Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq iż-Żafran Wied il-Għajn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li fi Triq iż-Żafran qiegħed isir xogħol marbut mal-ilma tat-tisqija. Dan qed isir min-naħa tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Ilma
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq iż-Żafran Wied il-Għajn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata għaddej proġett ta’ xogħol estensiv fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser jipprovdu ilma ġdid għal-użu agrikolu. Ix-xogħolijiet fuq il-mejnijiet il-ġodda tlesta u bħalissa għaddejin it-testijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq San Ġwakkin Wied il-Għajn?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.
Fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Buttar, Triq ġdida fi Triq il-Buttar, Triq Thomas Ashby, Triq il-Vjola, Triq il-Qaliet u Triq Btieti. Bħalissa qegħdin isiru Triq il-Gardiel, Triq San Ġwakkin, Triq La Sengle u Triq ir-Ridott.
Ix-xogħljiet biex Triq San Ġwakkin tinbena mill-ġdid jinkludu tqegħid ta’ servizzi ġodda tad-drenaġġ, titjib fis-sistemi taħt l-art għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, kif ukoll fis-sistema għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Qed jinbnew mill-ġdid ukoll il-bankini u jissaħħew il-pedamenti ta’ din it-triq qabel ma jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq San Ġwakkin Wied il-Għajn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li fi Triq San Ġwakkin qiegħed isir xogħol fuq drenaġġ u servizzi tal-ilma min-naħa tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Ilma.
Reġistru Pubbliku u uffiċini oħra ta’ Identity Malta – binja ġdida
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-bini l-ġdid fejn ser ikun hemm ir-Reġistru Pubbliku u uffiċini oħra ta' Identity Malta? Jista' jispjega għaliex ir-Reġistru tal-Artijiet mhux ser ikun f'din il-binja? Kemm ilha mikrija din il-binja, kemm ser iddum din il-kirja u kemm hu l-ammont ta' kera fis-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda ssir l-evalwazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti li ħarġu biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-bini l-ġdid fejn ser ikun hemm ir-Reġistru Pubbliku, l-Uffiċċju tal-Civil Registry u Data Inputting u l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet se jkabbar l-operat tiegħu f’Għawdex u għalhekk se jimpjega aktar nies miegħu. Dan kien ifisser li l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet se jkollu bżonn aktar spazju u għalhekk ħarġet sejħa għall-offerti separata sabiex tinstab propjeta` li tkun tista’ takkomoda dan l-uffiċċju. Il-binja li se takkomoda r-Reġistru Pubbliku u l-uffiċini l-oħra msemmija aktar qabel bdiet tinkera b’effett mill-5 ta’ Frar 2021 għall-perjodu ta’ ħames snin għall-ammont ta’ €49,225 fis-sena. Sadanittant, ħarġet sejħa oħra għall-offerti biex tinstab propjeta` li takkomoda l-uffiċini l-oħra ta’ Identity Malta. F’din il-binja mistennija jiġu akkomodati l-eResidence Unit, l-uffiċċju tal-Passaporti u l-uffiċċju tal-Karta tal-Identità.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti illi fil-preżent qed jieħdu pakkett tal-ikel taħt l-Iskema 9 kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm qed jiswa lill-Gvern dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ studenti li f’din is-sena skolastika qed jirċievu pakkett tal-ikel taħt Skema 9 huwa ta’ 232 u qed tiswa madwar €100,000 f'sena skolastika.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL6649 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 469 nhar l-Erbgħa, 2 ta' Ġunju 2021.)
Xewkija – Ċimiterju Santa Marta – manutenzjoni u tiswija tal-ħitan
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20832, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir manutenzjoni tal-ħitan taċ-Ċimiterju tar-Rabat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol rigward dan il-proġett huwa mistenni li jinbeda fix-xhur li ġejjin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Senior Managers impjegati ma' Transport Malta? Jista' jagħti lista sħiħa tas-salarji basici (mingħajr allowances u bonuses) li qed jitħallsu d-diversi Senior Managers fi ħdan Transport Malta kif ukoll id-data ta’ meta l-istess Senior Managers ġew appuntati f’din il-kariga?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ ta’ Transport għandha 33 impjegat fil-kariga ta’ Senior Manger, is-salarju bażiku huwa kif inhu indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Basic Pay Bracket
No of Senior Managers
€35,000 - €35,999
4
€36,000 - €36,999
2
€37,000 - €37,999
1
€38,000 - €38,999
3
€39,000 - €39,999
3
€40,000 - €40,999
7
€41,000 - €41,999
5
€42,000 - €42,999
2
€43,000 - €43,999
2
€44,000 - €44,999
3
€45,000 - €45,999
1
Informazzjoni ulterjuri ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’
Data Protection.
