Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marigold Foundation — accounts

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts tal-Marigold Foundation li ġew ippreżentati lill-Kummissarju tal-Għaqdiet volontarji sena b'sena mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika liema kienu audited u liema le?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra l-accounts tal-organizzazzjoni volontarja Marigold Foundation għas-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 li ġew sottomessi lill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Dawn l-accounts kollha huma awditjati. L-accounts huma dokumenti pubbliċi skont l-Att għall-Organizzjonijiet Volontarji (Kap 492 tal-Liġijiet ta’ Malta). Kull persuna tista’ titlob kopja tal-accounts tal-organizzazzjonijiet iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Allowances ta’ diżabilità

Question

B’referenza għal punt 85 fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-2017, tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġux allowances ta’ diżabilità għal kundizzjonijiet “moħbija” bħal Fibromyalgia?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Proġett ‘The Meeting Place’

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont sħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u l-Marigold Foundation fuq ix-xogħol u l-użu ta' The Meeting Place? Jista' jinkludi kemm nefaq il-Ministeru, kemm nefqet il-Marigold Foundation, kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea, u kemm hi n-nefqa rikorrenti llum min naħa tal-Ministeru għal dan il-proġett?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li The Meeting Place sar b’kollaborazzjoni bejn dan il-Ministeru u l-Fondazzjoni Marigold u qed iservi sabiex diversi NGO’s li jaħdmu fis-settur socjali, edukattiv, tas-saħħa u tal-mard rari, ikollhom fejn jorganizzaw laqgħat, seminars, terapija u sports. Dan il-post qed iservi għal dawk l-NGO’s u benefiċċjarji tagħhom li jaħdmu f’dawn is-setturi u b’mod speċjali għal dawk l-NGO’s li jaħdmu ma’ nies vulnerabli. Sal-lum ibbenefikaw madwar 73 NGO li jagħmlu użu minn dan il-post. Hemm ukoll diversi entitajiet oħra governattivi (FSWS u Agenzija Sapport, Mount Carmel Youth Service) li qed jagħmlu użu mill-post u li qed joffru s-servizz tagħhom minn hemm ukoll. Minn Ġunju tas-sena 2019 sa Marzu 2021, kien hemm 12,782 persuna li għamlu użu mill-post. Dan il-post qed joffri s-servizz tiegħu anke fil-weekends u fi żmien il-pandemija dan l-post kien jintuża biex NGO’s u għaqdiet oħra offrew is-sapport lil diversi persuni vulnerabbli. In-nefqa rikorrenti tal-post bħalissa hija ta’ madwar €214,000 fis-sena. Il-proġett ta’ The Meeting Place ġie jiswa’ total ta’ €1.14m, li minnhom €0.78m ġew minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. Il-Fondazzjoni Marigold, li tagħha kienet l-ideja tal-proġett, sal-lum investiet €82,140 fil-post, kemm f’inizjattivi li kien hemm bżonn, għall-ħolqien tiegħu u anki fi ħtiġijiet varji għall-operat ta’ kuljum tal-istess proġett. Għalkemm il-post huwa propjeta’ ta’ dan il-Ministeru u huwa mmexxi minnu, hemm Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru u l-Fondazzjoni Marigold li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Nefqa annwali fuq prevenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2015 sal-2020, kemm kienet in-nefqa annwali fuq: a. Prevenzjoni tal-vizzji (alkoħol, tabakk, droga, logħob, eċċ) b. Kura tal-vizzji; c. Servizzi ta’ prevenzjoni u kura minn aġenziji tal-Gvern; d. Ftehim ta’ servizzi ta’ prevenzjoni u kura minn aġenziji mhux tal-Gvern?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Foster Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u/jew individwi li huma foster carers? Kemm hemm tfal fil-kura ta’ dawn il-Foster Carers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab diġa fit-tweġibiet li ngħataw għal Interpellenzi Numri 18887, 18888, 18889 u 19679 li ġew imwieġba riċentament.
Leg 13 PQ #20837 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – vapuri — vjaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ wettqu l-vapuri tal-Gozo Channel, vapur vapur u xahar xahar, minn Jannar 2019 'l hawn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

