Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mid-Dipartiment tal-Kuntratti: CT2344/2021 - Tender for Seamen Services to Work on Board Gozo Channel (Operations) Limited Vessels? Jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-tender ħarġet permezz ta' Accelerated Opening, kif ukoll jgħid kemm hi stmata din it-tender, kemm hemm maħsub li jiġu impjegati Seaman permezz ta' din it-tender u għal kemm-il sena hi din it-tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender CT2344/21 jikkonsisti fi provizjoni ta’ servizzi ta’ seamen biex jaħdmu abbord il-vapuri tal-Gozo Channel (Operations) Limited.
It-tender ħarġet permezz ta’
Accelerated Procedure
minħabba l-fatt li l-kuntrattur prezenti informa lill-Awtorità Kontraenti li jrid jittermina l-kuntratt tiegħu. Din issa ġiet estiza sas-6 ta’ Jannar u allura t-tender se jkollha perjodu ta’ pubblikazzjoni ta’ 30 ġurnata.
L-estimu li ġie pubblikat fit-tender huwa ta’ €5,062,177.85 (esk VAT) għal perjodu ta’ sentejn, bil-possibilita li tiġi estiza għal zewġ perjodi oħra ta sitt xhur -il wieħed.
It-tender tistabilixxi biss l-estimu tas-siegħat u ħarġet fuq ba¿i ta’
as and when required.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kopja ġiet stampata ta' Għawdex Numru 04, Novembru 2021? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan il-ktejjeb u min għamel ix-xogħol (layout, printing, posta eċċ)? Jista' jgħid lil min ġie mibgħut bil-posta dan il-ktejjeb?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23007, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17977 u ċjoè: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-proġett ta’ Għajnsielem Learning Hub waslu lejn it-tmiem. Din il-ħidma tikkonsisti f’tisbiħ u ristrutturar tal-parti tal-binja minn fejn kienu qed jitwasslu s-servizzi eżistenti minn Aġenzija Sapport, Jobsplus, MITA u FITA. Fil-preżent għaddejja ħidma fuq it-tieni u t-tielet fażi tal-proġett li ser jara manutenzjoni u tisbiħ ta’ sala u diversi kmamar li ser iservu bħala uffiċini u spazju minn fejn jistgħu joperaw aktar servizzi u entitajiet differenti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23756, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ klijenti tal-Caritas li għandhom problema ta’ xorb?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, minn informazzjoni pprovduta mill-Għaqda Non-Governattiva Caritas, n-numru ta’ klijenti li fl-2021 ressqu għall-għajnuna tal-Caritas rigward kura u għajnuna relatata mal-problema ta’ xorb, huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Informazzjoni provduta għas-Sena 2021
Alcohol as a Primary Drug
Alcohol as a Secondary Drug
13 clients
(5 females, 8 males)
9 clients
(1 female, 8 males)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern f’Malta u f’Għawdex, sena b’sena bejn l-2013 u l-2021? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi, jekk kenux nisa jew irġiel u x’età kellhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif qed ikun indikat fit-tabelli li qed jipoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli huma meħudin mir-rapport statistiku annwali li huwa diġa’ ppublikat u jinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar Sexual Health Policy u Sexual Health Strategy ippubblikati mill-Ministeru tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq n-National Sexual Health Survey li se jifforma l-bażi tas-Sexual Health Strategy ġdida u aġġornata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern f’Malta u f’Għawdex, sena b’sena bejn l-2013 u l-2021? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi, kenux nisa jew irġiel u x’età kellhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Persuni li għandhom il-problema tad-droga – trattament psikjatriku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom problema tad-droga u qed jieħdu trattament psikjatriku? Kemm minnhom qed jieħdu t-trattament fl-Isptar Monte Carmeli, kemm f’Mater Dei u kemm minnhom fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Monte Carmeli preżentament hemm 43 pazjenti li qiegħdin jiġu segwiti minn psikjatri rispettivi minħabba li għandhom problema tad-droga.
