Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà pubblika lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24547 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24548 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24132 u ċjoè jista' jindika liema huma dawk id-djar residenzjali privati li għandhom sistema ta' kaxxa tal-posta għas-suġġerimenti u lmenti tar-residenti li tinġabar mill-anqas darba fix-xahar mill-Kap tad-Dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan ir-rekwiżit mhux parti mill-istandards għad-Djar tal-Anzjani għaldaqsant mhux possibbli li din l-informazzjoni tinġabar korrettement.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax assolutament jeskludi li s-CCTV cameras li hemm fil-bini tal-Qorti, jew uħud minnhom, għandhomx il-kapaċità li jaqbdu jew jirrekordjaw il-ħsejjes jew ilħna li jitlissnu fil-viċin tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li CCTV cameras li hemm fil-bini tal-Qorti, m’għandhomx il-kapaċità li jaqbdu jew jirrekordjaw il-ħsejjes jew ilħna li jitlissnu fil-viċin tagħhom.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – żjara fil-Golf Għarbi
Question
Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 24519, jista’ issa jagħti d-dati taż-żjarat tiegħu f’Abu Dhabi, Dubai u Doha, min kellu fid-delegazzjoni f’kull żjara f’dawn il-lokalitajiet, kemm swiet kull żjara u x’kien l-iskop ta’ kull żjara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Air Malta- Medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew tal-Air Malta fl-2017/2018 kien tħallas għall-medjazzjoni tiegħu u jistax jgħid jekk tali somma/ħlas kienx jeċċedi l-€100,000? Jista’ jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ tali ħlas u d-data meta sar il-pagament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-mediċini li jingħataw b’xejn mill-Gvern għal dawk it-tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini li jingħataw mingħajr ħlas mis-servizzi tas-sahha għal dawk il-pazjenti fosthom tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD huma: Pilloli tal Atomoxetine 18mg, 25mg u 40mg u Pilloli tal-Methyl Phenidate 10mg (immediate release) u 18mg, 36mg (prolonged release).
Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif b’mod regolari taħt it-triq fin-naħa ta’ isfel fit-telgħa tal-Imbordin, li jservi sabiex l-ilma tax-xita jkun jista’ jgħaddi minn naħa għal oħra tat-triq u b’hekk jiġi evitat li ssir ħsara fl-għelieqi tal-madwar hekk kif ġara matul din ix-xitwa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li t-triq imsemmija taqa’ taħt il-konfini tal-Kunsill Lokali.
Skejjel primarji u sekondarji – Rapporti ta’ bullying
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex jitnaqqsu r-rapporti ta’ bullying fost it-tfal u adoloxxenti fl-iskejjel primarji u sekondarji? X’kooperazzjoni qiegħda ssir bejn l-iskejjel u l-pulizija dwar każijiet diġà irrapportati ta’ bullying u sabiex jitnaqqsu dawn ir-rapporti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 24687 - Skejjel primarji u sekondarji - Rapporti ta' bullying.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li l-Iskejjel tal-Knisja ma jingħatawx fondi apposta biex ikun hemm security mal-iskejjel, filwaqt li jidher li l-iskejjel tal-Gvern jingħataw fondi għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Skejjel – Tfal u adoloxxenti li mhumiex jattendu b’mod regolari l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li mhumiex jattendu b’mod regolari l-iskola? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn jattendu skejjel primarji u sekondarji u kemm jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u privati? X’tip ta’ follow-up qed isir f’dawn il-każijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellanta li t-tabella turi l-informazzjoni mitluba rigward studenti li fallew għal aktar minn tlitt ijiem bejn Ottubru u Diċembru 2021:
State
Non-state
Primary
295
1
Middle
202
6
Secondary
420
33
Fost l-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat hemm numru ta’ studenti barranin li jkunu telqu minn Malta mingħajr ma avżaw lill-iskola. Lil dawn tintbagħtilhom ittra reġistrata filwaqt li ssir ukoll żjara fl-indirizz li jkollhom l-iskola mill-ħaddiema soċjali tal-Kullegg rispettiv.
L-istudenti l-oħra jiġu segwiti mill-iskola u jekk jibqgħu jfallu mingħajr ġustifikazzjoni jiġu referuti lill-ħaddiema soċjali fi ħdan il-Kulleġġi rispettivi. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu mill-qrib mal-familji ta’ dawn l-istudenti flimkien mal-iskola kkonċernata u l-professjonisti varji li jaħdmu fi ħdan il-Kulleġġ rispettiv bil-għan li l-istudent jingħata l-appoġġ meħtieġ u jirritorna l-iskola. Kemm l-iskola kif ukoll il-ħaddiema soċjali jimmoniterjaw l-attendenza tal-istudenti fuq bażi regolari biex l-interventi jsiru fil-ħin.
Skejjel – Tfal u adoloxxenti bi problemi psiko soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li għandhom problemi psiko soċjali u li jingħataw servizz bħal dak ta’ social worker, psikoloġista jew psikoterapista? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li għandhom problemi psiko soċjali u li mhux jingħataw dawn is-servizzi? Kemm huma n-numri fil-waiting list għal dawn is-servizzi? X’inhi r-raġuni li mhux jingħata dan is-servizz u x’miżuri qiegħed jimplimenta l-Gvern biex tali servizz jibda jingħata mill-aktar fis?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija pprovduta fit-tabella. Il-Gvern huwa kommess li l-proċess ta’ reklutaġġ ta’ professjonisti jissokta biex jinżamm livell tajjeb ta’ servizz.
