi stat ħażin ħafna. Ix-xogħlijiet bdew wara li nkisbu l-permessi meħtieġa għal xogħlijiet f’toroq e¿istenti. L-ewwel xogħlijiet bdew f’parti mit-triq li m’hijiex viċin il-Victoria Lines u li m’hijiex koperta bl-ebda tip ta’ skedar jew protezzjoni oħra ambjentali jew arkeoloġika. Meta x-xogħol kien qed joqrob lejn art li tinsab mal-burdura (buffer) taż-żona ta’ protezzjoni tal-istrutturi tal-Victoria Lines, Infrastructure Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ddiskutew ix-xogħlijiet u ftiehmu li l-kumplament tat-triq hekk kif toqrob lejn is-sit tal-Victoria Lines jinkesa b’materjal simili tal-konkos li huwa aktar adattat għal postijiet bħal dawn. Dan it-tip ta’ materjal intuża fil-passat f’siti oħra ta’ importanza storika jew ambjentali peress li huwa meqjus bħala mod sostenibbli kif ittejjeb l-aċċessibilità ta’ toroq bħal dawn mingħajr ma jintuża asfalt jew konkos. Wara li tlestew ix-xogħlijiet fit-tieni parti tat-triq, Infrastructure Malta ddeċidiet li sabiex tiffaċilità l-manutenzjoni tal-istess triq fil-futur, l-ewwel parti tat-triq li kienet diġa saret bil-konkos, tinkesa bl-istess materjal, ħalli tkun kollha bl-istess tip ta’ wiċċ. B’hekk, permezz ta’ din il-ħidma b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza, l-aċċess għal dawn l-inħawi għall-bdiewa, sidien ta’ propjetajiet fl-inħawi u ħafna persuni oħrajn li jżuru dawn in-naħat għal xi mixja, issa huwa ferm aħjar milli kif kien tħalla għal ħafna snin fil-passat.

Single Parents Malta

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm hemm single parents f'Malta? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru tà Single Parents li jirċievu l-Għajnuna Soċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Nisa 2,239 Irġiel 31 Total ta' Benefiċjarji 2,270

Malta Racing Club — elezjoni għal rappreżenanti tal-horse owners

Question

B’referenza għall-mistqosija parlamentari fejn il-Ministru qed tikkonferma li ma saritx elezzjoni ġdida għal rappreżentanti tal-horse owners fil-kunsilll tal-Malta Racing Club, u ġaladarba l-Ministru qed tirrikonoxxi lil HOADA bħal assoċjazzjoni sportiva indipendenti, tista' l-Ministru tgħid jekk qattx assistiet lill-assoċjazzjoni tal-horse owners biex jorganizzaw ruħhom u l-isport tagħhom kif isir ma’ għaqdiet sportivi oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li assistenza lill-HOADA tingħata fil-kuntest tar-realtajiet speċifiċi tal-isport in kwistjoni. Differenza minn dak li kien isir fil-passat, huwa kommess pubblikament li se tingħata għajnuna sabiex għall-ewwel darba fl-istorja il-HOADA ikollha bażi solida li minnha tkun tista’ twettaq ħidma u tirrapreżenta lis-sidien u s-sewwieqa.

Korsa tal-Marsa – ramel

Question

B’referenza għall-mistqosija parlamentari 20653, tista' l-Ministru tgħid jekk dak il-persuna/persuni li semmiet li approvaw r-ramel li għadu kif inġib huwiex/humiex l-istess persuna/persuni li approvaw r-ramel ħażin li għadu kif tneħħa?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-istess persuna/persuni li waqqfu l-konsenja preċedenti tar-ramel li kien se jingħata fil-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa.

Kumpless Nazzjonali tal-Isparar – financial statements

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Kumpless Nazzjonali tal-Isparar?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements ta’ SportMalta, li jinkludu l-Kumpless Nazzjonali tal-Isparar, se jiġu ppreżentati fil-kamra tar-rappreżentanti, hekk kif dejjem sar, meta jkunu lesti.