Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20433 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – senior management – transport allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jirċievu Transport Allowance? Jista’ jgħid ukoll il-pożizzjoni ta’ kull uffiċjal, kif ukoll id-data li beda jirċievi tali allowance u x' inhu l-ammont fi flus li jingħataw kull sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija għal Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-implimentazzjoni tal-Management Plan tal-gżejjer ta’ Kemmuna, bħala sit Natura 2000, hija proċess kontinwu li qiegħed isir b’kollaborazzjoni u koordinament sħiħ bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u Ambjent Malta (AM). Fost l-interventi li saru mill-2017 ’l hawn sabiex jitwettaq dan il-pjan wieħed jista’ jsemmi t-tneħħija ta’ aktar minn disgħin (90) tunellata ta’ speċi aljeni invasivi u l-kontroll tal-aċċess għall-għaram tar-ramel fil-bajja ta’ Santa Marija. Is-sit għall-ikkampjar ġie rilokat minn Santa Marija għaż-żona Tal-Ful sabiex ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni tas-sit Santa Marija jkun jista’ jibda. Tneħħew ukoll mal-mitejn u tmenin (280) tunellata ta’ skart goff u materjal tal-kostruzzjoni, filwaqt li, għar-riġenerazzjoni tal-ambjenti naturali, n-numru ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li tħawlu jeċċedi t-tlettax-il elf u tmien mija (13,800). Sadanittant, sabiex Kemmuna tingħata l-istatus ta’ Park Nazzjonali, qed jitħejjew regolamenti għall-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-gżira. Fir-rigward tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20443 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Binjiet tal-Aurora Theatre jew Soċjetà Filarmonika Leone — spiża

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bi break down tal-ispiża u kif ukoll b'indikazzjoni lil min saru l-ħlasijiet għall-bini tal-Aurora Theatre jew is-Soċjetà Filarmonika Leone u l-madwar ġie attrezzat u beda jintuża ukoll biex tingħata t-tilqim kontra l-COVID-19?

Response (CAMILLERI, CLINT)

“Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa u FMS evalwaw numru ta postijiet sabiex potenzjalment jiġu konvertiti għall-ċentru ta’ vaċċinajzzoni ewlieni għall-poplu Għawdxi. Wara spezzjonijiet li saru f’numru ta postijiet sabiex potenzjalment jintużaw għal dan il-għan, ġie deċiż li jintuża il-Gozo Conference and Expo Centre li kien ideali minħabba id-daqs tiegħu sabiex jilqa’ fih numru ta’ persuni f’salt, ix-xogħlijiet minimi li kien hemm neċessarji sabiex jiġi kkonvertit għal dan il-għan, kif ukoll għall-fatt importanti li dan jinsab fiċ-ċentru t’Għawdex, biswit l-akbar parkeġġ f’Għawdex. Apparti dan, il-post ġie aċċessibli ukoll għall-persuni li għandhom problemi ta’ mobbilita’. Il-ħlas li qed jsir huwa ta’ €240 kuljum lill-għaqda volontarja Soċjeta Filarmonika Leone VO/0326 liema servizzi jinkludu l-użu esklussiv tas-sala kif ukoll l-aċċessi mit-triq, l-użu ta’ faċilitajiet anċellari, provvista ta’ dawl u ilma inkluż l-użu kontiwnu tal-arja kundizzjunata waqt il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru u l-użu tal-internet. Ma sar l-ebda ħlas għall- ‘bini’ tat-Teatru Awrora, liema Teatru infurmat li inbena madwar 50 sena ilu. Sal-lum, f’Għawdex ingħataw 23,627 tilqima, fejn 12,293 minnhom ingħataw propju minn dan iċ-ċentru. Dan il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibli sabiex il-poplu Għawdxi u Malti jiġi mlaqqam mill-aktar fiss ħalli nħarsu s-saħħa tal-poplu u niżguraw li l-ekonomija terġa tirpilja.”

