Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20287, tista' l-Ministru tgħid kif aġġustat l-operat tagħha biex kollox sar konformi? Qabel ma daħal l-Avviż Legali 61 tal-2021 kif kien qed jiġi kkalkulat il-kosum tal-elettriku ta' persuni li għandhom is-solar panels? Se jingħataw xi forma ta' kumpens?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-metodoloġija li biha jinħadmu l-kontijiet ta’ persuni li għandhom il-pannelli solari hija b’konformita mal- Electricity Supply Regulations u il-Feed-in Tariffs Regulations. Min skadielu l-kuntratt qabel daħal fis-seħħ l-avviz legali u kien qed jitħallas bil ‘ proxy of the market price’ applikabbli, mill-25 ta’ Frar ta’ din is-sena ġie aġġornat għal l-orħos tariffa residenzjali. Dawk il-kuntratti li se jiskadu aktar ‘il-quddiem jibdew jitħalsu bl-istess rata msemmija mill-għada li jiskadilhom il-kuntratt. Peress li qed nagħtu garanzija ta’ perjodu estiż ta’ għoxrin sena ta’ feed-in tariff, m’hemmx lok ta’ kumpens ulterjuri.

Ħ’Attard — Triq San Anton

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20499, jista' l-Ministru jagħti time frame ta' meta se titlesta t-triq? Ma staqsejtx għal spjega tax-xogħlijiet imma għal data?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nerġa’ nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 20499 tas-Seduta 458 fejn spjegajt b’mod dettaljat l-ammont vast ta’ xogħlijiet li jirrikjedi l-bini mill-ġdid tat-triq indikata wara li tlestiet Triq Lord Strickland li tinfed magħha u kienet parti mill-istess proġett, imma donnu li l-Onorevoli membru ma jinteressahx minn dan, inżid li x-xogħol kollu mistenni jintemm fl-aħħar kwart tas-sena.

Steward Health Care – negozjati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati ma' Steward Health Care dwar l-isptarijiet li qed tmexxi fil-preżent u meta hemm ħsieb illi dawn in-negozjati jintemmu? Xi pjanijiet hemm dwar il-bini tat-tieni sptar f'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-diskussjoijiet għadhom għaddejjin.

Estradizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20500 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn barranin qed jistennew estradizzjoni lejn pajjiżhom? Jista’ jgħid lejn liema pajjiż se jkunu estraditi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bħalissa ma hawn l-ebda barrani li ġie deċiż ħati minn Qorti, li hu suġġett għal proceduri ta’ estradizzjoni u li qed jistenna li jiġi estradit lejn pajjiżu.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Meditteran

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20721 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid x’pjan ta’ ħidma hemm imfassal, sabiex l-attività tiġi msaħħa biex Ġnien il-Meditteran f’Raħal Ġdid jinżamm aħjar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid iffirma memorandum of understanding mal-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, sabiex residenti tal-istess faċilitá jassistu fi¿-¿amma tal-ġnien. Qed jitkomplew ukoll taħditiet ma’ bosta entitajiet governattivi sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

Rilokazzjoni ta’ refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20792 jgħid kemm ġew rilokati refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir f’Triq il-Baħrija Ħaż-Żabbar u kemm ser idum għaddej?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra. Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd- in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina u Triq Salvu Darmanin. Bħalissa qegħdin isiru Triq ix-Xgħajra, Triq il-Madaffa, Triq il-Baħrija, Triq Żabrella, Triq id-Dliela, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq il-Luq, Triq il-Figelu Triq il-Qaqoċċ, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet f’aktar toroq bħalma se jsir f’lokalitajiet oħrajn f’Malta. Ix-xogħljiet fi Triq il-Baħrija mistennija jistlestew fis-sajf u jinkludu tqegħid ta’ servizzi tad-drenaġġ, titjib fis-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, servizzi tal-elettriku, kif ukoll bankini u tisħiħ tal-pedamenti ta’ din it-triq qabel ma jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Leg 13 PQ #21128 Sitting 463 2021-05-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università ta’ Malta — Kors tal-Medjazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-Università ta’ Malta li tul dawn l-aħħar erba’ snin, attendew għall-Kors tal-Medjazzjoni u għall-grad ta’ Masters fl-istess linja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li għall-kors ta' Master of Arts in Mediation, li fetaħ biss fis-sena akkademika 2020/21, bħalissa hemm għaxar studenti reġistrati.
Leg 13 PQ #21129 Sitting 463 2021-05-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università ta’ Malta — Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedures

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm student Universitarji li tul dawn l-erba’ snin kienu reġistrati għall-Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedures u jekk dan baqax jiġi organizzat kull sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li l-Kors ta' Diploma in the Laws of Procedures sar kull sena u fl-aħħar erba' snin kien hemm 79 student li segwew dan il-kors.

