Santa Luċija – Triq it-Tulipani – rapport dwar l-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika x'rapporti saru dwar l-istat tat-Triq it-Tulipani, Santa Luċija u jekk kemm-il darba tul din is-sena hijiex ser tkun qiegħda ssir mill-ġdid u jekk iva meta huwa previst li tinbeda?
Santa Luċija – Triq iċ-Ċikwejra – rapport dwar l-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika x'rapporti saru dwar l-istat tat-Triq iċ-Ċikwejra, Santa Luċija u jekk kemm-il darba tul din is-sena hijiex ser tkun qiegħda ssir mill-ġdid u jekk iva meta huwa previst li tinbeda?
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24222 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard li matul is-snin saru diversi rapporti rigward dan il-ka¿ lill-Għasses tal-Pulizija tar-Rabat u Birkirkara. Il-Kunsill huwa nfurmat wkoll li twaħħlu l-istickers is-sofor u beda l-proċess tat-towing ma’ Transport Malta. Saru xi kuntatti wkoll ma’ xi sidien bit-telefon min-naħa tal-Pulizija. Dan il-ka¿ ser jibqa’ jiġi segwit mill-Pulizija pero’ wieħed għandu jifhem li ka¿i bħal dawn jieħdu ftit ta¿-¿mien minħabba li hemm proċedura twila li trid issir.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24233, 24096 u 23660 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal kamra lista kif inghatat lili mill-awtorita’ ta’ lartijiet ta’encroachment permits, ghall kull sena mill-2013 sal-lum.
Jista' l-Ministru jispjega għala kien hemm żieda ta' € 91.23 m fil-"Personal Emoluments" maħruġa mill-Gvern bejn Jannar u Ottubru 2021 fuq il-figura għall-istess perjodu fl-2020 ekwivalenti għall-żieda ta' 12.11%? Jista' jispeċifika jekk din il-figura tkoprix l-entitajiet kollha fis-settur pubbliku jew jekk tkoprix biss is-servizz pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġunijiet għaz-zieda fin-nefqa taħt il-kategorija tal-‘Personal Emoluments’ huma dawk spjegati fl-Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 2021 li ġew approvati permezz ta l-Att Nru LXX tal-2021.
L-imsemmija zidiet seħħu prinċipalment taħt il-voti tal-Ministeru għas-Saħħa, tal-Edukazzjoni u tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Filwaqt li ċ-ċifri fl-Estimi Supplimentari jirreferu għal sena sħiħa, iz-zidied jiriflettu ruhom ukoll fl-ispiza attwali bejn Jannar u Ottubru 2021 għall-istess raġunijiet. Inzid li ċ-ċifri ikkwotati ikopru biss is-servizz pubbliku u jeskludu l-entitajiet pubbliċi.
Ministeru għal Għawdex — Heavy Plant Driver (Group 4)
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 24114 u 24248, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-gradi tal-21 individwu li kkwalifikaw wara din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 24248.
Għajnsielem – Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u Żona tal-Pjazza – flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed tieħu jew ser tieħu l-Enemalta sabiex tassigura provvista adekwata tad-dawl fiż-żona ta' Għajnsielem magħrufa bħala L-Gudja li tikkomprendi ż-Żona ta’ Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u ż-Żona tal-Pjazza fejn fil-preżent hemm problemi kbar ta' flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tistenna li jitlestew it-trinek għal cables biex tqabbad żewġ substations f’din iż-żona.
Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammonti tagħhom u l-iskop għalxiex ingħataw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern perjodikament.
Jista' l-Ministru jispjega għala minkejja li l-Procurement Policy Note 32 impoġġija mill-Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24249 hemm speċifikat li direct orders m'għandhomx jingħataw b'mod regolari u kumulattiv (para. 4(e)), kif spjegat f'mistoqsija parlamentari 24110, ġew approvati mid-Direct Orders Office tal-Ministeru tiegħu sitt direct orders bejn l-2016 u l-2021 għall-konsulenza ekonomika, li tlieta minnhom huma fl-istess ammont ta' € 57,500 (fl-2016, fl-2018 u fl-2019) lil istess persuna? Jista' jispjega għala d-Direct Orders Office approva dawn id-direct orders minkejja li dan hu in kontravenzjoni tal-para. 4(e) tal-Procurement Policy Note No. 32 ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li d-direct orders imsemmija fil-PQ 24110 ma jmorrux kontra Procurement Policy Note #32 paragrafu 4(e) minħabba dan li ġej:
Dan il-paragrafu jkompli speċifikament kif ġej:
A Direct Order is very specific – it is for procurement of works / services / supplies for a specific period and a specific value – it has a beginning and an end. Hence for each and every request, as soon as the envisaged value of procurement exceeds the approved value, a fresh Direct Order approval is to be sought.
