Ministeru għas-Saħħa — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda entita’ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa li talbet il-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union mill-2017 sal lum.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ebda entitá fi-ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma talbet mandat ta’ indibizzjoni kontra kwalunkwe trade union.
CCTV cameras installati fuq arbli f’diversi lokalitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-użu ta’ grupp ta' CCTV cameras li ġew installati fuq arbli f'diversi lokalitajiet bħal Triq L. Casolani, B'Kara, Triq Buqana, l/o Rabat, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta u oħrajn? Kemm twaħħlu minn dawn is-CCTV cameras, f’liema toroq u lokalitajiet, meta ġew installati, kemm ġew jiswew flus, min installahom u min għandu użu għal din id-data?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-imsemmijja CCTV cameras ġew installati minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurta fit-toroq taghna. L-uzu ta’ dawn il- cameras huwa ta’ għajnuna fir-rigward ta’ traffic management. Tajjeb li jingħad li l-filmati fuq dawn il-cameras jinzammu biss għal perjodu ta’ 28 ġurnata kif kien ssuġġerit mill-awtoritajiet kompetenti fejn wara jiġu mħassra mis-sistema awtomatikament b’mod ettiku kif inhu mitlub. L-aċċess għal dawn il-filmati huwa wieħed limitat minħabba li biex jingħata aċċess wieħed għandu jagħmel rikjesta formali tramite l-pulizija fejn din tiġi kkunsidrata u wara approvata mic-Chairman tal-awtorita’ diment li r-raġuni ta’ din it-talba hija waħda valida.
Mosta — Traffic Counts, it-Traffic Management Scheme, is-Safety Audit Reports u l-Clearance ta’ Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-Traffic Counts, it-Traffic Management Scheme, is-Safety Audit Reports u l-Clearance ta’ Transport Malta li saru qabel ma’ ngħalqet Triq il-Kbira, inbidlet id-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u saru d-diveri diverżjonijiet li affettwaw bil-kbir liż-żona residenzjali ta’ madwar Triq Ponsonby, Triq Anġlu Gatt, Triq il-Ħarifa u Triq is-Sajf il-Mosta?
Response (BORG, IAN)
It-tibdil temporanju indikat li sar fl-inħawi msemmija fil-Mosta fil-ġimgħat li għaddew, u li jinkludi l-qlib fid-direzzjoni ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, kien meħtieġ sabiex Infrastructure Malta tkun tista’ tibni mill-ġdid Triq il-Kbira, fl-istess lokalità.
Sfortunatament, minkejja li hija triq li minnha jgħaddu ħafna persuni kuljum, din it-triq tħalliet fi stat ħażin ħafna għal ħafna snin. Peress li hi triq dejqa, sabiex tinbena mill-ġdid kien jeħtieġ li tingħalaq kompletament. Għalhekk, wara li saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, fosthom mal-Kunsill Lokali tal-Mosta, u wara l-approvazzjoni tat-Traffic Management Committee ta’ Transport Malta fl-4 ta’ Marzu 2021, Infrastructure Malta għalqet din it-triq ħalli jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa. Fl-istess waqt, biddlet temporanjament id-direzzjoni ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, sabiex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-aċċess lejn din il-lokalità. Minkejja li dan it-tibdil huwa wieħed temporanju u inevitabbli sabiex Triq il-Kbira jkollha l-infrastruttura ta’ kwalità li jixirqilha, Infrastructure Malta xorta waħda bbażat it-tibdil fuq analiżi tat-traffiku f’din iż-żona, sabiex tiżgura l-inqas impatti negattivi possibbli fuq dawk li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw f’dawn l-inħawi.
Id-dokument li juri t-tibdil temporanju qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jidher li dan it-tibdil, għalkemm temporanju, intlaqa’ tajjeb ħafna hekk kif jidher anke minn rapporti fil-mezzi tal-media u kummenti fil-media soċjali b’ħafna Mostin jappellaw biex Triq il-Kungress Ewkaristiku tibqa’ f’din id-direzzjoni b’mod permanenti. Persuni li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet b’xi xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta, jew li jixtiequ jwasslu xi suġġerimenti lill-istess entità, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jibgħatu messaġġ permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Mosta – Triq Anġlu Gatt u Triq Ponsonby – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku li saru fiż-żona tul Triq Anġlu Gatt u Triq Ponsonby il-Mosta, xahar b'xahar mill-bidu tas-sena 2020 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta tannaliza biss id-data ta’ inċidenti ta’ traffiku uffiċċjali li tiġi provduta mill-Pulizija. Din id-data tinkludi biss inċidenti stradli fejn il-persuni jkunu soffrew min xi ġrieħi. Id-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra juri kemm seħħew inċidenti ta’ dan l-istess tip fit-toroq msemmija.
Filwaqt li d-data ta’ dawk l-inċidenti ta’ traffiku li jkunu jinvolvu ħsara fil-vetturi tiġi miġburin mill-LESA.
Għalhekk din-informazzjoni għandha tiġi mitluba lill-Ministru kkonċernat.
