Legislature:
Category:
Reset
Active:

Indis Malta Ltd — għajnuna lill-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20710 peress illi fir-risposta li ta, naqas illi jgħid x'għajnuna tat Indis Malta Ltd lill-kumpanija in kwistjoni, jekk tali għajnuna ngħatatx abbażi ta’ xi skema, jekk tali skema hix fid-dominju pubbliku aċċessibbli lil kulħadd u x'inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jaċċedi għal tali għajnuna ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma’ diġa kien spjegat fir-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 20710, il-kumpanija nkwistjoni, kienet allokata spazju industrijali skont il-policies li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ spazju industrijali.

Skema Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18483 u jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-prezent hemm 1,020 ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunita’; 722 f’Malta u 298 f’Għawdex. Minn dawn il-ħaddiema, 292 huma assenjati f’kunsilli lokali, 269 huma assenjati ma’ skejjel pubbliċi, 385 ma’ entitajiet pubbliċi, 71 assenjati ma’ għaqdiet volontarji (NGOs) u 3 assenjati skont fejn ikun hemm il-ħtieġa. Min iħaddem huwa obbligat li joffri kundizzjonijiet xierqa u li bl-ebda mod ma jkunu inqas min dawk stabbiliti fil-liġijiet tax-xogħol li jħarsu il-kundizzjonijiet. Iz-zmien ta’ meta dawn il-ħaddiema daħlu fl-iskema ivarja bejn l-2016 u l-2021.

Jobsplus – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18484 jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus, flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tassisti persuni b'di¿abilità, kif ukoll lil min iħaddem, biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli permezz ta’ ‘job coaching’, ‘job carving’ u skemi li huma mmirati għall-persuni b’ dizabilità li jixtiequ jsibu impjieg. Fost l-iskemi insibu: Il-programm Sheltered Employment Training li jipprovdi taħrig assistit lill-persuni b’ dizabilità aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi ‘ job coaches ’ huma assenjati sabiex jgħinu lill-persuni li jattendu dan il-programm. Il-programm ta’ taħrig jinkludi wkoll perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. Il- Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilita’, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Korsijiet offruti huma; · Award in Pre-Employment Skills · Award in Life and Communication Skills · Award in Basic Clerical Training · Basic ICT Skills L-iskema Bridging the Gap toffri opportunità ta’ esperjenza fuq il-post tax-xogħol ( work exposure ) lill-persuni b’dizabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-b¿onn). Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. F’dan il-perjodu min iħaddem ikollu l- opportunità li jevalwa l-ħiliet u l-progress tal-persuna fuq il-post tax-xogħol, b’sapport kontinwu min naħa ta’ Jobsplus u Lino Spiteri Foundation. L-għan aħħari huwa li l-persuna b’ dizabilità tiġi mpjegata wara t-tmiem ta’ din l-iskema. Barra mill-iskemi msemmija hawn fuq min iħaddem jista’ jibbenifika wkoll minn skemi jew inċentivi meta jimpjega persuna b’di¿abilità fosthom; L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kkofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti. Din l-iskema tipprovdi sussidju ta €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg full-time . Fil-kaz ta’ mpjieg part-time jingħata sussidju pro-rata. Kumpaniji mhux governattivi li jimpjegaw persuni b’dizabilità jistgħu jitolbu biex: · Jiġu ezentati mill-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’dizabilità. · Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju baziku annwali għal kull persuna b’ dizabilità diġa’ mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.

Nisa li sabu impjieg part-time jew full-time

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18485 u jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19342 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Management Efficieny Unit – impjegati b’collective agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-impjegati tal-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru humiex regolati b’collective agreement u jekk le, x’inhuwa l-ftehim li hemm jirregola l-impjegati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati fi ħdan l-MEU huma regolati bi ftehim intern.
Leg 13 PQ #19343 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – ftehim skadut tal-impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta skada l-ftehim (huwiex collective agreement jew memorandum of understanding jew ftehim ieħor) li hemm jirregola l-impjegati fil-Management Efficiency Unit?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati fi ħdan l-MEU huma regolati bi ftehim intern li jindika s-salarji sal-aħħar tas-sena tal-2015 u minn dak i¿-¿mien sal-llum l-impjegati komplew ikunu koperti bl-istess ftehim. Ta min wieħed jinnota li l-Gvern mar quddiem l-impjegati bi proposti għal ¿idiet li qatt ma ġew aċċettati.
Leg 13 PQ #19344 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Management Efficiency Unit fl-2018, 2019 u 2020 sena b’sena? Jista’ jikkonferma jekk għandhomx kuntratt iffirmat ta’ impjieg?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda fl-MEU huwa ta’ erbgħa fl-2018. Ma ġie impjegat ħadd ġdid fl-2019 u 2020. Nfurmat ukoll li iva ovvja li jekk ġew impjegati, iffirmaw kuntratt ta’ impjieg.
Leg 13 PQ #19856 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università – għalliema full-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema full-time fl-Università fis-sena akkademika f’dawn l-aħħar sentejn? Kemm minn dawn huma assenjati b'doveri fil-Junior College fuq bażi full-time jew part-time?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif dwar in-numru ta' akkademiċi fuq bażi full-time fl-Università ta' Malta f’dawn l-aħħar sentejn akkademiċi hu kif se nsemmi: Sena akkademika 2019/2020 - 857 li minnhom 170 ipprestaw is-servizzi tagħhom ġewwa l-Ġan Franġisk Abela Junior College. Sena akkademika 2020/2021 - 870 li minnhom 168 qegħdin jipprestaw is-servizzi tagħhom ġewwa l-Ġan Franġisk Abela Junior College.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – persuni b’diżabilità impjegati

