Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20629 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema li rtiraw bl-età

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw ħaddiema bl-età mis-Servizz Pubbliku tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 1,144 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba l-età.
Leg 13 PQ #20630 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema li ħarġu boarded out

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tas-Servizz Pubbliku li ħarġu boarded out minħabba mard tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 85 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba raġunijiet ta’ mard.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma taw l-ebda xogħol b’tender jew direct order, lil persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-2013 s’issa, mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma ngħata l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament. Għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqaw taħtu ma taw l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda mpjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal lum.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ma ngħatat l-ebda impjieg, tender jew direct order mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Minsiteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Arbli tad-dawl — Postijiet rurali

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20701 u tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Inclusion Fund – flus minn applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu flus fl-Inclusion Fund imsemmija fiċ-ċirkulari MEPA 2/14 mis-sena 2014 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, murija sena b’sena u li jiġu murija wkoll individwalment in-numru tar-referenza ta’ kull applikazzjoni li dwarha sar pagament, u l-ammont u d-data ta’ meta l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet l-istess pagament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba.

Tal-Pietà – parkeġġ fi Triq Zammit Clapp u Vjal l-Indipendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ li jinsab imdawwar bi Triq Zammit Clapp u Vjal l-Indipendenza f’Tal-Pietà, huwiex proprjetà tal-Gvern? Jekk le, ta’ min hu? Jekk iva, dan il-parkeġġ huwa ġestit minn xi entità barra mill-Awtorità tal-Artijiet? Jekk iva, liema hi, taħt liema titlu u mil-liema sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ li jinsab imdawwar bi Triq Zammit Clapp u Vjal l-Indipendenza f’Tal-Pietà huwa tal-Gvern u mhux ġestit minn xi entità barra mill-Awtorità tal-Artijiet.

Mwiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20515, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ mwiet maqsuma skont l-età u s-sess għas-sena 2020 anke jekk din l-informazzjoni għadha provi¿orja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #20884 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entità li ma għandhiex membru li huwa diżabbli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-entità Governattiva li m'għandhiex membru li hu/i persuna b’diżabilità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entita li qed jistaqsi dwarha l-Onor. Interpelleant hi l-Awtorità tax-Xandir li hija awtorità kostituzzjonali li l-membri fuqha jinħatru wara nomini li fil-prattika jiġu kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Fil-fatt il-Bord ta’ din l-Awtorità hu kompost minn ħames persuni: Chairman u erba’ persuni maħtura mill-President tar-Repubblika fuq il-parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Kif diġà spjegajt lill-Onor. Interpellant il-bordijiet l-oħra li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità.
Leg 13 PQ #20885 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li jirrapreżentaw is-settur tad-diżabilità u liema minnhom m’għandhomx rappreżentanza tas-settur tad-diżabilità avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att VII tal-2015? Jista’ jagħti l-isem ta’ dawn il-persuni li qegħdin jirrappreżentaw is-settur tad-diżabilità u għan-nom ta’ liema entità u jew NGO qegħdin hemm?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Is-Siġġiewi – Triq Lapsi – xogħlijiet mill-Water Services Corporation

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol min-naħa tal-Water Services Corporation fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi hekk kif jidher li f’dawn l-aħħar jiem ma kien hemm l-ebda ħaddiema jaħdmu u x-xogħol jinsab f’nofs leħja?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol maġġuri fi Triq Lapsi s-Siġġiewi huwa lest. Matul il-ġranet li ġejjin mistennija jsiru testijiet tas-servizzi ġodda li għadhom kif ġew installati. Ġaladarba dawn it-testijiet ikunu konkluzi, ikun imiss lill-Infrastructure Malta biex tgħati wiċċ ġdid lil din it-triq. Din it-triq hija parti zgħira min proġett ferm ikbar li hemm fl-inħawi, proġett li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-servizzi offruti lill-klijenti mill-Korporazzjoni.

Każijiet ta’ abbuż fuq tfal b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew irraportati każi ta’ abbuż fuq tfal b’diżabilità matul is-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? X’tip ta’ abbuż kien u kemm tressqu persuni l-Qorti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità irċeviet rapport ta’ każ ta’ abbuż fl-2018, tnejn fl-2019 u l-ebda wieħed fl-2020. Dawn kienu kollha każijiet ta’ telqa jew abbandun. F’żewġ każijiet, il-Kummissjoni ffaċilitat diskussjoni bejn l-entitajiet kollha kkonċernati sabiex il-ħtiġijiet tal-minuri jiġu ndukrati, u f’każ ieħor saret laqgħa mal-Aġenzija Appoġġ, peress li dan kien każ ta’ minuri li dik l-Aġenzija kienet diġa infurmata dwaru. Il-Kummissjoni m’hijex f’pożizzjoni li tgħid kemm tressqu persuni l-Qorti peress li hi tinvestiga każijiet ta’ diskriminazzjoni, filwaqt li dawk ta’ abbuż ma jaqgħux taħt il-kompetenza tagħha.

Aġenzija Sapport: Ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’ħidma twettqet mill-Aġenzija Sapport fis-sena 2019 u s-sena l-oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma ta’ Aġenzija Sapport matul il-perjodu msemmi qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Dawn l-proġetti huma apparti proġetti u programmi li jitwettqu fil-ħidma tal-Aġenzija b’mod regolari direttament mal-klijenti u l-familjari tagħhom.

Tfal taħt Care Order

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm tfal li ttieħdu lill-ġenituri għall-kura mill-istat fi snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Kemm minn dawn it-tfal irritornaw lura għand il-ġenituri tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Sena Ordni tal-Ħarsien Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja tiġi rritonata lura għand il-familja Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja għadha miżmuma mill-istat u segwiti mill-qrib 2018 50 4 5 2019 39 0 2 2020 15* 1 0 *12-il Ordni tal-Ħarsien saru qabel Lulju ta’ 2020. Tlett (3) Ordnijiet oħra saru mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Protezzjoni Minuri (Kura Alternativa).

Marsaskala: Prijoritajiet biex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi prijoritajiet twettqu s-sena l-oħra f’Marsaskala sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità li hija ¿ona turistika? Xi prijoritajiet se jitwetqu din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Ono. Interpellant li apparti l-interventi ta’ manteniment li jsiru mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inniedu Design Contest bil-għan li jitfassal Pjan Ħolistiku għar-Riġenerazzjoni ta’ żona turistika f’Wied il-Għajn. F’din l-istess l-lokalità, l-Awtorità Maltja għat-Turiżmu bħalissa għaddejja tirrestawra it-Torri ta’ San Tumas fejn dan eventwalment se jinbidel f’Mużew. Dan il-proġett mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin. Apparti minn hekk, numru ta’ faċilitajiet riservati għad-diving madwar Malta għadhom kif ġew irranġati billi ittejjeb l-aċċess għall-għaddasa, twaħħlu CCTVs, u ġew imwaħħla slielem u għamara oħra neċessarja. Is-sit riżervat għall-għaddasa f’Wied il-Għajn, kien parti minn dan il-proġett ukoll.

Pre-adoption courses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm saru pre-adoption courses fis-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, d-Direttorat għall-Kura Alternattiva (DAC) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) organizza 6 pre-adoption courses matul l-2020. Dawn komplew b’ mod online waqt il-pandemija.