Mosta – titjib tar-roundabout li tagħti għal Mosta u n-Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta u Transport Malta għandhomx pjanijiet biex itejbu r-roundabout li tagħti għal Mosta u n-Naxxar bejn Triq il-Mosta, Triq Valletta u Labour Avenue biex il-problema ta' konġestjoni kbira li qed tinħoloq f'dawk l-akkwati, tiġi riżolta? Jista’ jgħid ukoll hemmx pjanijiet biex it-traffiku li minn Triq Pantar u dak li ħiereġ minn żvilupp kummerċjali kbir fil-viċin, sejjer lejn id-direzzjoni tan-Naxxar u Birkirkara jiġi ddirezzjonat b'tali mod li ma jitfax pressjoni ta' traffiku fuq il-Mosta għax dan bħalissa qiegħed idur mar-roundabout ta' bejn Triq Valletta u Vjal l-Indipendenza l-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin diversi xogħolijiet f’bosta toroq fil-Mosta. Għaldaqstant Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali qedgħin iżommu kuntatt kontinwu dwar il-bżonnijiet ta’ traffic management waqt li qed isiru dawn ix-xogħolijiet.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li meta parking bay ikollha MC miktuba fiha, din tkun parking bay għall-muturi u mhux għall-karozzi? Hemm bżonn li barra line markings, ikun hemm ukoll tabella fuq arblu li tindika li tali parking bay hija għal użu esklussiv tal-muturi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Motorcycle bay mhix inkluza fil-liġi bħala designated bay. Għaldaqstant il-linji li jindikaw MC Bay huma biss indikattivi. Dan filwaqt li fil-kaz li kwalunke parking bay li tkun akkumpanjata minn tabella tkun meqjusa mandatorja.
Qrati – kawżi pendenti dwar allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kawżi pendenti quddiem il-qrati fir-rigward ta’ allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk hemm, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-kawżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar liema artikoli tal-Kostituzzjoni allegament ġew miksura.
Kawżi dwar allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni — deċiżjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 s’issa jekk ġewx deċiżi xi kawżi dwar l-allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk ġew deċiżi, jista’ jforni lista’ ta’ dawn il-kawżi u jgħid f’kull każ meta ġew deċiżi ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar liema artikoli tal-Kostituzzjoni allegament ġew miksura.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra u l-madwar, u jgħid jekk irċeviex xi tip ta' informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jagħti timeframes ta’ x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex – bdil ta’ mains tad-drenaġġ u ilma f’kull lokalità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u fejn inbidlu mains ta’ drenaġġ u ilma raħal b'raħal ġewwa Għawdex minn Novembru 2019 sal-lum? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża globali u x’pjanijiet hemm għall-bdil ta’ mains tad-drenaġġ u ilma raħal b'raħal ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rigward bdil ta’ mains tinsab hawn taħt.
Lokalita
Triq
Xagħra
Triq Ta’ Gajdoru
Kerċem
Ġojjin Street and P/O Summien Street
Xewkija
Triq il-Magna tal-Ħalib
Għasri
It-Tamar, Trejqet San Pupulju, u Trejqet Dun Ġużepp Cassar
Munxar
Triq il-Munxar
Victoria
Pjazza San Franġisk
Sannat
Triq Sannat
Qala
Wardija
Xewkija
Tal-Ħofra Industrial Estate
Xagħra
Triq Masri
Kerċem
Triq Ta’ Doti u P/O Triq Qasam San Pawl
Xewkija
Triq Santa Eliżabetta
Marsalforn
Marsalfron Promenade
Sannat
Triq Dun Lazzru Camilleri
Xewkija
Triq il-Kbira
L-ispiża totali kienet dik ta €648,549.44
Matul is-sena 2021, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija tkompli tbiddel xi mains f’diversi rħula madwar Għawdex fosthom l-Għarb, is-Sannat, il-Qala, San Lawrenz, in-Nadur, ix-Xagħra, ix-Xewkija, u Victoria.
Jista' l-Ministru jgħid x'bajjiet ġewwa Għawdex sarilhom sand renourishment qabel u matul is-Sajf 2020 u x'bajjiet hemm ippjanati li jsirilhom sand renourishment qabel u matul is-Sajf 2021 ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sajf 2020 ma sar l-ebda sand renourishment.
Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 18101 u jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr) u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kienx hawn barranin li jew kienu pożittivi għall-Covid-19 jew kwarantina, u tħallew jirritornaw lejn pajjiżhom, mill-bidu tas-sena ’l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-barranin kollha li jittestjaw pożittivi għal Covid-19 jew li kienu kuntatti ma' każijiet pozittivi, għandhom jgħaddu minn perjodu ta' iżolament / kwarantina ta' 14-il jum u ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw f’dan il-perjodu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn nies isofru bil-Myalgic Encephalomyelitis (ME)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20957 ninfurmah ukoll illi hemm 4 pazjenti li għandhom l-iskeda Ħamsa u li jsofru bil-Myalgic Encephalomyelitis.
Ministeru għas-Saħħa – xogħlijiet minn kuntratturi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kuntratturi li jagħmlu xogħlijiet differenti fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika l-mistoqsija parlamentari tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jżomm statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu mill-ALS.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li. l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), jipprovdi ħlas ta’ Assistenza għal Diżabilità Severa f’każ illi l-applikant jissodisfa l-iskrutinju tal-bord mediku. Barra minn hekk, l-istess Att jipprovdi wkoll ħlas ta’ Pensjoni għall-Invalidità f’każ illi l-persuna tissodisfa n-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u kif ukoll illi l-bord mediku maħtur taħt l-istess Att jiddikjara illi s-saħħa tal-persuna hija tali li rrendiet ruħha nkapaċi għal kull xogħol.
Ir-Rabat – sit li se jsir lukanda – Traffic u Environmental Impact Assessment
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fir-Rabat se ssir lukanda? Jista' jserraħ moħħ ir-residenti li sar Traffic Impact Assessment u Environment Impact Assessment u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tħaffir fis-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk hux se jkun hemm impatt fuq it-traffiku minħabba x-xogħol li qed isir fuq is-Central Link?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iżvilupp indikat ta’ lukanda fit-Telgħa tas-Saqqajja jinsab ‘il bogħod mis-sit ta’ Central Link Project u m’huwiex ser jaffettwa l-arranġamenti tat-traffiku meħtieġa għax-xogħlijiet tal-istess proġett.