E-courts – atti online ppreżentati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati atti online bis-sistema tal-e-courts fl-2018, 2019 u 2020 u t-tip ta' atti li ġew ippreżentati ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-atti online li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta permezz tal-ecourts fl-2018, 2019 u 2020 kien kif muri fit-tabella ta hawn taħt. Ma kien hemm l-ebda atti li ġew preżentati fil-Qorti ta’ Għawdex. 2018 2019 2020 Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) Ittri (Medjazzjoni) 5 Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) Riċerki testamentarji 613 756 2,053 Qorti tal-Maġistrati Ittri 2 Risposta 1 Avviż 1 Tribunal ta' Reviżjoni Amministrativa Rikors 1 1 Tribunal għal Talbiet Żgħar Talba 13 13 6 Risposta 7 3 1

Il-Marsa – Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-riżultat tal-Relevant Expression of Interest li ħarġet Projects Malta għar-riġenerazjoni tal-Menqa, il-Marsa li kienet għalqet fis-7 ta’ Lulju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li Projects Malta ġiet mitluba fl-2017 biex toħroġ Espressjoni ta ’Interess (EOI) bl-intenzjoni li tipproċedi permezz li tinħareġ talba ġdida għal proposta, bl-għoti ta’ konċessjoni li biha l-Gvern ikun qed jagħti, terminu, konċessjoni fuq bażi enfitewtika, ta’firxa ta’ art u baħar tul il-Moll Braken, Menqa, Marsa lil operatur privat. L-għan kien li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' attività innovattiva u jiġġenera attività ekonomika ġdida fiż-żona tal-port. Tressqu total ta ’16-il proposta, 5 minnhom ma kinux konformi mar-rekwiżiti ta’ sottomissjoni elenkati fl-espressjoni ta’interess, u għalhekk ma ġewx ikkunsidrati aktar. Il-konsorzji differenti pproponew diversi ideat fosthom dawn li ġejjin: Yacht Marina; Kumpless Residenzjali ta' Lussu, Ċentru tan-Negozju, Żoni ta' Rikreazzjoni, Estensjoni ta'Faċilitajiet Eżistenti, Lukanda, Night Clubs u Ristoranti, Uffiċċji, Faċilitajiet Sportivi, Ċentru u Laboratorji ta' l-Akkwakultura, Parkeġġ tal-Fuel Station, Skola Nawtika, Stazzjon tal-Fjuwil, Terminal tal-Port tal-Baħar u Struttura barra mix-xtut ghal pjattaformi għat-Trobbija tal-Ħut. Rapport bir-riżultat ġie abbozzat mill-kumitat li jissorvelja din l-EOI, liema rapport ġie sottomess lill-ministeru responsabbli minn Projects Malta, dak iż-żmien il-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order inħareġ mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020, lil min u b’kemm valur b’mod individwali u mod totali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, li tali informazzjoni mitluba diġa’ tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra diversi drabi kif msemmija hawn taħt; Minn Ġunju 2017 sas-16 ta’ Frar 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 1092 f’Seduta 91 Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta’ Settembru 2018- il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 4313 f’Seduta 175 mill-1 ta' Ottubru 2018 - 31 ta' Diċembru 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 7427 f’Seduta 186 mill-1 ta' Jannar 2018 - 30 ta' April 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 10710 f’Seduta 243 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12598 f’Seduta 297/302 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12953 f’Seduta 305 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 16342 f’Seduta 367 mill-1 ta' Jannar 2019 - 30 ta' Ottubru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17462 f’Seduta 407 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17814 f’Seduta 413 mill-1 ta' Jannar 2018 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 19870 f’Seduta 440

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali saru qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Il-proċess Parlamentari u għaldaqstant id-deċiżjonijiet relattivi għal dan il-każ għadhom mhux eżawriti jew finali.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudji kollha ambjentali li saru, jekk fil-fatt saru, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – siti alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx studjati siti oħra apparti dik tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal- (MOBC) ġewwa l-Marsa? Liema kienu dawn is-siti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.