Nies li ġew interdettjati minħabba mard

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar ir-raġuni għaliex ingħatat l-interdizzjoni mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) Malta u Għawdex, u mill-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali, u lanqas dwar jekk tkunx inabilitazzjoni jew interdizzjoni. Għalhekk il-figuri li qed jingħataw fit-tabelli juru n-numru ta’ persuni kollha li ġew interdetti jew inabilitati mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-14 ta’ Mejju 2021 f’Malta. Qorti Ċivili Malta– Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali - Malta Qorti tal-Magistrati Għawdex – Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja Sena Persuni Interdetti/Inabilitati Persuni Interdetti Persuni Interdetti/Inabilitati 2011 46 26 5 2012 54 23 3 2013 53 7 5 2014 35 10 3 2015 54 11 7 2016 67 14 3 2017 72 4 5 2018 86 10 10 2019 95 9 5 2020 50 9 8 2021 sal-14 ta' Mejju 25 9 5

Nies li ġew interdettjat minħabba mard

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Wasteserv — ġenerazzjoni ta' kompost

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta’ kompost li ġie ġġenerat mill-Wasteserv, xahar b’xahar, bejn Jannar 2017 u April 2021 u kemm kien l-ammont li nbiegħ minn dan l-istess kompost?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14094, 14819, 16179 u 19067. Il-produzzjoni ta’ kompost agrikolu se tkun possibbli la darba jitwettaq il-proġett tal-Organic Processing Plant. Dan se jkun impjant iddedikat biex jittratta l-iskart organiku tal-borza l-bajda waħdu u li se jiġġenera kemm elettriku kif ukoll kompost għall-agrikoltura.

Marsaskala — proprjetajiet mgħoddija lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (bahar) u/jew proprjetà pubblika li giet mghoddija lill-għaqdiet sportivi jew għall-użu ta’ għaqdiet sportivi fil-perjodu ta’ bejn Jannar tal-2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala minn jew bl-involviment ta’ Sport Malta ( Kunsill Malti għall-Isport ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja tal-Memorandum of Understanding li sar ma’ Marsakala FC qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #21174 Sitting 463 2021-05-19 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Gozo College Middle School – Xogħlijiet waqt il-ħin ta’ skola

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li fit-13 ta' Mejju 2021 waqt il-ħin ta' skola saru xogħlijiet fil-Gozo College Middle School, liema xogħlijiet iddisturbaw il-klassijiet li kienu għaddejjin? Tista' tikkonferma li dawn ix-xogħlijiet kienu jirrigwardaw it-tneħħija tal-kontrabejt li issa m'għadux meħtieġ, peress li nbena sular ieħor? Għala dawn ix-xogħlijiet ma sarux x'ħin ma kienx hemm studenti, meta suppost il-bennej kien intrabat li ma jaħdimx waqt il-ħin tal-iskola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fis-sit fejn qegħdin nibnu Skola Primarja ġdida u estensjoni tal-Middle School eżistenti fir-Rabat, Għawdex, qiegħed isir bl-inqas inkonvenjent possibbli lill-operat tal-iskola. Fil-fatt ħafna mix-xogħol qiegħed isir wara l-ħin tal-iskola. Fil-każ inkwistjoni dan beda fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Transport Malta – ħaddiema tal-irmiġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser ikun hemm ħaddiema tal-irmiġġ kemm f'Ta' Liesse kif ukoll l-Imġarr, Għawdex minħabba s-servizz ġdid tal-fast ferries? Jista' jikkonferma li dawn il-ħaddiema ser ikunu ta' kuntrattur imqabbad minn Transport Malta? Kemm ser iħallsu l-operaturi ta' dan is-servizz għas-servizz ta' rmiġġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta se tipprovdi servizz ta’ irmiġġjaturi permezz ta’ kuntrattur. Il-pjan hu li jkun hemm erbgħa Malta u erbgħa Għawdex li jaħdmu bix-xift (shift/roster). Is-servizz se jiġi offrut mingħajr ħlas lill- operaturi tal-fast ferry.