Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21121, jista’ l-Ministru jikkonferma li m’għandux idea ta’ kif intefqu fondi pubbliċi li għaddew lil Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21135, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu m’għandux idea ta’ kif intefqu fondi pubbliċi li għaddew mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu lil Marigold Foundation?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21136, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu m’għandux idea x’sar minnhom fondi pubbliċi (madwar €20,000) li l-Gozo Channel (li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu) għaddiet lil Marigold Foundation?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20061, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji kwantu l-istudenti li spiċċaw l-iskola sekondarja, jiġifieri l-iskola tal-obbligu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-għadd ta’ studenti li spiċċaw l-iskola sekondarja f'Għawdex fl-aħħar tliet snin skolastiċi huwa kif se nsemmi:
2017/18: 289
2018/19: 329
2019/20: 273
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20764, tista' l-Ministru tgħid min kienu l-professjonisti fis-settur li għandu d-dipartiment u skont il-Ministru, l-istess dipartiment li qed jistrieħ fuq id-deċiżjonijiet tagħhom? Tista' tgħid ukoll liema huma dawk l-eċċezzjonijiet li jsiru, meta jkun hemm kundizzjoni medika severa u jekk il-każ tal-persuna msemmiha, jaqax taħt dawn l-eċċezzjonijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-professjonisti huma uffiċjali li għandhom esperjenza ta’ ħafna snin f’dan ix-xogħol u għandhom ukoll il-kwalifiki meħtieġa f’dan il-qasam. Eċċezzjonijiet ta’ kundizzjoni medika severa huma varji u jkunu ċertifikati minn konsulenti fil-qasam tas-saħħa. Infurmata li l-każ ta’ din il-persuna ma jaqax taħt kundizzjoni medika severa.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20951, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar ir-raġunijiet għala l-ftehim mal-organizzazzjoni li kienet tamministra r-Ramla l-Ħamra tħalla jiskadi? Mill-bidu tas-sena 2021 sa meta jiġi ffirmat il-ftehim il-ġdid, min qed jamministra l-bajja flok dik l-organizzazzjoni? Ma' liema organizzazzjoni se jsir il-ftehim il-ġdid u kif saret l-għażla ta' din l-organizzazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim mal-organizzazzjoni li kienet tamministra r-Ramla l-Ħamra ma ġiex imġedded wara li l-organizzazzjoni stess uriet ix-xewqa li ma tkomplix tamministra dan is-sit. Fl-interim il-Ministeru kompla jammistra s-sit direttament flimkien mal-ERA u Ambjent Malta u beda jfassal il-kuntratt il-ġdid mal-entità mhux governattiva (Nature Trust Malta) li wriet interess tamministrah.
Jista' l-Ministru jippreżenta lill-Parlament lista tar-rotot li fuqhom ser ikunu qed joperaw l-buses li nxtraw b'relazzjoni mal-faċilità ta' Park & Ride li l-Gvern qal li jrid jagħmel fi Triq Ta' Xħajma?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rotot huma ppjanati minn tax-Xhajma għax-Xatt u lura. Minn tax-Xħajma jgħaddu minn Triq Bordin, lejn il-Qala u jinżlu ix-Xatt minn Triq Sant’ Antnin. Mix-Xatt lura jgħaddu mit-triq prinċipali tax-Xatt u jduru minn ħdejn iċ-ċimiterju tax-Xewkija lejn tax-Xħajma.
Xatt tal-Kalkara – Lapida ta’ Ernle Bradford — restawr
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-lapida li hemm fix-Xatt tal-Kalkara ddedikata lill-memorja ta’ Ernle Bradford tiġi restawrata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi d-Direttorat tar-Restawr qed jesplora l-possibilitá li jdaħħal ir-restawr tal-plakka ta’ dan l-istoriku u kittieb fil-programm ta’ xogħol tiegħu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20916, jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi installata t-tappiera l-ġdida fit-triq li hemm fil-Pjazza Antoine De Paule?
Response (HERRERA, JOSÈ)
L-informazzjoni għadha qed tinġaba u se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19527, jista’ l-Ministru jivverifika mill-ġdid il-pożizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'żieda ma' dak li kien imwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 19527, nista' nikkonferma wkoll li hemm senior counsellor li bħalissa jinsab iservi bħala Ambaxxatur u ieħor li jinsab iservi bħala Konslu Ġenerali.
