Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti fit-toroq ta’ hawn taħt, sena b'sena, mill-2013 sal-2020 u kemm minn dawn l-inċidenti kienu 'slight / serious injuries,'grievous injuries' u 'fatal': (a) Triq tal-Balal (bejn San Ġwann u n-Naxxar); (b) Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija; (c) Triq Garibaldi limiti tal-Marsa; (d) Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Luqa; (e) Triq il-Kosta (bejn San Ġiljan u San Pawl il-Baħar); (f) Triq Buqqana (bejn ir-Rabat u l-Mosta); (g) Triq San Tumas u Triq Ħal Qormi, Luqa; (h) Triq iċ-Ċawsli, Żejtun; (i) Vjal il-25 ta' Novembru, iż-Żejtun; (j) Triq Pantar, Mosta; u (k) Marsa - Ħamrun By Pass? Jista’ jgħid jekk wasalx iż-żmien li bl-użu tat-teknoloġija, inċidenti jiġu geo-referenced biex jiġu identifikati 'accident black-spots' f'dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 3139 inċident fit-toroq imsemmija. 692 minnhom kienu persuni li ġarbu xi tip ta’ ferita, filwaqt li 16 minnhom kienu fatali.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

Ministeru għas-Saħħa — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12908 u 18171.
Leg 13 PQ #20615 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta’ Reviżjoni u tal-Ippjanar – seduti kanċellati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex is-smigħ tas-seduti kollha tal-appelli quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u tal-Ipjannar għal Mejju ġew kanċellati u meta ser jerġgħu jibdew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra b'informazzjoni ta’ kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, jekk humiex impjegati full-time, part-time jew b'mod ieħor kif ukoll indikazzjoni tat-tip ta’ xogħol li jagħmlu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bord tal-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent – approvazzjoni ta’ Nature Permit lill-individwu – minuti

Question

Jista' l-Ministru jippreenta l-minuti tal-Bord tal-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA) fejn ġiet diskussa u deċiża l-approvazzjoni ta’ Nature Permit lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal-xogħlijiet ta' Road Surfacing u trenching fi Triq il-Bufula u Triq Panoramika Dingli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Segretarjat Parlamentari għall-Kostruzzjoni – Awtorità tal-Artijiet — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-konsulenti mqabbda biex irendu servizz u/jew konsulenza lis-Segretarjat u/jew lil Awtorità tal-Artijiet mill-2016 sad-data tal-lum, għalxiex kienu hekk imqabbda, xi ħlas ingħataw, il-kopji ta’ kuntratti pertinenti u t-timesheets li ġew provduti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari, l-informazzjoni mitluba kienet inkluża fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 19696. F’dak li jirrigwardja l-Awtorità tal-Artijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha ma ngħatat l-ebda impjieg, tender jew direct order.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna msemmija.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20492 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20493 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20494 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala rappreżentant għall-persuni b’diżabilità, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Forzi Armati ta' Malta u Korp tal-Pulizija — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid Kemm hemm ħaddiema b’diżabilità impjegati direttament mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Pulizija fil-ġurnata li tiġi mwieġba din d-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta' ħaddiema b’diżabilità impjegati direttament mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Pulizija sal-ġurnata li ġiet mwieġba din d-domanda huwa ta’ 5 impjegati mal-Forzi Armati ta’ Malta u 5 impjegati mal-Korp tal-Pulizija.

Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19521 u 19369 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku skema li l-Ministeru għandu hija dik tal-LC CARE Project Fund. M’għandna l-ebda skema ta’ vouchers biex jitimgħu jew jikkuraw annimali stray.

Ħaddiema li jittrasportaw ikel direttament fid-djar – regoli ta’ muturi użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx regoli speċifiċi dwar x’tip ta’ muturi għandhom jiġu wżati mill-ħaddiema li jittrasportaw ikel direttament fid-djar?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema minn dawk li jittrasportaw ikel fid-djar li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku u kemm sofrew feriti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ma jinżammu l-ebda dettalji dwar l-okkupazzjoni jew ix-xogħol ta’ persuni li jkunu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku. Vetturi użati minn persuni in kwistjoni huma jew mikrija jew personali, għalhekk b'differenza mill-vetturi ta 'l-Ambulanzi, Taxis u Pulizija, dawk indikati fil-PQ ma jistgħux jiġu identifikati u l-informazzjoni ma tistax tinġabar.

Liġi industrijali li tipproteġi lil ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx regolamenti apposta fil-liġi industrijali li hija applikabbli biex tipproteġi direttament il-ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolament apposta m’hemmx u għalhekk dan huwa regolat minn Ordni ta’ Standard Nazzjonali. Infakkar li fil-preżent id-DIER qed jagħmel investigazzjoni fuq dan is-settur.

Unions – konsultazzjoni pubblika mal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-konsultazzjoni pubblika mal-Unions il-pożizzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar tqajmitx u sarulux proposti? Jista’ jippreżentahom?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed nifhem li l-Onor. Interpellant qed isaqsi jekk kellix diskussjoni ma’ xi Union dwar dan is-suġġett. F’laqgħa li kelli mall-GWU, fost numru ta’ suġġetti oħra, tqajjmet din l-issue fejn kont infurmajthom li d-DIER qed jinvestiga din is-sitwazzjoni. Din l-investigazzjoni issa qed toqrob lejn it-tmiem tagħha.

Jobsplus — Ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li ma’ Jobsplus il-maġġor parti tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar, huma self employed? Jista’ jgħid kemm huma u x’nazzjonalità għandhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti mibgħuta lil Jobsplus minn min iħaddem u self-employed, fil-kaz ta’ bidu ta’ mpjieg jew self-employment, u li jinvolvu xogħol ta’ trasport ta’ ikel, ma jindikawx jekk l-ikel hux qed jitwassal fid-djar jew f’postijiet oħra. Għalhekk, Jobsplus m’għandhiex l-informazzjoni biex tkun tista’ twieġeb din il-mistoqsija.