Legislature:
Category:
Reset
Active:

Adozzjoni tat-tfal – home study reports

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru home study reports marbutin mal-adozzjoni tat-tfal u li ġew konklu¿i fis-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Home Study Reports ma jkunux marbutin ma’ addozzjonijiet partikolari imma ma’ individwi jew koppji (hi x’ inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom) li jkunu jixtiequ jsiru Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs – Prospective Adoptive Parents). Dan isir bħala parti mill-proċess irregolat mil-liġi biex jiġu approvati bħala PAPs. F’dan l-istadju jkunu għadhom ma ġewx identifikati minuri li jistgħu jiġu matched mill-awtoritjiet kompetenti biex ikunu addottati mill-PAPs rispettivi.

Tfal ta’ nazzjonalità Maltija għall-adozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm tfal ta’ nazzjonalità Maltija li għaddew mill-proċess biex jiġu addottati minn koppji Maltin fl-2020? a. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn familji li kienu l- foster carers tat-tfal stess; u b. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn membri tal-familja tagħhom stess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Tfal mhux ta’ nazzjonalità Maltija – proċess għal adozzjoni minn ġenituri Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal (mhux ta’ nazzjonalità Maltija) li bdew il-proċess ta’ adozzjoni biex jiġu addottati minn ġenituri Maltin fl-2020? a. Minn liema pajjiżi ġejjin dawn it-tfal; b. Kemm minn dawn it-tfal għadhom fil-proċess li jiġu addottati; u c. Kemm minn dawn it-tfal ġew fil-fatt addottati u l-proċess tagħhom ġie konkluż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Awtorità Ċentrali li matul l-2020 ġew konklużi 12-il intercountry adoption. Minn dawn 11 kienu mill-Indija u 1 mill-Portugall.
Leg 13 PQ #20898 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Marigold Foundation – ġabra mill-iskejjel tal-Gvern

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14738, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Ministeru lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus (€42,238.92) kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn mhumiex fondi pubbliċi peress li saru attivitajiet biex inġabru dawn il-flus, liema attivitajiet kienu organizzati mill-iskejjel u l-kontribuzzjoni ġew mill-istudenti.

Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali – kostruzzjoni tal-boundary wall

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jitnaqqas il-periklu li nħoloq bil-kostruzzjoni ta’ boundary wall għoli, fis-sit li qiegħed jinbena fi Triq Dun Anton Vella s-Siġġiewi, hekk kif diġà seħħew numru ta' inċidenti minħabba nuqqas ta' viżibilità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-boundary wall fis-sit imsemmi inbena skont il-provvedimenti tal-liġi u wara li saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati. Sal-lum il-ġurnata, l-entità responsabbli ma waslilha ebda rapport ta’ xi inċident minħabba dan il-boundary wall.

Ħaż-Żebbuġ – Junction bejn Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex l-intenzjoni li ttejjeb il-junction f'Ħaż-Żebbuġ li tgħaqqad Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Nixtiequ nikkonfermaw lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem biex ittejjeb il-junction f'Ħaż-Żebbuġ li tgħaqqad Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi bħal ħafna proġetti li diġà saru u li qed issiru madwar lokalitajiet Maltin.

Ħal Kirkop – Sqaq/Triq l-Imdina – one way

Question

Fid-dawl li waslu diversi ilmenti minn persuni li jmorru jimxu bit-tfal tagħhom fi Sqaq/Triq l-Imdina, Kirkop li hi trejqa dejqa ħafna li ma jagħtix lok li jgħaddu żewġt karozzi minħabba d-djuq tiegħu u tgħaddi minn qalb l-għelieqi li minn Ħal Kirkop tagħti għall-by pass ta’ Valletta Road, Żurrieq u billi dan l-isqaq/triq jużawh bosta karozzi ħafna drabi bi speed esaġerat, , jaqbilx il-Ministru li wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop, Sqaq l-Imdina ssir one way qabel ma jiġri inċident serju li jistgħu jweġġgħu n-nies u saħansitra tfal? Billi dan l-isqaq hu mfittex ħafna minn familji li jmorru jimxu qalb l-għelieqi bi tfal u trabi, jista’ l-Ministru jew Transport Malta u l-Kunsill Lokali jikkolaboraw bejniethom u ġentilment jikkunsidraw bis-serjetà li dan is-suġġeriment jiġifieri li din it-trejqa/sqaq isir one way, jiġi milqugħ liema suġġeriment ġie mgħoddi lili minn diversi familji li jmorru jimxu f’dan l-isqaq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità m’għandha ebda talba f’dan ir-rigward mill-kunsill lokali rispettiv u lanqas mir-residenti. Transport Malta ser tkun qiegħda tirreferi għand il-kunsill.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20706, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima proviżjorju tal-ispiża neċessarja biex isir x-xogħol rimedjali fit-triq tal-Pjazza Antoine De Paule Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li dalwaqt ser isir test indipendenti sabiex jiġi ċċertifikat jekk it triq saritx tajjeb skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew le. Jekk saret ħa¿in, it-triq trid tiġi msewwijja mill-kuntratturi tiswa kemm tiswa. Jekk it-triq saret tajjeb, u l-ħsara hija minħabba heavy traffic, il-Ministeru jaħdem id f’id má Infrastructure Malta sabiex tinstab soluzzjoni. L-istima tat-tiswijiet issir wara dan it-test indipendenti.