Nikkonferma wkoll li l-unika senior counsellor li għadu qatt ma serva bħala Ambaxxatur, Kummissarju f'Kummissjoni Għolja jew Rappreżentant Permanenti diġà kien offrut il-possibilità li jagħmel dan, iżda tali proposti eventwalment ma mmaterjalizzawx għal raġunijiet li l-individwu in kwestjoni diġà huwa mgħarraf bihom. il-Ministeru jinkoraġġixxi ħatriet ta' diplomatiċi tal-karriera fl-irwoli msemmija kif uwa bix-xieraq li jsir.
Wied il-Għajn – Triq tal-Bajja ta’ San Tumas — xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18317, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost ix-xogħol approvat, kienx hemm ukoll tibdil fil-konfigurazzjoni tat-Triq tal-Bajja ta’ San Tumas?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li filwaqt li mhux qed isir tibdil fil-konfigurazzjoni tat-triq indikata, Infrastructure Malta qed isaħħaħ l-immaniġġjar tat-traffiku u ttejjeb is-sigurezza tat-triq għal dawk jgħaddu miż-żona bil-mixi billi fost xogħlijiet oħrajn qed tibni mill-ġdid il-bankini u anke tagħmel oħrajn ġodda fejn ma kienx hemm. Qegħdin isiru wkoll servizzi ġodda taħt l-art għad-distribuzzjoni tal-ilma, dawl u servizzi ta’ telekomunikazzjoni.
Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru flimkien mal-proġett li qed twettaq l-aġenzija biex tibni mill-ġdid il-mollijiet tal-Bajja ta’ San Tumas, wara li partijiet minnhom inqerdu bit-tgħawwir tal-baħar u l-maltemp matul is-snin. Dan il-proġett ta’ €3 miljun qed isir bħala parti mill-impenn ta’ Infrastructure Malta biex ittejjeb ukoll il-kwalità tal-infrastruttura fil-portijiet u f’żoni oħrajn mal-kosta f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-professjonisti li huma responsabbli tal-Aġenżija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità u possibbilment il-mezz ta’ kif wieħed jikkomunika magħhom possibbilment l-email addresses tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tal-uffiċini tas-servizzi fil-kommunità flimkien man-numri tat-telefon kemm fissi u kemm ċellulari jinsabu elenkati hawn taħt.
Ċentri / Servizzi fil-Kommunità
1. Msida & B’Kara Community Services & Centre
Indirizz
: 168, Valley Road, Msida
Numri tat-telefon:
22583200 u 99211963 jew 9901 6066
2. Cottonera (South Harbour Region) Community Centre:
Indirizz:
Ċentru Aċċess, St Edward Str, Vittoriosa.
Numri tat-telefon
23985000 /10 / 11 / 12 / 13 / 17/ 18 / 22 / 99 jew 9924 4619 inkella 9906 0945
3. Santa Luċija Area Office:
Indirizz:
14 Triq Ineż Soler, Sta Lucia
Numri tat-telefon
: 21695385
4. Żabbar Outreach Community Service:
Indirzz
: jopera minn St Edward Str, Vittoriosa
Numri tat-telefon:
23985124/116 u 9978 4687
5. Kirkop (South East Region) Community Service and Centre,
Indirizz: Triq San Pietru, Ħal-Kirkop
Numri tat-telefon: 21640254 jew 21680121 jew 21640181 inkella 9906 1094
6. M’Scala Area Office,
Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala
Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256
7. Qormi Community (Western Region)
Indirizz:
393/395, Triq il-Vitorja Ħal-Qormi
Numri tat-Telefon
: 21496045 / 21370788 / 89 / 90 / 91/ 92 / 93 jew 9906 0959
8. Valletta Community Centre (North Harbour Region)
Indirizz:
72, Melita Street, Valletta
Numri tat-Telefon:
2395 3117 / 11 / 12 / 13 / 14 / 15 / 18 / 19 jew 9901 0455 inkella 9995 3293
9. Qawra Community Centre (North Region)
Indirzz:
Triq il-Frejgatina, Il-Qawra
Numri tat-Telefon:
2269 7111 / 14 / 16 / 17 / 28 / 142 jew 9921 1942 inkella
9955 7701
10. Mosta Community Service (Area Office),
Indirizz: 42-3, St Anne Str, Mosta
Numri tat-telefon: 2143 7447 jew 9978 4686
11. Għawdex
FSWS Gozo Branch Operations,
Indirizz: Triq il-Ħamrija, Ix-Xewkija - Telefon: 2258 8990
