Għawdex – Belt Victoria – