B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18171, jista’ l-Prim Ministru jindika n-numru (mhux persentaġġ) ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku?
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — Spezzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20959, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nuqqasijiet fl-450 spezzjoni li saru fis-Servizzi għan-Nies b’Diżabilità s-sena oħra u x’rakkomandazzjonijiet saru biex dawn in-nuqqasijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-450 spezzjoni li għamlet, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet 310 rakommandazzjonijiet għas-servizzi għal persuni b’diżabilità wara li nstabu nuqqasijiet dwar l-ambjent ta’ servizz, kura, immaniġġjar tas-servizz u fejn jidħlu attivitajiet ta’ kuljum. F’każi minnhom, in-nuqqasijiet ġew irranġati minnufih, filwaqt li f’każi oħra ġie mfassal pjan ta’ azzjoni minn min jipprovdi s-servizz. L-Awtorità tibqa’ tagħmel moniteraġġ sabiex tassigura li dan il-pjan jiġi fis-seħħ.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet, dipartimenti, awtoritajiet u aġenziji — kuntatti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ kuntatti tal-Entitajiet, Dipartimenti, Awtoritajiet u Aġenziji li hu responsabbli tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20900, peress li fil-mistoqsija oriġinali 16464 ma ntwiġibx kif intużaw il-fondi pubbliċi li għaddew lill-Marigold Foundation, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20900 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16464, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) (€52,000) u mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) (€170,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif ingħad diversi drabi, dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20901, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16465 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20901 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16465, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Malta Film Commission (€1,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif ingħad diversi drabi, dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-taħditiet mal-Unjoni Ewropea, minn Ottubru li ġej, il-ground handling ser ikollu jingħata barra u mhux mill-Air Malta? F’dan il-każ, jista’ jgħid x’ser jiġri mill-istaff u jekk għandhomx ix-xogħol garantit?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din il-materja hi waħda li se tiġi deċiża mil-linja nazzjonali tal-ajru in linea mal-pjan strateġiku l-ġdid tagħha, b'ħarsien tax-xogħol tal-ħaddiema tal-lum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20935, ġaladarba huwa ħażin li nħallu post fid-dlam u bla dawl, tista’ l-Ministru minflok tobbliga lill-kumpanija privata biex tirranġa s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kkomunika mal-kumpanija privata u ġejna nfurmati li għaddejin diskussjonijiet biex tiġi solvuta l-problema.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19349 tat-18 ta’ Frar 2021, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-iskemi li l-Awtorità tad-Djar qed toffri fil-preżent, lill-inkwilini li jkunu jridu jagħmlu manutenzjoni fl-appartament tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar qed toffri skema ta’ Irranġar u Titjib u d-dettalji ta’ tali skema qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20904, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16470 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20904 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16470, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Orkestra Nazzjonali (€3,500) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20905, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16472 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20905 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16472, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Gozo Channel (€20,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandix aktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 16472.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett organizzawx xi korsijiet/taħriġ fil-lokalitajiet tagħhom matul is-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra?’ Jekk iva, x’tip ta’ korsijiet ġew organizzati u meta saru dawn il-korsijiet/taħriġ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il profiling sar ta’ familji vulnerabbli matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fejn huma allokati dawn il-familji vulnerabbli li qed jiġu megħjuna mill-impjegati tal-Proġett LEAP? X’tip ta’ għajnuna qegħdin jingħataw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie integrat fis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità fi ħdan l-FSWS. L-għan tal-Agenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilup soċjali tal-komunità.
Familji vulnerabbli, jingħataw assistenza soċjali skont il-bżonn partikolari tagħhom. L-għajnuna mogħtija lill-familji hija mfassla fuq perspettivi innovativi psiko-soċjali u multi-dixxiplinarji li jinkludu:
A. Assessjar inizjali u dettaljat* li jindirizza lill-familja minn tmien punti fokali li huma:
1. Ħajja emozzjonali sana.
2. Familja u trobbija tal-ulied.
3. Relazzjonijiet soċjali.
4. Aspetti legali.
5. Għarfien finanzjarju u stabbilta’ fid-dħul.
6. Disponabbiltà għax-xogħol.
7. Edukazzjoni għal matul il-ħajja.
8. Akkomodazzjoni u stabbilita’ fid-dar.
*L-Assessjar inizjali u dettaljat ħa post il-profiling li kien issir mill-Proġett LEAP.