Ċentru għall-Familja fil-Kommunità,
Indirizz: Triq il-Belliegħa, Ir-Rabat - Telefon: 2334 5020
Ċentru għall-Kommunità (Area Office) – Marsalforn
Indirizz: Triq ta’ Barda, Marsalforn - Telefon: 2156 3925
Home Based Family Therapy Service (HBTS)
12. HBTS South
Indirizz:
126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura
Numri tat-Telefon:
2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884
13. HBTS Central,
Indirizz: 2nd Floor, Msida Local Council, Conception Str, Msida
Numri tat-Telefon: 23345122 jew 9910 4219
14. HBTS North
Indirizz: Qawra Centre, Triq il-Frejgatina, Qawra
Numri tat-Telefon: 2143 3799 jew 2143 2485 inkella 9910 4559
15. HBTS - Għawdex
FSWS Gozo Branch Operations,
Indirizz: Triq il-Ħamrija, Ix-Xewkija - Telefon: 2258 8990
16. Programm ta’ Trobbija Pożittiva – Incredible Years Parenting Programme, Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura
Numri tat-Telefon: 2334 5223 jew 9903 1669
Tista' l-Ministru tgħid min għandu r-responsabbiltà jiddeċiedi x'persentaġġi ta' enerġija tintuża mill-Enemalta kuljum mis-sorsi disponibbli, ċjoè, l-Electrogas, l-Interconnector u l-impjant tax-Shangai Electric? Jeżisti kumitat għal dan il-għan, u jekk iva, minn min hu kompost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskeda, għal kull siegħa ta’ kull ġurnata tas-sena, ta’ kif titqassam id-domanda bejn is-sorsi t’enerġija disponibbli, tiġi determinata mill-ġurnata ta’ qabel mill-impjegati tal-Enemalta fis-sezzjoni tal-Energy Trading, filwaqt li l-iskeda nnifisha tiġi implementata mill-impjegati fis-sezzjoni tad-Dispatch. Minħabba n-natura, speċjaliżżata, kumplessa, u varjabbli ta’ dan ix-xogħol, dan ma jistax jiġi eżegwit minn xi forma ta’ kumitat.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li tintuża mill-Enemalta biex tiddetermina l-bilanċ f'persentaġġi ta' kemm tixtri elettriku mill-impjanti tal-Electrogas, l-Interconnector u x-Shangai Electric?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji li normalment jintużaw mill-Enemalta sabiex jiġi determinat l-ammont t’enerġija li għandha tinxtara kull siegħa tal-ġurnata rispettivament mill-impjanti tal-ElectroGas, ta’ Shanghai Electric u kif ukoll mis-suq Taljan jinkludu; d-domanda totali, il-ġenerazzjoni tal-panelli fotovoltajċi, il-kapaċita’ ta’ kull element għad-dispożizzjoni tal-Enemalta, u kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi.
Kuntratt għal xiri tal-enerġija mill-interconnector
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta jiskadi l-kuntratt mal-Enel Trade li hemm fis-seħħ bħalissa, bħala l-aġent responsabbli għax-xiri tal-enerġija mill-interconnector?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li kellha l-Enemalta mal-kumpanija msemmija għax-xiri tal-enerġija mis-suq Taljan, skada fil-31 ta’ Marzu 2021.
Tista' l-Ministru tgħid jekk Shanghai Electric tramite l-ishma li għandha fl-Enemalta, għandhiex sehem ukoll fl-interconnector?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Interconnector huwa propjeta' ta' Enemalta plc. Shanghai Electric Power Malta għandha terz tal-ishma ta' Enemalta plc
Electrogas u Shanghai Electic – persentaġġ tal-kapaċità massima
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21097 dwar il-persentaġġ tal-użu tal-kapaċità massima tal-interconnector, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għall-impjant tal-Electrogas, minn mindu bdiet topera, u x-Shanghai Electric minn mindu nbiegħet, għal kull ġurnata, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21137, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal aktar minn €7000?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.