Transport Malta – sit tal-internet – paġni bil-lingwa Maltija
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex is-sit tal-internet ta' Transport Malta ma fih l-ebda paġna bil-Malti? Ma jidhirlux li wasal iż-żmien li din l-entità ma tkompliex tkasbar il-lingwa nazzjonali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lingwa Ingliża hija meqjusa bħala lingwa uffiċċjali wkoll. Is-sit tal-internet ta’ Transport Malta jiġbor fih lista ta’ servizzi kemm għal użu lokali kif ukoll fuq bażi internazzjonali.
Is-sit jinkludi lista ta’ fejn wieħed għandu jikkomunika ma’ Transport Malta f’każ ta’ bżonn: https://www.transport.gov.mt/contact-61 (il-link qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)
F’dan il-każ, Transport Malta toffri kull servizz kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.
Transport Malta – applikazzjonijiet għal-liċenzja tas-sewqan online
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex Transport Malta għadha ma indirizzatx il-problema li għandha bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja tas-sewqan li jsiru online? Jista' jispjega għaliex Transport Malta ma kellhiex id-diċenza li tpoġġi informazzjoni fuq is-sit tagħha ħalli tiggwida lill-applikanti x'għandhom jagħmlu fiċ-ċirkostanzi? Meta ser tiġi rimedjata s-sitwazzjoni preżenti li bl-ebda mod tal-immaġinazzjoni ma tista' tissejjaħ bħala sodisfaċenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li jsiru diversi tiġdid ta’ licenzji online u infurmat li kien hemm ftit kazijiet li jkun hemm xi problema fit-parti tal-ħlas tal-pagament.
Fejn jiġri hekk L-Awtorita’ għamlet notifika fis-sistema u l-klijent titlalu notifika li tgħid jekk ma rċevejtx
email
ta’ konferma awtomatizzata u t-tariffa tat-tiġdid naqqset mill-kont tiegħek, ġentilment ibgħat
email
fuq
edls.mail.mt@gov.mt
bid-dettalji.
Infurmat ukoll li L-Awtorita’ tinsab fil-qrib tat-tnedija ta’ sistema ġdida ta’ tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan
online
.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li diversi kollezzjonisti ta’ tajr ibbalzmat għandhom dan it-tajr ibbalzmat, u wara li snin ilu saru talbiet għand diversi entitajiet li skont iż-żmien kienu responsabbli mit-tagging ta’ dan it-tajr ibbalzmat u wara kull amestija li saret, saru l-verifikazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jiġu rregolati t-trasferimenti li ġew mitluba?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20861 u 20960 u jindika x’twettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna, f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20946 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il substation ġiet ikkummissjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-rekords tal-Enemalta PLC, fil-perjodu ta’ kważi 26 sena, bejn Mejju tal-1987 u Marzu tal-2013, tlestew u bdew jaħdmu mat-836 substation madwar Malta u Għawdex.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20947 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il Distribution Centre ġiet ikkummisjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex, fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq medda ta’ kważi 26 sena, bejn Mejju tal-1987 u Marzu tal-2013, l-Enemalta kkummissjonat 15-il ċentru ta` distribuzzjoni tal-elettriku, madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20936 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20726, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-interconnector li ntuża f'kull ġurnata mill-ġurnata fi xħin beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20896 u jgħid, kemm kien hemm tfal ta’ nazzjonalità Maltija li għaddew mill-proċess biex jiġu addottati minn koppji Maltin fl-2020?
a. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn familji li kienu l-
foster carers
tat-tfal stess; u
b. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn membri tal-familja tagħhom stess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, matul l-2020 ġew addottati 2 minuri li kienu ta’ nazzjonalità Maltija minn ġenituri addottivi prospettivi Maltin.
Dawn l-addozzjonijiet saru fil-parametri tal-Avviż Legali 191 tal-2018 dwar Leġislazzjoni Sussidjarja 495.03 u li saru minn waħda mill-aġenziji akkreditati skont dan l-att. L-ebda waħda minn dawn l-addozzjonijet ma saret la minn qraba (kinship) u lanqas minn foster carers.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20701 u 20848 u tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-aħħar 8 snin ġew installati total ta’ 2790 arblu tad-dawl (lighting poles) madwar Malta u Għawdex, il-kumplament tal-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Pulizija – każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità lill-Pulizija matul is-sena l-oħra? X’tip ta’ abbużi kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi tali tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant m’huwiex disponibbli fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija li tiġbor fiha r-rapporti kollha minn madwar Malta u Għawdex. Dan għaliex id-data ma tinkludix kategoriji dwar akkużi b’mod speċifiku fuq persuni b’diżabilità.