B. Pjan ta’ kura maqbul bejn il-partijiet kollha, b’interventi li huma relevanti u mkejla, li jiffukaw fuq miri speċifici u li jistgħu jinksbu fil-ħin allokat
C. Kejl tal-eżitu sistematiku (
outcome measure
) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja partikolari, kif ukoll ikun indikkativ ta’ x’hemm bżonn issir il-quddiem.
D. Sapport għall-aċċess ta’ s-servizzi soċjali u komunitarji speċjalizzati mmirati biex jintlaħqu l-għanijiet rispettivi.
E. Żjarat fid-djar tal-familji u laqgħat ma’ professjonijiet oħra li jkunu qed jassistu lill-familja.
F. Akkumpanjar għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola.
G. Il-ħidma mal-familiji issir f’kuntest ta’ komunita’, fuq il-prinċipji ta’ l-izvilup tal komunita’ u parteċipazzjoni lokali.
Minn Jannar 2020 sa’ Diċembru 2020, 1523 kas ibbenifikaw mis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità.
Il-lokalitajiet u l-għadd ta’ familji benefiċjarji huma skont kif tindika it-tabella hawn taħt:
Servizz ta’ Assessjar Inizjali u Dettaljat għal Familji fil-Kommunità
Għadd ta’ Familji Benefiċjarji
Bkara Community
105
Cottonera Community
275
Mosta Community
115
Msida Community
67
Northern Harbour Community
73
Paulo Freire Institute
87
Qawra Community
303
Southern Community
144
Valletta Community
144
Western Community
101
Zabbar Community
109
Total
1523
Tista’ l-Ministru tindika n-numru ta’ ilmenti li resqu l-klijenti/residenti u/jew il-familjari tagħhom mill-għoti tas-Servizzi ta’ Matul il-Jum u d-Djar Residenzjali matul is-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Fuqiex kienu dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx indirizzati?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tilqa’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom, tara kif tista’ ttejjeb il-livell tas-servizzi u li tibqa’ tilħaq l-istandards mistennija. Dawn l-ilmenti, f’każ tas-servizzi ta’ matul il-jum u s-servizzi residenzjali normalment ivarjaw minn ħrug għal aktar servizzi personalizzati.
Fl-aħħar xhur l-Aġenzija waqqfet dipartiment fi ħdanha li jassessja l-kwalità tas-servizzi u jara li l-livell tas-servizzi mogħtija huma dejjem ta’ livell għoli u skont l-interessi tal-persuni b’diżabilità.
Sabiex ir-residenti ta’ San Vinċenz jiġu assigurati aktar sigurtà, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm CCTV cameras installati f’dan il-post? Fejn huma installati dawn il-cameras?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli nirrispondi għal raġuni ta’ sigurtá. Hu ppjanat li fix-xhur li ġejjin isir assessjar ta’ livelli differenti ta’ sigurtá f’San Vinċenz de Paul.
Planning Authority – Awditur – lmenti minn ċittadini Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il awditur tal-Awtorità tal-Ippjanar kellu lmenti minn ċittadini Maltin u Għawdxin? Kemm ġew deċi¿i mill-2013 sal-2020? Kemm hemm pendenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awditur tal-Awtorita tal-Ippjanar gie mahtur fl-2017. Sal-2020 dahlu 21 ilment mill-publiku li mhux bilfors kienu indirizzati direttament lill-Awditur. Minn dawn, 18 gew deciżi, filwaqt li 3 ghadhom pendenti.
Il-Mellieħa — laqgħa ta' konsultazzjoni mal-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jindika d-data meta ser ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-komunità kollha tal-Mellieħa dwar il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu? Meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq l-imsemmi proġett?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Proġett tal-Pjazza - parkeġġi għal karozzi, muturi u parkeġġ riservat għall-persuni b'abiltajiet differenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser ikun hemm spazju għall-parkeġġ tal-karozzi, muturi u parkeġġ riservat għall-persuni b’abiltajiet differenti (numru preċiz) ġaladarba jkun lest il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.