San Ġwann – Triq il-Baruża – pelican lights u mera

Question

Jista’ l-Ministru jara li ħdejn Triq il-Baruża, San Ġwann isiru pelican lights b’zebra crossing kif ukoll mera, biex min joħroġ minn Triq it-Trunċiera it-twila, jara t-traffiku li jkun ġej?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ Triq il-Barnuża San Ġwann, mill-Kunsill Lokali rispettiv.
Leg 13 PQ #20847 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Proċess tar-riforma edukattiva

Question

B’referenza għall-artiklu intitolat Lost in time: education reform -The Teaching and Allied Professions Act has remained on paper (kif jidher anness ma’ din il-mistoqsija parlamentari) miktub mill-Professur Sandro Caruana eks Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u l-mistoqsijiet parlamentari 20556 u 20728, tista’ tgħid fiex waslet ir-evalwazzjoni li tkellmet dwarha l-Ministru dwar il-proċess tar-riforma edukattiva? It-tweġiba tal-ministru li qed issir rievalwazzjoni minħabba direttiva tal-UE, ifisser li meta tressqet il-liġi ftit snin ilu ma kinetx saret evalwazzjoni u dan seta wassalna għal infringements? Tista’ tgħid eżatt għal-liema direttiva Ewropea qed tirreferi u fejn eżatt il-liġi proposta mill-Gvern tista’ toħloq ksur tad-direttiva Ewropea? Kemm se ddum biex tintemm l-evalwazzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena infurmata li kienet saret konsultazzjoni wiesgħa lura fis-snin meta beda jiġi diskuss l-Abbozz li wassal għal din il-Liġi. Id-dħul tad-Direttiva 2018/958 tal-Kummissjoni Ewropeja tirreferi għal dak li hu msejjaħ “Proportionality Test”. Bħalissa qed issir evalvazzjoni biex jiġi żgurat li l-Liġi hi konformi ma’ dan il-“Proportionality Test”. F’dan ir-rigward qed isiru diskussjonijiet mal-Kummissjoni tal-U.E.

Il-Mellieħa – Triq Joseph Grech Attard — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li Infrastruttura Malta tagħmel ix-xogħol meħtieġ fi Triq Joseph Grech Attard fil-Mellieħa u dan sabiex jekk għalissa mhux se ssir it-triq, temporanjament ikun jista’ jitneħħa l-perikolu u l-inkonvenjent li qed issofru r-residenti tal-madwar (hekk kif jidhru fir-ritratti annessi)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta qed tqis is-sitwazzjoni tat-triq indikata, li għadha mhix iffurmata, biex jittaffew id-diffikultajiet tar-residenti konċernati.
Leg 13 PQ #20854 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd– Audited Accounts — Operating lease rentals payable

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fin-nota 13 tal-Audited Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019, hemm imniżżel illi l-"Operating lease rentals payable" kien jammonta għal €855,417 mentri fin-nota 21 hemm imniżżel illi l-kumpanija ħalset €825,000 bħala "Lease rentals charged by related parties”? X'inhuma dawn il-kirjiet u lil min jitħallsu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-“Operating lease rentals payable” li hemm imnizzel f’nota 13 tal-Audit Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019 li jammontaw għal €855,417 huma kif jidru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Fir-rigward tal-“Lease rentals charged by related parties” li hemm imnizzel f’nota 21 li jammontaw għal €825,000 jirreferu għall-kirja tat-Terminals tal-iMġarr, iċ-Ċirkewwa u l-mollijiet imħallsa lill-Authority for Transport in Malta.
Leg 13 PQ #20855 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd – audited accounts — imgħaxx

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex fin-nota 21 tal-Audited Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019, hemm imniżżel illi l-Gvern impona €72,304 f'imgħax? Għaliex il-Gvern qed jesiġi mgħax mill-kumpanija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk huma bank charges u mhux imgħaxijiet.

Gozo Channel Transport Joint Venture – Public Service Concession Contract

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-addendum għall-Public Service Concession contract li ġie ffirmat fis-7 ta' Ġunju 2019 mal-Gozo Channel Transport Joint Venture?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-dokument kkonċernat ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba in-natura u is-sensitivita’ ta’ l-informazzjoni li fih id-dokument msemmi