Sptarijiet u kliniċi – ħlas għal servizzi minn persuni minn pajjiżi terzi li jaħdmu f’Malta
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas għal servizzi mill-isptarijiet u l-kliniċi pubbliċi sena b'sena mill-2015 sal-lum minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom permess tax-xogħol, li jħallsu national insurance f'Malta, ma jħallsux għas-servizzi mediċi.
Atti kriminali fuq persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' ’l fuq minn 65 sena, sena b'sena, mill-2012 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kif ingħad f’risposti relatati, fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u ma hemmx kategorija speċifika għall-reat dwar abbużi fuq anzjani.
Infurmat ukoll li mis-sistema, in-numru ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar irreġistrati bħala vittmi tar-reati kriminali kollha li seħħew fil-perjodu msemmi kienu ta’ 15,725 jiġifieri fl-2012 – 1363, fl-2013 – 1580, fl-2014 -1735, fl-2015 – 1732, fl-2016 – 2155, fl- 2017 – 2196, fl-2018 – 1870, fl-2019– 1609, fl-2020 -1097 u fl-2021 – 388.
Dawn ivarjaw minn reat b’mezzi tat-teknoloġija, serq, theddid, vjolenza domestika, frodi u omiċidji.
L-informazzjoni t’hawn fuq infurmat li ma tirriflettix in-numru ta’ reati individwali, minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw persuni bl-età mill-Airmalta u kemm daħlu ġodda f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 2019 u s-sena 2021 irtiraw bl-eta ħdax (11) il-persuna.
Fl-2019/2020 ġew ingaġġati mija u tnejn u għoxrin (122) impjegat ġdid, li minn dawn, sitta u tmenin (86), kienu
cabin crew
li ġew impjegati fuq bazi part-time temporanja.
Fl-2021 ġew ingaġġati 3 impjegati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu d-dewmien bħalissa għal min qed iħallas biex iġedded il-liċenzja tas-sewqan personali tiegħu mid-data tal-ħlas, għad-data li fiha jirċievi l-liċenzja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-applikazzjonijiet għal-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan li jiġi riċevuti bil-posta jiġi pproċessati l-għada li jaslu. Il-klijenti ġeneralment jirċevuhom fi żmien għaxart ijiem bil-posta.
Tiġdid li jeħtieġ li jiġi vvalutat mit-tim mediku ta’ Transport Malta normalment jieħu massimu ta’ għaxart ijiem biex jiġi pproċessat, dejjem sakemm ma jkunx hemm bżonn aktar verifiki jew rekwiżiti li għandhom jiġu pprovduti.
Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għat-tiġdid li jiġi riċevuti u li m'għandux id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, l-klijenti jiġu ikkuntatjati l-għada permezz ta’ telefonata biex jiġu infurmati b’dak li jkun meħtieġ. It-tiġdid imbagħad jiġi pproċessat skont meta l-klijent jibgħat id-dokumentazzjoni meħtieġa.
L-applikazzjonijiet għal-tiġdid li ikunu miċħuda minhabba raġunijiet partikolari jiġu mibgħuta lill-klijenti l-għada li jiġu riċevuti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom applikazzjoni taħt l-iskema Wifi4EU milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea? Għalfejn għadhom ma ħarġux xi works order ma "Approved Wifi4EU installers" sabiex isiru l-proġetti approvati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li kellhom l-iskema Wifi4EU milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea huma erbgħa u ħamsin (54), li huma:
Il-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, Ħal Lija, Ħal Qormi, Ħ’Attard, Il-Furjana, Il-Gudja, Il-Kalkara, Il-Mellieħa, Il-Mosta, In-Nadur, L-Għarb, L-Imsida, Marsaskala, Il-Qala, Iż-żebbuġ, Iż-żurrieq, Ta’ Xbiex, San Pawl il-Baħar, In-Naxxar, Iż-Żejtun, Santa Venera, L-Imqabba, Ħal-Safi, Il-Qrendi, L-Mġarr, San Lawrenz, Il-Munxar, Il-Fontana, Ħal Kirkop, Ħaż-żabbar, Is-Siġġiewi, L-Isla, Tas-Sliema, Ħaż-żebbuġ, Ta’ Kerċem, L-Iklin, Marsaxlokk, L-Imdina, L-Imtarfa, Pembroke, Ir-Rabat Għawdex, Santa Luċija, Ħal Tarxien, San Ġiljan, Is-Swieqi, Ix-Xewkija, San Ġwann, Ta’ Sannat, Tal-Pietà.
Ħarġet sejħa għall-offerti sabiex jiġi ngaġġat kuntrattur wieħed biex jiġi akkwistat u ssir l-installazzjoni tal-apparat meħtieġ skont il-kriterji stabbiliti mill-proġett f’isem il-Kunsilli Lokali kollha li ngħataw il-
voucher
. Is-sejħa kienet ingħalqet u kien hemm offerent wieħed, liema offerta ġiet ferm għola fil-prezz minn kemm kien stmat il-proġett, u għalhekk ma setgħetx tiġi aċċettata. Għalhekk kienu għaddejjin negozjati mal-unika kuntrattur li ssottometta l-offerta (
negotiated procedure
), sabiex ikun jista’ jiġi negozjat prezz li jkun sostenibbli biex isir it-tali proġett. Sfortunatament ma ntlaħaqx ftehim konkret u għaldaqstant għad ma nstabx kuntrattur biex it-tali proġett jiġi mplimentat.