Pjazza Antoine De Paule — tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tappiera li hemm kważi sfrundata fit-triq li hemm fil-Pjazza Antoine De Paule tiġi rranġata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill ikkonċernat li din it-tappiera giet ordnata u sadanitant giet imdawwra b’ barrieri protettivi biex jilimtaw il-periklu.

Pitkalija — Tined

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru tined fil-Pitkalija f’dawn l-aħħar xahrejn? Kemm qed ikun il-ħlas għal dawn it-tined? X’jismu l-kuntrattur min fejn qed jinkrew dawn it-tined? Jista’ jgħid l-għażla ta’ dawn it-tined saritx b’direct order jew b’tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni hekk kif żvolġiet fil-Pitkalija dan l-aħħar, fi żmien qasir ġew installati ħames tined kbar li permezz tagħhom seta’ jiġi offrut servizz lill-bdiewa, jkun assigurat il-bejgħ tal-prodotti agrikoli u jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-bdiewa. Dawn it-tined inkrew b’direct order mingħand il-Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC) għall-ammont ta’ €2,278.75 fil-ġimgħa li jinkludi l-armar u ż-żarmar tal-istess tined. Dawn it-tined ħa jintużaw sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.

Pazjenti li jbatu bil-Fibromyalgia

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20477, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif kien segwit il-każ imsemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba rekwiżiti ta’ data protection informazzjoni medika dwar pazjenti partikolari ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-permess tal-persuna kkonċernata.

Ta’ Xbiex – Marina — dwal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Marina f’Ta’ Xbiex ilha fid-dlam għal tul ta’ żmien? Min hu responsabbli u meta se jittranġaw dawn id-dwal?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dawl fil-Marina f’Ta’ Xbiex ma jaqgħax taħt ir-responsabilita tal-Enemalta, iżda taħt kumpanija privata. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll, l-Enemalta PLC ikkonfermat li d-dwal fit-toroq tal-madwar li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tagħha m’għandhomx ħsarat.

Interconnector – persentaġġ tal-kapaċità massima

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20726, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-interconnector li ntuża f'kull ġurnata mill-ġurnata fi xħin beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 — PCRs

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu n-numri tat-Threshold cycles (Tc) jew amplification cycles għal COVID-19 imsejħin PCR tul dawn l-aħħar 12-il xahar, u jekk tbiddlu dawn is-Ct, meta tbiddlu u fuq liema bażi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanr illi n-numri tat-threshold cycles (Tc) jew amplification cycles għal Covid-19 imsejħin PCR tul dawn l-aħħar 12-il xahar huwa ta’ 38. Dawn it-threshold cycles jew cut offs ma nbiddlux.

COVID-19 — PCR Tests - laboratorji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-laboratorji inkarigati jagħmlu dawn il-PCR tests u x'taħriġ ingħataw, sabiex ikunu jistgħu jagħmluhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Interpellant illi minbarra l-kwalifiki bażiċi li huma meħtieġa għar-reġistrazzjoni tas-CPCM, il-maġġoranza ta’ dawn l-impjegati komplew bl-istudji tagħhom billi kisbu MSc u PHD. B’kollox hemm sitt laboratorji li qed jagħmlu l-PCR Tests.

COVID-19 — Nefqa fuq anti viral drugs u mediċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu fondi fl-2020 u fl-ewwel erba’ xhur tal-2021, fuq anti viral drugs u mediċini oħra, li ma jinkludux vaċċini, sabiex tikkombatti l-marda COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

COVID-19 — Protokol mediku għat-trattament u/jew prevenzjoni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien il-protokol mediku fis-sena 2020 għat-trattament u/jew prevenzjoni tal-marda COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’każ ta’ pazjent affetwat mill-Covid-19 u għandu l-ossignu fid-demm baxx, inqas minn SpO2 94% jingħata Dexamethasone 6 mg kuljum minn 5 sa 10 t’ijiem kif ukoll Remdesivir 200mg fil-vina l-ewwel darba u mbagħad 100mg kuljum għal 5 ijiem. F’dawk il-pazjenti li jiggravaw jingħataw Tocilizumab 8mg per kg għal darba. Sadanittant il-pazjent jibqa’ jingħata l-kura u l-appoġġ kif meħtieġ.

