Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqaw taħtu ma taw l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ġbir ta' karozzi abbandunati mill-pulizija f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza abbandunata nġabret mill-Pulizija f’Għawdex mis-sena 2015 sal-lum? Huwa minnu li l-pulizija f’Għawdex mhux qed jiġbru karozzi abbandunati madwar Għawdex għaliex mhemmx post fejn jinżammu? X’se jagħmel il-Ministeru biex jipprovdi post fejn jinġabru dawn il-vetturi li jkunu tneħħew mit-toroq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi abbandunati li nġabru mill-Pulizija f’Għawdex mis-sena 2015 sal-lum kien ta’ (62). Karozzi abbandunati qed jinġabru minn kuntrattur f’Għawdex sakemm dawn jiġu skrapjati. Infurmat li l-Korp tal-Pulizija mhux l-unika entità responsabli minn ġbir ta' vetturi abbandunati. Il-Pulizija dejjem jimxu skont dak li tgħid il-liġi f’dan ir-rigward

Skema ‘Care at Home’ għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tintroduċi Skema Carer at Home bħalma għandhom l-anzjani sabiex persuni b’diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi diversi servizzi u skemi fosthom dawk li jagħtu sostenn lil persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom fil-komunità. Permezz ta’ dawn is-servizzi u skemi, persuna b’diżabilità jista’ jkollha għajnuna ta’ Support Worker mill-Aġenzija jew carer tal-għażla tagħha, inkluż assistent personali, skont is-sigħat ta’ għajnuna li din ikollha bżonn u skont iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ. Professjonisti jassessjaw u jsegwu l-każijiet. Dawn is-servizzi u skemi huma kumplimentati wkoll minn diversi servizzi u skemi oħrajn li kollha huma intenzjonati li jżidu l-indipendenza tal-persuna b’diżabilità u ċ-ċans li jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Servizz ta’ Psychiatric Outpatient

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta kif ukoll t’Ghawdex, li fil-preżent qed jirċievu servizz psikjatriku gewwa l-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – ksur tad-drittijiet – ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm ilmenti li jkunu allegati ksur tad-drittijiet tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul is-sena l-oħra? X’kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x’rakkomandazzjonijet saru biex jitħarsu l-persuni involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17700.
Leg 13 PQ #20899 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18617, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mid-Dipartiment tal-Istrategy & Support fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus (€10,000) kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 18617.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16464, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) (€52,000) u mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) (€170,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16464.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16465, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Malta Film Commission (€1,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16465.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16469, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Ministeru (€30,000) u mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) (€200) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16743, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif il-Marigold Foundation qasmet l-equipment imsemmi fir-risposta u li jammonta għas-somma totali ta’ €245,798? Jiġifieri, liema entitajiet jew organizzazzjonijiet gawdew mid-donazzjonijiet imsemmija fir-risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16470, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Orkestra Nazzjonali (€3,500) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16470.
Leg 13 PQ #20928 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Multisensory Room fl-Iskejjel tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kmamar f'kull Skola tal-Gvern li jintużaw bħala "multi-sensory room"? F'liema skejjel jinsabu? Hekk hemmx ħsieb, u fejn, li jkun hemm oħrajn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disa’ Multisensory Learning Rooms. Dawn jinsabu fl-iskejjel primarji ta’ Pembroke, Ħaż-Żebbuġ, Fgura, Senglea, Birżebbuġa, San Ġwann, Lija, Pietà u B’Kara. Huwa ppjanat li jinfetħu oħrajn u l-ewwel tnejn ser ikunu l-Qawra u Marsaskala (San Ġwakkin) fis-sena skolastika li jmiss.
Leg 13 PQ #20929 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSEs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm hemm Learning Support Educators jaħdmu taħt il-Ministeru tagħha u fejn jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li Learning Support Assistants jaħdmu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni hemm 2652. Dawn jaħdmu fl-iskejjel Primarji, Skejjel Medji, Skejjel Sekondarji, Ċentri tar-Riżorsa u Learning Support Centres.
Leg 13 PQ #20930 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

The Statementing Process: Referral Guidelines for Schools

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "The Statementing Process: Referral Guidelines for Schools"?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi The Statementing Process: Referral Guidelines for Schools huwa dokument pubbliku u jinsab fuq is-sit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 6579 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 17 ta' Mejju 2021)

Forzi Armati ta’ Malta u Korp tal-Pulizija – ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20715 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema b’diżabilità impjegati mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Puluzija humiex impjegati direttament jew seconded mill-post tax-xogħol ieħor? Hekk mhux impjegati direttament, jista’ l-Ministru jgħid minn liema post tax-xogħol ġew mislufa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba parlamentari 20715.

Powerstation — Downtime

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20813 u 20725 u tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas kien hemm total ta’ 41 darba fejn kien hemm xi forma ta’ waqfien, kemm dak ippjanat kif ukoll dak mhux ippjanat, fuq iż-żewġ impjanti.

Persuni li jbatu minn Myalgic Encephalomyelitise — statistika

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20637, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hekk hux biħsiebu li mill-aktar fis possibli tibda tinżamm statistika ta’ kemm hawn persuni li jbatu mill-Myalgic Encephalomyelitise?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika dwar kundizzjonijiet mhux daqstant komuni li tipikament ma jwasslux biex persuna tidħol l-isptar hija dejjem diffiċli biex tinġabar għax tkun tirrikjedi stħarriġ kbir iddedikat.

Ħ’Attard – Triq P.P.Rubens – one way

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq P.P. Rubens f’Ħ’Attard issir one way u ċjoè ma jkun hemm l-ebda dħul fiha min-naħa ta’ Triq l-Imdina għal ġo Triq P. P. Rubens?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Lista tal-Qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18486 u jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex fl-2019 u 2020. Tabella oħra li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-oqsma ta’ l-impjiegi ta’ dawk il-persuni li kienu fuq ir-reġistru tal-qgħad u sabu xogħol. Din l-informazzjoni hi meħuda skont il-formola tal-bidu ta’ l-impjieg li tirċievi Jobsplus. Persuna hi magħduda darba biss kull xahar imma l-istess persuna tista tkun misset mar-registru tal-qgħad f’izjed minn xahar wieħed allura tista’ tinqabad f’xhur oħra.

Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18487 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.