Madwar 10% tal-pazjenti fil-komunita’ li qegħdin jiġu segwiti mill-
Community Mental Health Teams
minħabba kundizzjonijiet ta saħħa mentali, irraportaw użu ta’ droga illiċita.
Minbarra l-Community Mental Health Teams, hemm is-servizz tal-Outreach. Dan huwa servizz li jingħata lil dawk il-pazjenti li minħabba kundizzjonijiet kroniċi u severi ta saħħa mentali, ikollhom bżonn aktar intensive follow-up fil-komunita’.
Fl-Outreach (North) hemm 22 każ li għandhom problema ta’ użu ta’ droga, tal-Outreach (Centre) 16, u fl-Outreach (South) 14 il-każ.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas is- Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej ma għamlu reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-ordni mal-Airbus għal “long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference tal-Ministru dwar l-Airmalta nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Jannar 2022, x’tip huma dawn l-ajruplani, kemm-il-ajruplan “long haul” ġie ordnat, kemm kien il-valur totali ta’ din l-ordni, min awtorizza din l-ordni, meta ġiet rinegozjata din l-ordni għal-tliet ajruplani “short haul”, x’tip huma dawn l-ajruplani “short haul”, kemm huwa l-valur totali ta’ din l-ordni ġdida, kienx hemm penali jew telf sabiex l-ordni ġiet ri negozjata, meta ser ikunu ‘delivered’ dawn it-tliet arjuplani, kif ser tiġi ffinanzjata din l-ordni l-ġdida, ma min qed jiġi nnegozjat il-bejgħ u “lease back” irrapurtat fl-istess press conference ta’ dawn l-ajruplani, u x’pjanijiet għandha l-AirMalta jekk dawn in-negozjati jfallu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ordni tal-“long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference dwar l-Air Malta nhar il- Ġimgha 14 ta’ Jannar 2022 saret f’Ottubru 2019.
Dawn il- “long haul planes” kienu tat-tip Airbus A321XLR u ġew ordnati tnejn.
L-ordni taz-zewg “long haul planes” saret mill-Malta Med Air wara li ġiet awtorizzata mill-Ministeru Tat-Turizmu. Dawn l-ajruplani ġew ordanti biex jinkrew mill-Malta Med Air lill-Air Malta.
Din l-ordni ġiet rinegozjata għal tliet ajruplani tat-tip Airbus A320NEO fl-Lulju 2021. Ma kien hemm l-ebda penali jew telf sabiex l-ordni ġiet rinegozjata.
L-ewwel ajruplan ser ikun “delivered” fil-bidu tat-2023 u t-tnejn l-oħra fil-bidu tat-2024.
Ir-rifinanzjament ta’ dawn l-ajruplani qed isir ma’ ditta speċjalizzata barranija wara li l-Air Malta ħarġet sejħa internazzjonali għal-proposti ta’ rifinanzjament u li għaliha wieġbu għaxar kumpaniji barranin.
Jekk dawn in-negozjati jfallu, l-Air Malta għandha alternattivi oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 17777, 18163 u 19151, issa li ġie kkonfermat illi m'huma għaddejja l-ebda negozjati ma' Steward Health Care dwar il-kuntratt ta' konċessjoni li din tal-aħħar għandha mal-Gvern Malti, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stadju waslu l-preparamenti sabiex jinbena sptar akut f'Għawdex, jekk ġiex identifikat is-sit tiegħu, meta ser jibda x-xogħol fuqu, meta hu previst li jitlesta, kemm hu mistenni li ser jiswa u kemm ser ikollu sodod? Jista' jispeċifika jekk dan l-isptar hux ser jinbena mill-konċessjonarju u għaliex in-nuqqas ta' bini ta' dan l-isptar mhux meqjus mill-Gvern bħala ksur tal-kuntratt da parti tal-konċessjonarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt ta’ Konċessjoni bejn il-Gvern u Steward Healthcare għadu fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei – operazzjonijiet fuq il-parti baxxa tad-dahar
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex l-operazzjonijiet fuq il-parti baxxa tad-dahar m'humiex fil-preżent isiru fl-Isptar Mater Dei u qed jiġu postposti għal jum ieħor? Jista’ jikkonferma li dan qed iseħħ minħabba xi nuqqas ta' apparat u jistax jgħid meta dawn l-operazzjonijiet issa ser isiru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm dewmien ta’ ftit ġimgħat sakemm prodott li jintuża waqt certi l-operazzjonijiet jiġi konsenjat f’Malta. Din il-problema ġiet risolta u dawn l-operazzjonijiet qedgħin isiru.