Id-direct orders imsemmija ġew mitluba u mogħtija skont l-esiġenzi u l-bzonn tal-Ministeru mingħajr ma kien hemm rabta awtomatika bejn waħda u oħra. Infatti l-Ministeru seta’ faċilment jitlob għal direct order waħda għas-servizzi mogħtija fl-2018 u 2019 kieku kien hemm premiditazzjoni biex jingħataw f’mod kumulattiv. Il-Procurement Policy Note ma titkellimx fuq għotja ta’ direct order b’mod regolari imma fuq possibiltà li l-istess direct order tiġi mġedda. Xi ħaġa li infatti ma saritx.
B’hekk wieħed jista jikkonkludi li t-tliet approvazzjonijiet għad-
direct orders
ma kinux bi ksur tal-
Procurement Policy Note
, imma infatti segwew il-politika mfassla fl-istess nota.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat mad-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 12A tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ma ppreżenta l-ebda rikors ġuramentat fil-Qorti ai termini tal-artiklu 12A tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni.
Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – Żjara fil-Golf Għarbi
Question
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’kien l-iskop taż-żjara tagħha fil-Golf Għarbi reċentement, ma’ min iltaqgħet, min kellha magħha fid-delegazzjoni u l-ispiża totali taż-żjara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għal liema żjara u pajjiż jew belt qed jirreferi.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra:
a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti?
b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel?
c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit?
e) id-data ta’ dan il-party?
f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru għat-Trasport, l-infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – Żjara fil-Golf Għarbi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kien l-iskop taż-żjara tagħha fil-Golf Għarbi reċentement, ma’ min iltaqa', min kellu miegħu fid-delegazzjoni u l-ispiża totali taż-żjara?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil onorevoli Interpellanti jirreferi għal liema żjara u pajjiz jew belt qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom il-Pulizija ma twaqqafx xogħol tal-kostruzzjoni wara s-7.00 p.m. meta jkun hemm l-għoti tal-konkos? Jista’ jgħid liema liġi tirregola lill-Pulizija f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Intepellant biex isaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
National Lotteries Good Cause – proġetti f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23423 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna minn National Lotteries Good Causes Fund matul is-sena 2021 u fiex kien jikkonsisti kull proġett? Jista' jgħid ukoll is-somma li ngħatat għal kull proġett?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23289.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-bajjiet f’Għawdex u Kemmuna li matul is-sajf 2020 u s-sajf 2021 kellhom l-Istatus tal-Blue Flag u kienu fil-Blue Flag Season?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bajjiet li matul is-sajf 2020 u s-sajf 2021 kellhom il-Blue Flag huma l-bajjiet ta’ Marsalforn, Ħondoq u r-Ramla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u x' kienu l-etajiet tagħhom li applikaw u kemm minnhom ġew aċċettati biex iservu bħala Beach Supervisor matul is-sajf 2020? Jista’ jgħid min għamel l-Interviews (isem u kunjom) biex jiġu magħżula? Jista’ jgħid kemm-il siegħa xogħol għamlu kull wieħed u waħda minnhom u f'liema bajjiet wettqu dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti l-Induction Course li sar għal dawn il-Beach Supervisors, minn min sar u kemm dam? Jista’ jgħid fil-passat min kien joffri dan is-servizz u kemm ilu jiġi offrut dan is-servizz mill-Ministeru għal Ghawdex? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa bħala flus din l-inizjattiva matul is-sajf 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – mediċini wżati — spiża
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19977 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2018, 2019, 2020 u għas-sena 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
a. Mater Dei
b. Sptar Karen Grech
c. Sptar Ġenerali ta’ Għawdex
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.