Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b'sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-iSħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa (EHIS) 2014/15 kien hemm 9% u 2% tal- popolazjoni mill-eta’ ta’sittax-il-sena l-fuq li ibatu jew xi darba sofrew mill-Ażżma u Bronkite kronika rispettivament. Dawn huma maqsuma skont ir-reġjun kif tidher fit-tabella hawn taħt.
% within District
Total
Southern Habour
Northern Habour
South East
West
North
Gozo
Ażżma
11.8%
7.8%
10.8%
9.1%
7.7%
4.5%
9.0%
Bronkite kronika
2.2%
2.0%
1.1%
3.5%
1.1%
2.7%
2.0%
Tabella 1: Prevelenza ta’ Ażżma u Bronkite kronika skont id-distrett fejn joqgħodu.
Birżebbuġa – stallazzjoni ta’ apparat għall-monitoring u li jkejjel it-tniġġis ta’ arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-lokalità ta' Birżebbuġa jiġi installat apparat li jagħmel monitoring u jkejjel it-tniġġis ta' arja? Jekk hemm il-ħsieb li tali apparat jiġi installat f'din il-lokalità, meta ser isir dan?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju biex jiġi installat ix-shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ it-tender relatata? Jista’ jgħid jekk kumitat li kien imwaqqaf apposta għadux jiltaqa’ u jekk fl-affermattiv kemm ilu ma jiltaqa’?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor Interpellant li bhal issa ghaddejjien diskussjonijiet mal-Enemalta u Malta Freeport Terminals fuq preparamenti ghas-“Shore to ship supply.” Wara li jitlestew dawn id-diskussjonijiet jitkompla x-xoghol fuq id-Dokumenti tat- “tender”. Il-kumitat relatat fuq dan il-progett jiltaqa’ darba fil-gimgha fejn issir aggornament u pjanar bi thejjija. Apparti dawn il-laqghat issiru laqghat frekwenti ma “ stakeholders” li ser ikunu involuti f’dan il-progett.
Persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis, Lupus u COPD
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mill-Multiple Sclerosis, Lupus u COPD?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 514 il-persuna li għandha l-iskeda Ħamsa u ssofri mill-Multiple Sclerosis, 746 li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mil-Lupus Erythematosus u 4,025 persuni li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mill-Chronic Obstructive Pulmonary Disease.
Sptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Saint Luke’s u Mount Carmel – Podologists, Orthotists
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm podologists u orthotists lijaħdmu f’Mater Dei Hospital, Karen Grech Hospital, Saint Luke’s Hospital u Mount Carmel Hospital?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-servizz tas-saħħa f’Malta u Għawdex bejn Podiatrists u Orthotists hemm 64 ruħ li jagħtu s-servizzi tagħhom f’Mater Dei, fl-isptar San Luqa u Karen Grech, l-isptar Monte Carmeli, fiċ-Ċentri tad-dipartiment tal-kura primarja u fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Infrastructure Malta – artijiet għall-esproprjazzjoni ta’ għelieqi — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri mħallsa lill-Infrastructure Malta tal-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta’ għelieqi għal skopijiet ta’ twessiegħ tat-toroq fl-2018, 2019 u fl-2020?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet fl-2018 biex twettaq il-pjan tal-Gvern li jagħti spinta kbira ‘l quddiem lill-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurezza u s-sostenibilità tal-infrastruttura pubblika f’pajji¿na.
Fost oħrajn, din l-aġenzija wettqet mijjiet ta’ proġetti ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali, b’investiment kapitali t’aktar minn €100 miljun fis-sena, investiment li qed ifisser inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas riskji t’aċċidenti arja aktar nadifa u ambjent isbaħ fit-toroq li fihom jgħixu, jivvjaġġaw u jaħdmu eluf ta’ persuni f’kull lokalità.
F’uħud mill-proġetti tagħha, Infrastructure Malta tkun teħtieġ li tuża art biex tibni infrastruttura ġdida u aktar sigura, bħal pereżempju l-korsiji ġodda li saru fi Triq Aldo Moro, il-korsiji ġodda għar-roti u l-mixi fi Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, u fi Triq Buqana, bejn il-Mosta u l-Imtarfa, u l-korsiji, bankini u waqfiet tal-karozzi tal-linja ġodda ta’ Triq tal-Balal. Bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol ta’ Central Link Project, fejn kien jeħtieġ tittieħed art biex nibnu t-triq ġdida li kien ilha ppjanata għal għexieren ta’ snin, iżda tħalliet fuq l-ixkaffa minn amministrazzjonijiet preċedenti, u biex niżviluppaw l-itwal korsija għar-roti u l-mixi f’pajjżna, b’tul ta’ madwar 4.3 kilometri.
