Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18489 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar l-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020, lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw, kif ukoll min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18490 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mall-Caritas jipprovdi assistenza minn professjonisti diversi inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ droga jew vizzji oħra.
Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ taħriġ għal numru ta’ persuni għaddejjin minn riabilitazzjoni mal-Caritas. Dan it-taħriġ jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilità, komunikazzjoni, aspetti soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.
Barra minn hekk, Jobsplus tħallas lill-Caritas għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol wara t-tmiem tal-imsemmi programm; dan il-ħlas isir tliet xhur wara li jibda l-impieg. Caritas titħallas wkoll għal sitt xhur moniteraġġ tal-istess persuni li jiġu impjegati permezz ta’ dan il-ftehim.
Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18491 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol u li għandhom problemi ta’ saħħa mentali.
Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ ‘
mentoring
’ skont il-bzonn minn ‘
job coaches
’ li jaħdmu fil-programm ta’ ‘
Sheltered Employment Training
’ għall-medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa.
In vista tal-fatt li fl-10 ta’ Ġunju 2020 il-Ministru Abela kien ħabbar li l-Gvern kien wasal biex jilleġisla fuq Wage Regulation Orders għal iktar ġustizzja fost il-ħaddiema, jista’ l-Prim Ministru issa jgħid għaliex għadu ma ppubblikahomx?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li skada l-kuntratt li sar mal-MRA, kif l-ARMS tikkalkula l-kontijiet tal-konsum tal-elettriku ta' dawk li għandhom is-solar panels?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mad-dħul fis-seħħ tal-Avviz Legali 61 tal-2021, ossia Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Generat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajci tax-Xemx) (Emenda Nru 3) fil-25 ta’ Frar 2021, l-ARMS Ltd. aġġustat l-operat tagħha sabiex il-komputazzjoni tal-kontijiet tkun konformi ma’ dak stipulat fl-istess avviz legali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17920, 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17920 u 18788.
Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq San Anton f’Ħ’Attard se terġa’ tinfetaħ?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fil-każ tat-triq indikata din tagħmel parti minn proġett biex jinbnew mill-ġdid żewġ toroq madwar il-Ġonna ta’ San Anton u li jinfdu f’xuxlin, bit-triq l-oħra hija Triq Lord Strickland li għadha kif tlestiet. Ix-xogħol fi Triq San Anton jinkludi tqegħid ta’ servizzi ġodda għall-ilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ u bini ta’ bankini ġodda, qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’żewġ fażijiet bl-ewwel waħda dalwaqt tintemm u tibda t-tieni fażi biex li titlesta fix-xhur ta’ wara. Minħabba li din triq dejqa ħafna kien impossibbli li jsir it-tibdil ta’ daqstant sistemi taħt l-art, li qegħdin isiru biex jitjiebu s-servizzi għal ħafna familji fl-inħawi, minghajr ma tingħalaq.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet u għala Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, għadha ma saritx fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġjata minn oħra? Jista’ jgħid meta ser isiru peress li hemm periklu kbir f'din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-sinjali fit-toroq se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Inċidenti tat-traffiku fit-triq li mill-Port tal-Imġarr twassal sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-gwardjani lokali jew pulizija kull sena mill-2015 sal-lum, maqsuma sena b' sena, fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku rapportati fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, fl-akwati indikati minnu huma maqsuma kif ġej: fl-2015 - 118; fl-2016 - 92; fl-2017 - 116; fl-2018 - 105; fl-2019 - 106; fl-2020 - 84; u sal-31 ta' Marzu 2021 - 17.
Għawdex u Kemmuna – vetturi u muturi tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura u mutur għandu l-Korp tal-Pulizija ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kull vettura x'marka hi u ta' liema sena hi? Jista' jgħid għal kull vettura jew mutur, mil-liema taqsima tal-Pulizija ġewwa Għawdex qed jintuża? Liema minnhom bħalissa mhux qed jintużaw minħabba ħsara? Jista’ jgħid xi ħsara għandha kull vettura li mhux qed tintuża u meta hu maħsub li kull vettura li hija wieqfa, terġa’ tibda tintuża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa l-Korp tal-Pulizija f'Għawdex u Kemmuna għandu 29 vettura, jiġifieri 15 -il karozza u 12 -il mutur, quad bike u dagħjsa. Il-marki ta’ dawn il-vetturi huma BMW, Mitsubishi, Peugeot, Honda, Fiat, Ford, Toyota, Aeon, u Drago. 11 il-vettura minnhom huma ta' qabel l-2011 u l-bqija huma kollha ta' bejn l-2013 u l-2019. Minn dawn hemm mutur li dalwaqt jerġa' jibda jintuża u vettura oħra li għandha ħsara fil-magna.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent fejn jinsab l-uffiċċju f’Għawdex tas-SEM (MEUSAC) u f’liema ħinijiet qed jinfetaħ għas-servizz tal-Għawdxin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-uffiċċju ta' SEM f'Għawdex jinstab fl-NGO Centre, Triq il-Madonna tar-Rummiena, Ix-Xewkija XWK 9082.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-07:45 sas-14:15, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. L-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat fuq 21552868. Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu fil-website u l-paġna ta’ facebook tal-aġenzija.
Wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, il-klijenti xorta jistgħu jibagħatu e-mail fuq info.sem@gov.mt sabiex jitolbu aktar informazzjoni jew jagħmlu appuntament sabiex issir laqgħa u jingħataw tagħrif aktar dettaljat.
Ix-xogħol li jitwettaq minn SEM f’Għawdex mhuwiex biss xogħol li jsir fl-uffiċċju imma anke lil hinn minnu.
Ministeru għal Għawdex – lista ta’ kull direct order
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kull direct order, kienet ta’ liema valur kienet, li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, matul is-sena 2020? Jista’ jgħid f’kull każ x’inxtara jew x’servizz ingħata, kif ukoll il-valur u min ġie mħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni tkun ippubblikata perjodikament fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema trasferiti fil-kunvent ta’ Santu Wistin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ġimgħat kemm ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex ġew trasferiti ġewwa l-kunvent ta' Santu Wistin? Jista’ jgħid jekk din il-binja għandhiex il-faċilitajiet kollha ta’ sigurtà u aċċess skont il-liġi rikjesti mill-Health and Safety Authority? Jista’ jgħid jekk sarx accessibility audit ta' din il-binja mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u jekk iva, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 53 ħaddiem tal-Ministeru għal Għawdex li temporanjament ġew trasferiti f’parti mill-Kunvent ta’ Santu Wistin. Il-ħaddiema ġew trasferiti f’dan il-post għal perjodu temporanju biex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ rinovar fuq il-binja amministrattiva li tinkorpora l-Ministeru għal Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett il-binja kollha, għall-ewwel darba, se issir aċċessibli għal kulħadd skont il-liġi kif rikjest mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà.
Il-ħaddiema trasferiti temporanjament fil-Kunvent ta’ Santu Wistin jagħmlu xogħol ta’ back office u ma jarawx pubbliku. L-istess ħaddiema sa ftit ġimgħat ilu kienu jaħdmu f’parti mill-binja amministrattiva tal-Ministeru li bħalissa għadha mhix aċċessibbli. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bosta minn dawn il-ħaddiema bħalissa qed jgħamlu l-parti l-kbira minn xogħolhom permezz ta’ telework.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drttijiet tal-Annimali — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-PQs 12908 u 18171.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.