COVID-19 — Studji xjentifiċi - Ilbies ta’ maskri u ta’ numru ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu flimkien

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji xjentifiċi li kienu ffurmaw l-bażi tad-deċiżjonijiet fuq ir-regolamenti u ordnijiet fl-2020 u fl-2021 li: a. jirrigwardaw l-użu tal-maskri; u b. jirrigwardaw in-numru ta' persuni li jistgħu jinġemgħu flimkien, sija f'post pubbliku kif ukoll f'post privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tad-dokument ta’ linji gwida għall-użu tal-maskri lejn it-tnaqqis tat-trażmissjoni tal-virus responsabbli għal Covid-19, Gwida għall-użu ta’ maskri tal-wiċċ jew viżiera fil-komunità biex titnaqqas it-trażmissjoni tal-COVID-19, diversi studji juru li l-użu tal-maskri tal-wiċċ jgħin inaqqas it-tixrid tal-virus fil-komunità billi jillimita tixrid ta' infezzjoni minn individwi infettati li jistgħu ma jafux li huma nfettati, li għandhom sintomi, li għadhom ma żviluppawx jew li jibqgħu bla sintomi, billi jnaqqas il-qtar fl-arja (droplets). L-ilbies ta’maskri jikkumplimenta l-effetti tad-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn u iġene respiratorja. Id-deċiżjoni dwar l-użu tal maskri ttieħdet abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-ECDC dwar l-użu tal-maskri fil-kommunita’. Ninfurmah ukoll illi d-deċiżjonijiet fl-interess tas-Saħħa Pubblika huma bbażati fuq ix-xjenża u diversi linji gwida tal-ECDC u WHO dwar it-trażmissjoni tal- Covid-19, il-contact tracing u avvenimenti tal-massa li juru biċ-ċar ir-riskji assoċjati minn kuntatt fil-qrib ta’persuni. Dan ir-riskju huwa kumulattiv u jiżdied meta l-livell ta’ trażmissjoni fil-komunita tiżdied, skont in-numru ta’persuni li wieħed jiltaqa’ magħhom, skont in-numru ta’ persuni li jinġemgħu, u l-ħin li jqattgħu flimkien.

COVID-19 — Dipartiment tas-Saħħa Pubblika – studju xjentifiku fuq persuni asintomatiċi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji xjentifiċi li ffurmaw l-bażi tal-konklużjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li persuni li jissejħu "asintomatiċi", jiġifieri li ma jħossu ebda sintomi ta' mard, huma periklu għas-saħħa pubblika, minħabba t-tixrid tal-marda li tissejjaħ COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi każijiet ta’ infezzjoni b’Covid-19 kkonfermati mil-laboratorju li jkunu asintomatiċi kemm waqt li jmorru biex jgħamlu test, kif ukoll fil-jiem ta’ wara, bi proporzjon kbir minn dawn il-każijiet jesperjenżaw xi sintomi ta' Covid-19 fi stadju aktar tard tal-infezzjoni. Madankollu, hemm ukoll rapport internazzjonali ta' każijiet li baqgħu asintomatiċi tul il-ġranet ta’ wara, fejn il- proporzjon ta' każijiet asintomatiċi ġie stmat għal 30–40 % tal-infezzjonijiet kollha tal-Covid-19. L-aħħar statistika li għandna mill-każijiet lokali turi li f’Malta u Għawdex madwar nofs il-każijiet kollha tal-Covid-19 (50%) kienu asintomatiċi. Huwa normali li materjal ġenetiku ta’ SARS- CoV- 2, kif ukoll il-virus sħiħ SARS- CoV- 2 jiġu osservati f' pazjenti asintomatiċi. Fi studju mill- Korea t' Isfel, it- tagħbija virali u l- probabbiltà li jiġi identifikat SARSCoV- 2 vijabbli kienu simili f' persuni sintomatiċi u asintomatiċi, u dan jindika li persuni asintomatiċi jirrappreżentaw sors ta’ trażmissjoni ta’ SARS- CoV- 2 li tirriżulta fit-tixrid tal-marda Covid-19.