Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal ta’ Reviżjoni u tal-Ippjanar – seduti kanċellati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20615 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra għaliex is-smigħ tas-seduti kollha tal-appelli quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u tal-Ipjannar għal Mejju ġew kanċellati u meta ser jerġgħu jibdew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20931.

Awtorità tal-Artijiet – konsulenti mqabbda biex jagħtu servizz jew konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti mqabbda biex irendu servizz u/jew konsulenza lill-Awtorità tal-Artijiet mill-2016 sad-data tal-lum, għalxiex kienu hekk imqabbda, xi ħlas ingħataw, il-kopji ta’ kuntratti pertinenti u t-timesheets li ġew provduti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex, kif diġà ggwidajtu fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 20618, “F’dak li jirrigwardja l-Awtorità tal-Artijiet...jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.”

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Positino of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Japanese Hornet — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu dwar l-invasive insect species Japanese Hornet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm fil-midja jingħad bi żball li din l-ispeċi hija waħda aljena jew barranija, dan mhux il-każ. Iż-żunżan il-bagħal, Vespa orientalis, bl-Ingliż Oriental Hornet, mhux speċi aljena jew barranija imma speċi indiġena li minn dejjem kienet tinsab hawn Malta u hija adattata għall-ambjent tagħna u hija ta’ ġid għaliex tikkontrolla numru ta’ annimali oħra, li jinkludu insetti invażivi bħall-ġurati, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-agrikultura. Għaldaqstant m’hemmx bżonn ta’ pjanijiet biex din tiġi ikkontrollata jew meqruda fis-selvaġġ għaliex hija parti mill-bijodiversità u l-identità ta’ Malta.

Il-Mellieħa – Triq l-Għerien – bdil ta’ bozza maqtugħa

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa isewwi/jibdel il-bozza maqtugħa li hemm biswit Lyness Block fi Triq l-Għerien fil-Mellieħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-ħsara li kien hemm fuq il-lampa biswit Lyness Block fi Triq l-Għerien ġiet riżolta flimkien mal-Enemalta.

Kummissarju l-ġdid tal-Animal Welfare

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħatarx il-Kummissarju l-ġdid tal-Animal Welfare? Jekk iva min hu? Jekk le fiex wasal il-proċess tal-għażla?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Sa Alison Bezzina inħatret Kummissarju l-ġdid tal-Animal Welfare b’effett mit-8 ta’ Ottubru, 2020.

San Ġiljan – restorazzjoni ta’ bieb

Question

B’referenza għar-ritratt li jinsab anness, li juri l-istat ta’ post prominenti f’San Ġiljan li hu post turistiku, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Ġiljan – restorazzjoni ta’ bieb

Question

B’referenza għar-ritratt li jinsab anness, li juri l-istat ta’ post prominenti f’San Ġiljan li hu post turistiku, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi Site Plan tal-propjeta li qed issir il-mistoqsija dwarha.

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013, fil-Forzi Armati ta’ Malta, kienx hemm promozzjonijiet lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid, x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba palamentari 21019.

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent backdated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 fil-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm promozzjonijiet backdated lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f’Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara Marzu 2013 ġew mogħtija żewġ promozzjonijiet backdated, waħda lil Warrant Officer 1 u oħra lil Warrant Officer 2 għar-rank ta’ Logutenent u li ma kienux attendew għal-Late Entry Officer Commissioning Course (LEOC). Infurmat wkoll li dawn il-promozzjonijiet ġew mogħtija wara rakkommandazzjonijiet tal-appuntat Bord tal-Inġustizzji. Il-fatt li ma attendewx għal-LEOC huwa minħabba li d-data li fiha l-Bord irrakkommanda li kellhom ikunu kkummissjonati għall-grad ta’ Logutenent, liema grad ma kienx ingħata lilhom b’inġustizzja, kienu dati fejn fihom il-LEOC mhux biss ma kienx rekwi¿it, imma kien għadu lanqas biss qatt daħal fis-seħħ.

Il-Mellieħa — Triq Għar u Casa u Triq il-Barkazza - xogħlijiet

Question

B'referenza għal diversi okkazzjonijiet fejn tkellimt fil-Parlament dwar l-inkonvenjent li qed issofru r-residenti ta' Triq Għar u Casa u Triq il-Barkazza fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fuq dawn iż-żewġ toroq jingħataw priorità u jsiru mill-aktar fis?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17215 tas-Seduta 400.

San Pawl il-Baħar — Żona tas-Simenta - ħsara fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jara b’urġenza li issir investigazzjoni mill-ERA fuq dak li qed iseħħ fiż-żona tas-Simenta f’San Pawl il-Baħar u li jittieħdu l-passi meħtieġa biex ma’ tkomplix issir ħsara lill-baħar tal-madwar hekk kif jidher fir-ritratt anness?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ li qiegħed jagħmel referenza għalih digà ġie nvestigat u x-xogħol għadu taħt sorveljanza filwaqt li nħarġu multi minħabba nuqqassijiet u non-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-permess ambjentali. Aktar kmieni dan ix-xahar ix-xogħol twaqqaf minħabba li l-ilqugħ li kien hemm fil-baħar ma kienx effettiv bil-konsegwenza li materjal inxtered fil-baħar. Il-kuntrattur ġie ordnat ukoll biex jinstalla silt curtain kif speċifikat u addattata.

Inclusion Fund – flus minn applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20881 u jgħid kemm daħlu flus fl-Inclusion Fund imsemmija fiċ-ċirkulari MEPA 2/14 mis-sena 2014 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, murija sena b’sena u li jiġu murija wkoll individwalment in-numru tar-referenza ta’ kull applikazzjoni li dwarha sar pagament, u l-ammont u d-data ta’ meta l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet l-istess pagament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari 20881 twieġbet diġà u l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-10 ta’ Mejju 2021.

Mwiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20883 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20515, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ mwiet maqsuma skont l-età u s-sess għas-sena 2020 anke jekk din l-informazzjoni għadha proviżorja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20883.
Leg 13 PQ #21024 Sitting 461 2021-05-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20885 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li jirrapreżentaw is-settur tad-diżabilità u liema minnhom m’għandhomx rappreżentanza tas-settur tad-diżabilità avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att VII tal-2015? Jista’ jagħti l-isem ta’ dawn il-persuni li qegħdin jirrappreżentaw is-settur tad-diżabilità u għan-nom ta’ liema entità u jew NGO qegħdin hemm?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 20646, ninsab nfurmat li tlieta huma xi forma ta’tmexxija fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilita u dawn huma membri fuq bazi personali.
Leg 13 PQ #21062 Sitting 461 2021-05-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel – tfal li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, kemm hawn tfal f'kull skola li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b' sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-iskejjel jitolbu u jingħataw biss informazzjoni dwar kundizzjonijiet li l-ġenituri jagħżlu li jgħaddu lill-amministrazzjoni tal-iskola f’każijiet ta’ emerġenza medika.