Reklutaġġ ta’ ħaddiema minn aġenziji fis-settur pubbliku – Public Service Management Code
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu applikabbli l-Public Service Management Code lill-ħaddiema li jiġu reklutati direttament mill-bosta aġenziji li llum jeżistu fis-settur pubbliku, kif isir tali reklutaġġ u x'ġurisdizzjoni għandha l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fuq tali ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Public Service Management Code japplika biss għal uffiċjali pubbliċi mhux għal impjegati pubbliċi. Ir-reklutaġġ fl-agenziji jsir skont il-ligijiet applikabbli. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għandha gurisdizzjoni biss fuq uffiċjali pubbliċi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23546, jidhirlux il-Ministru li n-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li marru jaħdmu fis-settur privat matul is-snin hu baxx ħafna u juri li din l-Iskema mhux qed tagħmel sforzi biżżejjed sabiex imsieħba jmorru jaħdmu fil-privat? Jidhirlux li dawn il-figuri juru li l-għan primarju ta' din l-Iskema fallew u din l-Iskema m'hi xejn ħlief paraventu għal aktar impjieg fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waħda mill-għanijiet ta’ din l-iskema hija li toffri opportunita` lil nies b’ċertu ċirkostanzi diffiċli u li kienu inattivi biex isiru produttivi u dan qed isir.
L-għan aħħari huwa dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant u se jibqa’ jsir kull sforz għal dan il-għan.
AirMalta p.l.c – ħaddiema li ser jitkeċċew – inizjattivi u programmi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi u programmi ħa, ħalli ħaddiema li ser jitkeċċew mill-AirMalta p.l.c. jibdew jaħdmu fis-settur privat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem mhu ser jitkeċċa. Wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ l-iskema volontarja tat-trasferiment, imbagħad minn hemm naraw x’ikun l-interess fost l-istess applikanti sabiex jagħmlu xogħol fis-settur privat.
Fgura – Triq il-Kampanella – rapport tal-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba ġiex preparat rapport dwar l-istat ta’ Triq il-Kampanella Fgura u jekk tul din is-sena hijiex ser issir mill-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fil-lokalità tal-Fgura diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rghajja.
Waqt li bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fl-istess lokalità, it-triq indikata tinsab ukoll fil-programm ta’ bini mill-ġdid u manutenzjoni ta’ toroq, fost ħafna toroq oħrajn f’lokalitajiet differenti li Infrastructure Malta ser tagħmel fiż-żmien li ġej.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Fgura – Triq il-Kampanella – rapport tal-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba ġiex preparat rapport dwar l-istat ta’ Triq il-Kampanella Fgura u jekk tul din is-sena hijiex ser issir mill-ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ma ġie ppreparat l-ebda rapport dwar l-istat ta’ Triq il-Kampanella u m’hemm l-ebda ħjiel li din is-sena ser issir mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk saritx spezzjoni fil-parti ta’ Triq il-Karmelitani Fgura mill-kantuniera ta’ Triq il-Kampanella fejn l-asfalt qiegħed jinżel b’ħsara għall-proprjetajiet varji li hemm? U jekk iva, meta ser tiġi msewwija?
Response (BORG, IAN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24301, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.