Servizz
Każi
Pendenti
Social Work
674
/
Psychologist
1729
531
Counsellor
5883
116
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlmentari 24250 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24100, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kompletament u tgħid kemm ħallset Malta Enterprise għall-akkwist tal-ishma fil-kumpanija indikata u jekk il-kumpanija indikata għandhiex assi oħra barra dan is-cyclotron? Tista' tindika għala Malta Enterprise għażlet li ma tixtriex l-ishma kollha f'din il-kumpanija? Tista' tindika meta hu previst li s-cyclotron jibda jaħdem u jekk hijiex l-intenzjoni ta' Malta Enterprise li tibqa' azzjonista f'din il-kumpanija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
IX-XEWKIJA GĦAWDEX – HOUSING ESTATE TAL-ĦAMRIJA — XOGĦOL TA’ TISBIĦ
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22625 li ngħatat fl-10 ta' Novembru 2021 rigward it-tender 'Tender for the embellishment of tal-Ħamrija Housing Estate, Xewkija, Gozo' (CfT CA Unique ID: SPD3/2021/006), jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar hu ppjanat li jinbeda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol beda u miexi b’rittmu tajjeb.
MCCAA – Complaints and Conciliation Directorate – statistika ta’ tilwim irreġistrat
Question
Jista’ jgħid a tenur tar-regolament 4 ta’ l-L.S 378.19, sena b’sena mill-2017 s’issa, kemm-il-tilwima rċieva l-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA? Kemm minn dawn ġew konklużi?
Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-enerġija? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu?
Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu?
Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numri ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-kummerċ elettroniku? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li a tenur tar-regolament 4 tal-L.S. 378.19, mill-2017 ġew trattati u konklużi ħdax-il każ mill-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA. Tlieta (3) ġew trattati fl-2018, sitta (6) ġew trattati f-2019, wieħed (1) ġie trattat fl-2020 u wieħed (1) ġie trattat fl-2021.
Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-enerġija.
Mill-2017 s’issa, in-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal- komunikazzjonijiet elettroniċi, kien jammonta għal seba’(7) każijiet kif spjegat hawn taħt:
· L-ewwel każ - konsumatur ġie kumpensat €180 minħabba servizz tal-internet mhux għas-sodisfazzjon tiegħu;
· It-tieni każ - konsumatur ingħata SIM card ġdida u kreditu ta’ €5;
· It-tielet każ – dan il-każ kien jirrigwardja
roaming charges
fejn il-konsumatur ingħata €155 bħala kreditu;
· Ir-raba’ każ – il-konsumatur ingħata ċekk filwaqt li ż-żewġ numri ċellulari tiegħu ġew ittoppjati;
· Il-ħames każ - kumpanija tat-telekomunikazzjoni rrifondat is-somma ta’ €60 lill-konsumatur;
· Is-sitt każ - ilkonsumatur ġie kkreditat s-somma tà €70 fil-kont tiegħu; u
· Is-seba’ każ – ingħatat rifużjoni tà €200 lill-konsumatur.
Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-
Complaints and Conciliation Directorate
bħala entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-kummerċ elettroniku.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-MCCAA introduċiet proċedura ġdida mill-aħħar tà Settembru 2021. Dan sar permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea b’baġit tà €120,000 fejn fost inizzjattivi oħra ġiet żviluppata sistema tal-IT dedikata għall-ADR u ġew appuntati żewġ uffiċjali tal-ADR wara li saret emenda fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.19 sabiex tiġi assigurata l-indipendenza u l-imparzjalità tà dawn l-Uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn bus shelters f'Malta u f'Għawdex? Liema huma l-bus shelters li se jinbidlu? X'involviment għandhom il-kunsilli lokali fejn jidħlu bus shelters? Min qed jagħmel ix-xogħol tal-bus shelters il-ġodda u rinovar ta' oħrajn eżistenti? Bejn wieħed u ieħor kemm qed jiġi jiswa kull bus shelter?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta installat total ta’ 32 bus shelter ġewwa diversi lokalitajiet madwar Malta. Installat ukoll 9 Bus Shelter canopies.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jirreferi din il-mistoqsija ukoll lill-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali sabiex jingħata aktar tagħrif dwar dawk il-bus shelters li huma amministrati mill-Kunsilli Lokali.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20871 fejn ġie mwieġeb 'li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena', jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet inbdewx u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma nbdewx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq is-sit qed jitkomplew.
Ministeru għal Għawdex -impjegati li jagħmlu xogħol ta’ watchman
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm impjegati jagħmlu xogħol ta' watchman fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-2012 sal-aħħar tal-2021? X'kien/x'inhu l-grad tagħhom? Liema huma s-siti li qed jindokraw? Jekk hemm relievers pool, kemm hemm nies fiha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-widien li tnaddfu fix-xhur tas-sajf li għadda bi preparazzjoni għall-ilmijiet tax-xita ta' din ix-xitwa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tnaddfu partijiet mill-wied ta’ Marsalforn u l-parti ta’ fuq tal-Wied tax-Xlendi.