Mill-banda l-oħra ġie rikonoxxut l-isforz li qed isir biex dan il-proġett jirnexxi u wara li kien hemm rapreżentanza mal-EU biex il-proġett ikun aktar sostenibbli, approvat il-bidliet mitluba. Ġiet approvata wkoll estensjoni ta’ 6 xhur u għaldaqstant il-
vouchers
tal-ewwel sejħa ser jibqgħu validi sal-aħħar ta’ Settembru 2021. Dan ifisser li sa din id-data, il-proġett mill-ewwel sejħa jrid jiġi mplimentat fil-lokalitá partikulari u l-kuntrattur ikun laħaq għamel it-talba mal-EU biex jieħu l-ammont tal-
voucher
.
Qabel ma d-Diviżjoni toħroġ sejħa oħra li tinkludi l-Kunsilli Lokali kollha li ġew milqugħa, intbagħat komunikat lill-Kunsilli Lokali kollha rispettivi sabiex jekk jippreferu, joħorġu s-sejħa individwalment u ma jiġux inklużi fis-sejħa li ser toħroġ id-Diviżjoni.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16472, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Gozo Channel (€20,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16746.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16508, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Visas (MRVA) (€5,000) u mill-Identity Malta (€2,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16509, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Water Services Corporation (€20,255) u mill-Enemed (€5,665) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16509.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16747, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għall-Ippjanar (€4,043) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16747.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 16927 u 19404, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija lill-Marigold Foundation minn entitajiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru u li jammontaw għall-€19,775 huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari li għamlet hi stess bin-numri 16927 u 19404.
Proġett ta’ Afforestazzjoni tal-Iswatar u Mini Buskett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitnedew il-proġetti ta' afforestazzjoni li tħabbru mill-Ministru għall-Ambjent fl-2017 u li kellhom jikkonsistu f'żewġ proġetti ta’ afforestazzjoni fl-Iswatar ta’ 28,000 metru kwadru u 8000 metru kwadru rispettivament u proġett ieħor fiċ-Ċentru ta' Malta li kellu jsir "Mini Buskett"? Min huma l-membri tal-kumitat li kienu nominati jistudjaw dawn is-siti u jista’ jippreżenta kopja tax-xogħol tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward taż-żona tas-Swatar, sar diġà xogħol ta’ afforestazzjoni li dettalji dwaru kienu ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 9136. Iż-żona kkonċernata ġiet ridimensjonata għal madwar tmint elef (8000) metru kwadru u dan għax fuq il-kumplament tal-art kien hemm kwistjonijiet relatati mas-sjieda u t-titlu. Fuq dan il-proġetti ma nħatar l-ebda kumitat iżda t-tħejjijiet u x-xogħlijiet meħtieġa twettqu kollha minn Ambjent Malta. Min-naħa l-oħra, l-proġett fiċ-ċentru ta’ Malta kien spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11067. Dwar l-aħħar żviluppi fuq dan il-proġett, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 49 persuni irreġistrati li jsofru minn Motor Neuron Disease. Dawn il-persuni qed jirċievu trattament mediku neċessarju minn tim multidixxiplinarju ta’ esperti mediċi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li hemm fis-seħħ mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari tiegħu se jkun qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra f’xi seduta oħra.
Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – smigħ tal-appelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar mhux qed jiffunzjona u ilu ma jisma’ appelli għal iktar minn xahar? Meta hu mistenni li dawn l-appelli jibdew jinstemgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif jaf tajjeb, f’Marzu li għadda, f’din il-Kamra tressaq abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, liema emendi daħlu fis-seħħ permezz tal-Att XXI tal-2021 li għadda fis-26 t’April. Sussegwenti għal dawn l-emendi setgħu isiru l-ħatriet meħtieġa li notifika dwarhom dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Mejju. Dawn l-iżviluppi ppermettew li t-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jissokta bil-ħidma tiegħu b’mod immedjat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq għal kwalsiasi promozzjoni (public relations) bħala spiża attwali għas-snin 2019 u 2020? Jista’ jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ jew kampanja? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għal liema skop jew destinazzjoni huwa uża private jet fix-xahar ta’ Frar 2021? Jista’ jgħid f’kull każ il-ħin taż-żjara?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Prim Ministru mar fuq żjara flimkien mal-Ministru Miriam Dalli biex iġib l-investiment u x-xogħol lejn pajjiżna, u mar u ġie lura dakinhar stess fejn mal-wasla kompla bil-hidma tiegħu nkluz b'konferenza stampa dwar suggett ieħor.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18464 u tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda’ entita’ li għandhom il-ftehim kolletiv skadut.