Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarx rapport dwar il-parti ta’ Triq il-Karmelitani Fgura mill-kantuniera ta’ Triq il-Kampanella fejn l-asfalt qiegħed jinżel u jċedi b’ħsara għall-proprjetajiet varji li hemm? U jekk iva, meta ser tiġi msewwija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ma sar l-ebda rapport dwar il-parti ta’ Triq il-Karmelitani Fgura mill-kantuniera ta’ Triq il-Kampanella u m’hemm l-ebda ħjiel meta ser tiġi msewwija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tneħħilhom iċ-ċittadinanza ta’ Malta bejn is-snin 2013-2021? Jista’ jgħid x’kienet iċ-ċittadinanza oriġinali ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li 14-il persuna kienu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Ministru ta’ revoka ta’ ċittadinanza quddiem il-Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm 17-il persuna li applikaw għall- inkjesta wara li ngħataw avviż li se jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija skont artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull rapport li ntbagħat lill-Ministru fuq kull persuna li kkontestat id-deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013 u 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li proċeduri relatati ma’ inkjesti dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li wara l-eżitu tal-inkjesta mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija kellhomx iċ-ċittadinanza revokata jew le bejn l-2013 u l-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-risposta għall-mistoqsija 24306 hi fl-affirmativ.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – inkjesta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm persuni li ġew mogħtija kopja tal-inkjesta datata 8 ta’ Jannar 2021 mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija, filwaqt li oħrajn minkejja li fl-2020 u fl-2021 talbu kopja tar-rapport, it-talba tagħhom ġiet miċħuda?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Selmun Palace Hotel għadhiex tiġi amministrata mill-Gvern inkella le? Jekk iva, meta hu mistenni li din il-lukanda terġa’ tibda tintuża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-lukanda ta’ Selmun għadha f’idejn il-Gvern. Qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex din il-proprjetà tiġi kkummerċjalizzata.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-Palazz ta’ Selmun (Selmun Palace) ma jkomplix jitfarrak u jiddeterjora?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tħejjija biex isiru xogħlijiet ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Selmun ilha għaddejja dawn l-aħħar xhur. Saru xogħlijiet ta’ emerġenza mid-Direttorat tar-Restawr waqt li saru ukoll is-surveys meħtieġa biex jibda l-proċess għat-talba tal-permessi neċessarji mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Inbdew ukoll it-tħejjijiet biex jiġu ppublikati s-sejħiet għall-offerti għar-restawr tal-Palazz, li għandu jinbeda iktar tard din is-sena. Il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’passi qed jittieħdu biex Fort Campbell (Fortizza ta’ Campbell, Selmun, Mellieħa), ma tibqax titfarrak u titpoġġa għal xi użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-parkeġġ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra jibda jintuża mill-pubbliku b’mod partikolari mir-residenti tal-inħawi? Fiex waslu d-diskussjonijiet dwar dan is suġġett, u ma’ min qed isiru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellanta li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, qed jaħdem biex dan il-parkeġġ ikun jista' jinfetaħ għall-pubbliku filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa f'qasir żmien.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat il-proġett sħiħ għas-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (li tinkludi wkoll żoni bħal Buġibba, Qawra u x-Xemxija), u dan minħabba l-fawran ripetut u rwejjaħ li ta’ spiss qed ikun hemm?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija li tlesti x-xogħlijiet neċessarji mgħatul ix-xhar ta’ Frar ta’ din is-sena.
Djar tal-anzjani – anzjani li huma pożittivi għall-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk id-Djar tal-Anzjani li fihom hemm anzjan/i li bħalissa huma pożittivi għall-COVID-19? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex issir il-manutenzjoni f’triq f’Wied Ċentrija, Żona San Pietru u sqaq bl-isem San Pietru fl-inħawi tal-Magħtab? Dan l-isqaq għandu dħul minn Triq Kappella Santa Marija għal Triq it-Tarġa u minn Triq it-Tarġa għal Triq ir-Rummien u minn din it-Triq ir-Rummien tasal għal Triq San Pietru.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Wied iż-Żurrieq – sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti — liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti f’Wied iż-Żurrieq u li jħallsu l-liċenzji tagħhom f’Diċembru qed ikunu mħarrka mill-Pulizija għaliex skont il-Pulizija huma qed jaħdmu bla liċenzja? Jista’ jgħid meta ser jinħarġu dawn il-permessi/liċenzji biex dawn is-sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu joperaw/jaħdmu bla bżonn ta’ ċitazzjoni meta għandhom il-liċenzja mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li t-telephone boxes il-ħomor li kienu ta’ Żmien l-Ingliżi, jiġu mogħtija l-attenzjoni għaliex ladarba ma għadhomx jintużaw issa qed jispiċċaw jintużaw bħala latrina? Jista’ jara li t-telephone box fil-Pjazza tal-Mosta, li spiċċat dejjem bil-bieba miftuħa, spiċċat ukoll qed tiġi użata bħala latrina u kważi bdiet biex tiġi mkissra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li t-telephone boxes imsemmija m’humiex la fir-responsabbilta’ u lanqas proprjetá tal-istess Kunsill. Il-Kunsill ser jinforma lil min hu responsabbli biex jieħdu ħsieb it-tindif u tiswijiet neċċessarji.
Persuni b’passaport tal-Unjoni Ewropea li jgħixu f’pajjiżna – teħid ta’ booster
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji u x’teħtieġ tagħmel persuna li qed tgħix f’pajjiżna u li għandha passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea peress li qed titlob li tieħu l-booster?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li ħadu doża waħda jew l-primary schedule f'pajjiż ieħor, iridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin li jkun ċertifikat tal-vaċċin validu u rikonoxxut u mbagħad ikunu jistgħu jieħdu d-doża li jmiss f'Malta. Din tgħodd ukoll għal persuni li qed jgħixu f’pajjiżna u għandhom passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropeja
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara x’jista’ jsir biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tkun megħjuna peress li ma tistax tibqa’ tuża l-wheelchair li kellha u llum għandha bżonn wheelchair biex tkun tista’ tużah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24239, tista’ l-Ministru ġentilment tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Xrobb l-Għaġin Żejtun? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol li issa ilu li beda snin ilu b’detriment kemm għar-residenti,kif ukoll għall-bdiewa u raħħala li jużaw din it-triq u li konvint li l-Ministru tifhem bil-problemi ta’ dawn ir-residenti, bdiewa u raħħala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fit-triq indikata jinkludi t-tqegħid ta’ servizzi varji ġodda b’tul ta’ 3.5 kilometri u wċuh ġodda tat-toroq li jammonta għal madwar 5000 metru kwadru. Ix-xogħol fuq dan il-proġett, li jinkludi toroq u partijiet oħra li jmissu ma’ Triq Xrobb l-Għaġin beda f’April tal-2019 u l-kuntratt oriġinali ġie tterminat wara diffikultajiet kuntrattwali li nqalgħu mal-kuntrattur oriġinali. Apparti minn hekk, is-sejbiet arkeoloġiċi fl-inħawi waslu għal iżjed dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett. Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett huma mistennija jitlestew matul din is-sena.
AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24224 u jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.