F’każi fejn dawn l-artijiet meħtieġa ma jkunux diġa propjetà tal-Gvern, ikun hemm bżonn li jiġu esproprijati. Meta jiġri hekk, is-sidien tal-artijiet meħtieġa jiġu mħallsin ta’ dawn il-propjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, skont kriterji stabbiliti fil-liġijiet applikabbli u l-proċeduri tal-istess awtorità. Fil-fatt, minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta diġa ħallset lill-Awtorità tal-Artijiet €6.88 miljun (€6,884,659) sabiex is-sidien affettwati jingħataw il-kumpens stipulat bil-liġi mill-aktar fis.
Transport Malta – Direttur, Risk Management, Policy u EU Affairs — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni meta saret sejħa interna għall-pożizzjoni ta' Direttur, Risk Management, Policy and EU Affairs fi Transport Malta? X'inhuma l-mansjonijiet ta' din il-pożizzjoni? Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna magħżula kienet ġiet oriġinarjament impjegata minn Transport Malta wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din il-pożizzjoni applikaw tlett kandidatti u l- mansjonijiet ta’ din il-pożizzjoni huma indikati fil- call for application li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-persuna magħżula għal din il-pożizzjoni ma ġietx magħżula minn sejħa pubblika iżda ġiet redeployed mill-Awtorita’ tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex li fihom għadu ma nħariġx l-att tal-akkuża u kemm ilhom pendenti, sena b'sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux kull kumpilazzjoni pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja twassal għall-ħrug ta’ Att tal-Akkuża peress li f’dawk il-ka¿ijiet fejn ir-reat iġorr piena ta’ anqas minn tnax-il sena jinħargu l-artikoli u mhux Att tal-Akkuża. L-Att tal-Akkuża jinħareg meta l-provi kollha jkunu inġabru mill-Qorti Istruttorja. Għal din ir-raġuni ma tin¿ammx statistika mill-Qorti tal-kumpilazzjonijiet pendenti li qed jistennew li jinħareg l-Att tal-Akkuża. Madanakollu l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali iżomm informazzjoni dwar kemm jinħargu Atti ta’ Akkuża, fejn mill-1 ta’ Jannar sat-12 ta’ Mejju 2021 inħarġu disa’ Atti ta’ Akkuża.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilita' ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16368, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom mhux lesti, meta x-xogħol kellu jitlesta f’Novembru/Diċembru 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm xi ntoppi li żammew ix-xogħol min-naħa tal-kuntrattur tal-Kunsill Lokali milli jibda l-pavimentar. Issa li s-sitwazzjoni nstabet soluzzjoni għaliha, ix-xogħol ta’ pavimentar mistenni jinbeda fil-futur qarib fit-toroq imsemmija.
Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16367, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol f’Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina Gudja li kellhom jitlestew “daqt”, għadhom mhux lesti?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 16367 tas-Seduta 375, inżid ninforma li x-xogħol kollu min-naħa ta’ Infrastructure Malta fiż-żewġ toroq indikati tlesta fl-2020.
Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja – xogħol ta’ restawr
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16369, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-proċess ta’ restawr tal-Kappella Santa Katarina Gudja, x’xogħol sar u kemm intefaq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li l-proċess ta’ restawr tal-Kappella ta’ Santa Katerina fil-Gudja wasal fit-tmiem tiegħu.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16371, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm attwalment inħarġu spejjeż fuq Triq it-Torri Gudja meta x-xogħol ġie finalizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għax-xogħlijiet relatati biex inbniet mill-ġdid Vjal it-Torri, fil-Gudja ammontat għal €650,911 (inkluż il-VAT) li tinkludi wkoll xogħol addizzjonali biex inbidlu t-tabelli u saru sinjali ġodda wara li tlesta l-bini mill-ġdid ta’ din it-triq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16371, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm attwalment inħarġu spejjeż fuq Triq Joseph Gravina, Triq Ħal Għaxaq u Triq Ħal Resqun Gudja meta x-xogħol ġie finalizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi triq ġdida bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun għadhom ma nbdewx.