Question

Tista’ l-Ministru, bħala Ministru għall-persuni b’diżabilità tgħid kemm hemm nies b’diżabilità impjegati fis-segretarjat tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi hemm impjegata persuna waħda b’diżabilità.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Chairpersons ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17917 u 17461 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni kif moghdija lili fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — karozzi leased

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18818 u jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ghandna karozza wahda leased.

Funzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idum lift biex jibda jiffunzjona wara li jitpoġġa f’postu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li liftjitpoġġa f’postu jrid ikun iċċertifikat li lest u li hu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-tenderu r-regolamenti tal-lifts tal-2016. Dan hu proċess li jitwettaq fuq medda ta’ erba’ ġimgħat. Madanakollu, il-proċess ta’ notifika li lift hu lest jirrikjedi li jinħarġu ċ-ċertifikati. B’hekk ‘ placing into service ta’ lift’ skond il-liġi hu proċess li jieħu ż-żmien minħabba l-livell għoli ta’ sigurtà mitlub minn makkinarju bħal lifts u jieħu ordinarjament bejn erba’ u sitt ġimgħat minn meta l- lift ikun twaħħal.

Ħaddiema tal-isptar — telework

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ċertu ħaddiema tal-isptar li għandhom aċċess għat-teleworking, mhumiex jitħallew li jsir dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-telework ingħata fejn ix-xogħol innifsu jippermetti u fejn jista isir moniteraġġ iktar b’saħħtu fuq it-twettiq tax-xogħol skont il-gwidi li japplikaw, fejn l-impatt fuq is-servizz ma jkunx negattiv u li dan jibqa’ jingħata ta’ livell għoli.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Leg 13 PQ #20271 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi rendikont u informazzjoni dettaljata tar-rwol tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mis-sena 2013 sa 2019? Fuq liema proġetti ħadem u f'liema kapaċità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha hi mpjegata mal-aġenzija MITA. Bejn is-snin 2015 u 2019, din il-persuna kienet seconded mas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn ħadmet fuq numru ta’proġetti b’interessi nazzjonali, fosthom il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, il-grawnd tal-futbol ta’ Marsaskala, ir-regolamenti għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, evalwar ta’ applikazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-I¿vilupp Rurali, il-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala, il-proġett ta’ Puttinu fiċ-ċentru ta’ Londra, il-proġett ta’ Pjazza Tritoni, u l-Park Nazzjonali tas-Salina.

Produzzjonijiet ta’ films li nġibdu f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi produzzjonijiet ta' films inġibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallew flus fl-ekonomija ta' Għawdex kull wieħed minn dawn il-produzzjonijiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20186.
Leg 13 PQ #20410 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Proċess ta’ tender

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar it-tender: 'Tender for Mechanical, Electrical and Finishing Works Using Environmentally Friendly Products for the Primary and Middle School Complex at Victoria Gozo' (CT2289/2020) li għalqet fl-20 ta' Ottubru 2020 u tgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tat-tender 'Tender for Mechanical, Electrical and Finishing Works Using Environmentally Friendly Products for the Primary and Middle School Complex at Victoria Gozo' (CT2289/2020) hija magħluqa u r-riżultat jiġi ppublikat skont il-proċessi ta' verifika tal-Kuntratti.

Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali għal Għawdex – konsultazzjoni pubblika — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku, dwar il-gżira ta’ Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għal Għawdex? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess iktar minn seba’ snin wara biex jiġu riveduti u ppubblikati l-Pjani Lokali l-ġodda għal Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 8283. Il-proċess tar-reviżjoni tal-Pjan Lokali qed jipproċedi għalkemm ta’ min iżid illi l-Gvern beda ukoll reviżjoni tal-pjan strateġiku SPED f’Jannar ta’ din is-sena, u għalhekk il-proċess tar-reviżjoni tal-Pjani Lokali għandu jimxi skont l-istrateġija tal-iSPED il-ġdid.