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Marzu 2021 għal: a. parkeġġ ħażin; b. liċenzji mhux imħallsa jew mhux imwaħħla; c. littering fir-rigward ta’ ħmieġ tal-annimali; u d. vetturi li jdaħħnu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu msemmi ngħataw ċitazzjonijiet skont hawn taħt: - Parkeġġ ħażin: 184,507 - Liċenzja mhux mħallsa/mwaħħla: 35,602 - Littering (Reg 4 LN344/2005): 374 - Exhaust pipe emits smoke: 244

Ħad-Dingli – żona tal-parkeġġ — ritratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ittieħed ir-ritratt taż-żona tal-parkeġġ f'Ħad-Dingli li tella’ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook? Min ħadu dan ir-ritratt? Kemm ġie jiswa? Kif ukoll min ħallas għalih?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-ritratt ħadu resident kuntent minn Ħad-Dingli, u qed nassumi li ħadu minn fuq il-bejt. Ma ħallast xejn għalih.

Karozzi tal-linja — flotta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet kbira l-flotta ta' karozzi tal-linja, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ karozzi tal-linja liċenzjati mill-2015 sa l-aħħar ta’ sena li għaddiet kienu hekk kif jidher fit-tabella susegwenti. Ta’ min wieħed jinnota li dawn il-figuri huma hekk kif kienu fl-aħħar ta kull sena. Sena Numru ta’ Karozzi Tal-Linja Liċenzjati 2015 380 2016 402 2017 417 2018 421 2019 433 2020 434

Rotot tal-Karozzi tal-linja — Iġorru inqas minn 200 persuna kuljum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rotot tal-karozzi tal-linja li jġorru anqas minn 200 persuna kuljum, liema huma dawn ir-rotot u kemm ilhom joperaw mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika jekk l-informazzjoni li qegħda tiġi mitluba tirrigwardjax dawk ir-rotot li jġorru anqas minn 200 passiġġier kuljum prezentament fuq rotot li ilhom fis-seħħ mill-2015 jew inkella jekk l-informazzjoni mitluba hijiex mitluba sena b’sena mill-2015.

Rotot tal-Karozzi tal-linja — tgawdija minn patronaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iżjed għaxar rotot li gawdew minn patronaġġ qawwi fil-gżejjer Maltin matul is-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li minn informazzjoni miksuba dwar it-trasport pubbliku l-aktar 10 rotot li gawdew mill-għola patrunaġġ fis-snin mitluba huma is-sussegwenti: · 2018 13, 13A, 31, 14, 91, 42, 48, 41, 222 u 16 · 2019 13, 13A, 14, 31, 42, 48, 91, 41, 16 u 222 · 2020 48, 42, 91, 14, 31, 41, 13, 13A, 82 u X4

Tal-Linja Card — ċittadini Maltin u persuni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn Tal-Linja Cards irreġistrati fuq ċittadini Maltin u Tal-Linja Cards irreġistrati fuq persuni barranin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2020 kien hawn 420,000 Tallinja Cards irreġistrati. Infurmat ukoll li ma tinżammx informazzjoni ta’ kemm minn dawn huma Maltin jew barranin.
Leg 13 PQ #20648 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20480 u tgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20481 u tgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi ndikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20482 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20489 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess Interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20490 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Leg 13 PQ #20688 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20491 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn l-aħħar sentejn u fejn saru dawn l-ispezzjonijiet sabiex jiġu provduti servizzi li huma siguri u ta’ kwalità għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.

Opportunità indaqs għan-nisa fl-impjiegi

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13442, jista’ l-Ministru jindika kemm saru ilmenti ta’ allegat diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk dawn id-diskriminazzjonijiet ġewx indirizzati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

It-tabella t’hawn taħt turi kemm saru ilmenti ta’ allegat diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin sas-27 t’ April 2021. B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza għandha l-poter li tinvestiga każijiet ta’ allegata diskriminazzjoni skont il-Kap 456 tal-Liġijiet ta’ Malta. Wara kull investigazzjoni, il-Kummissarju toħroġ opinjoni bil-miktub dwar jekk instabitx biżżejjed evidenza ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ dak li ġie allegat, skont il-mandat tal-Kummissjoni. Dawn l-opinjonijiet jintbagħtu lill-partijiet ikkonċernati, u jinkludu rakkomandazzjonijiet relatati mal-każ. Ilmenti ta' allegata diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel 20187 20195 20206 2021*4 sas-27 t’April 2021 Total22