Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20978 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSE – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex l-LSE tinżamm flimkien mat-tifel ġaladarba t-tifel avvanza ħafna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull deċiżjoni tittieħed minn tim multi dixxiplinarju fejn il-kunsiderazzjoni ewlenija tkun l-aħjar interess u l-ġid tal-istudent.

Tajr ibbalzmat

Question

Fid-dawl li diversi kollezzjonisti ta’ tajr ibbalzmat għandhom dan it-tajr ibbalzmat, u wara li snin ilu saru talbiet għand diversi entitajiet li skont iż-żmien kienu responsabbli mit-tagging ta’ dan it-tajr ibbalzmat u wara kull amestija li saret, saru l-verifikazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jiġu rregolati t-trasferimenti li ġew mitluba?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Pensjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-pensjoni tal-individwu li għandu problemi mediċi u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tibda tingħata fil-kont tal-bank tat-tifla tiegħu li d-dettalji tagħha wkoll qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tali tibdil kif indikat minnu jista’ jseħħ biss meta s-sinjur imsemmi minnu, jikteb personalment lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u jitlob uffiċjalment sabiex il-pensjoni tiegħu tibda tidħol f’kont bankarju ta’ terza persuna.

Vouchers għal Cat Feeders — xiri ta' ikel minn petshops

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsjiet parlamentari 20767 u 19520 li saru lill-Ministru għall-Agrikolutra, s-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali u 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tressaq din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19415 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Productivity Board — Tnedija ta’ Rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-Oppożizzjoni ma kinetx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19460 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tiegħu ta’ ftit jiem ilu li huwa bagħat lill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, dwar l-istrateġija Ewropea għall-vaċċin kontra l-COVID-19? Jista’ jqiegħed ukoll it-tweġiba li huwa ngħata?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill- Onor.Interpellant li l-msemmija ittra qegħda fid-dominju pubbliku: https://www.politico.eu/wp-content/uploads/2021/02/21/Charles-Michel.pdf li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. L-kontenut ta' din l-ittra ġie diskuss fil-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 u 26 ta'Frar 2021.
Leg 13 PQ #19461 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity Fund – flus imħallsa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Maternity Fund mill-2015 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19464 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity Fund — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20257 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, tista’ l-Ministru tgħid x’sentenzi ngħataw lil dawk l-1283 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni dejjem mexa mal-proċess mistenni minnu. Il-Ministeru, id f’id mal-iskola, ma’ professjonisti oħra mid-Direttorati għall-Edukazzjoni u anke ma’ servizzi barra d-direttorati, ikomplu jsegwu dawk l-istudenti li huma assenti mill-iskola fuq bażi regolari u mingħajr raġuni valida.

Tfal li ġew fostered

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19104 u jindika kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’etajiet kellhom it-tfal li ġew fostered?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont ma jidher fit-tabelli t’hawn taħt: Sena 2018 2019 2020 2021 Tfal li ġew fostered 50 39 31 10* *Sa Marzu, 2021 Informazzjoni maqsuma sena sena: 2018 Etajiet Numru ta’ tfal 1 – 3 xhur 3 6 – 9 xhur 1 9 – 12 xhur 4 1 7 2 4 3 7 4 2 5 2 7 4 8 2 9 1 10 4 11 3 12 1 15 3 16 1 17 1 Total 50 2019 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 2 1 – 3 xhur 4 9 – 12 xhur 2 1 5 2 2 3 2 4 2 5 4 6 4 7 2 8 3 9 2 13 3 15 2 Total 39 2020 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 5 1 2 2 5 4 1 5 3 6 3 7 1 8 1 10 3 11 3 14 2 15 1 16 1 Total 31 2021 (sas 16 ta’ Marzu, 2021) Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 1 6- 9 xhur 2 1 2 3 2 14 1 17 2 Total 10
Leg 13 PQ #20283 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 19105, bħala kjarifika, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk inħatrux impjegati b’diżabbiltà fid-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li iva ġew impjegati.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – ħaddiema minn Ħad-Dingli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn Ħad-Dingli li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nies li jaħdmu fil-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet, Entitajiet u Aġenziji jiġu minn madwar il-pajji¿ kollu, u jaħdmu għal ġid tal-pajjiż kollu. Xhieda ta’ dan huma l-proġetti w inizjattivi li qed jagħmel dan il-Ministeru u l-Gvern kollu kemm hu. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll, li ninsab infurmat li l-ammont totali tal-persuni minn Ħad-Dingli li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi huwa ta’ 62 minn total ta’ 2004 ħaddiem!

Home help — Koppji anzjani li applikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm koppji anzjani li applikaw għall-Home Help tul din l-aħħar sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 551 koppja anzjani li applikaw għall-Home Help matul is-sena 2020 u 121 koppja li applikaw bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena.

Raħħala u Sajjieda full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ raħħala full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib man-numru ta’ raħħala full-time f’Malta u Għawdex kollu sal-aħħar tas-sena 2020? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda kollha f’Malta u Għawdex sal-aħħar tas-sena 2020? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda part-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda part-time ta’ Malta u Għawdex kollha sal-aħħar tas-sena 2020? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ full-time farmers f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-full-time farmers kollha fil-pajjiż sal-aħħar tas-sena 2020? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ part-time farmers ġewwa Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-part-time farmers fil-pajjiż kollu sal-aħħar tas-sena 2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru li jiena tiegħu responsabbli ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati. Ninsab infurmat li n-numru ta’ bastimenti full-time f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2020 kien ta’ 65, li huwa 7.7% tal-bastmenti full-time kollha f’Malta u Għawdex. Filwaqt, li n-numru ta’ bastimenti part-time f’Għawdex fl-istess perjodu kien ta’ 99, li huwa 21.4% tal-bastiment part-time kollha f’Malta u Għawdex. Fir-rigward tar-raħħala, sal-31 ta’ Diċembru 2020 f’Għawdex kien hemm 544 raħħala attivi reġistrati, filwaqt li f’Malta kien hemm 1408. Ma tinzammx informazzjoni dwar jekk dawn humiex full-time jew part-time. In-numru ta’ persuni rreġistrati bħala bdiewa sal-llum huwa ta’ 6,373 f’Malta, u 2,127 f’Għawdex. Ninfurmak ukoll li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Leg 13 PQ #20539 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Triq il-Mitħna – perit inkarigat mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Mitħna fix-Xewkija? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Residenti Għawdxin – vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi reġistrati lil sidien li huma residenti t’Għawdex? Jista’ jaqsam dan l-ammont f’karozzi, vetturi kummerċjali u muturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bl-ammont ta’ vetturi ta’ sidien li huma residenti t’Għawdex.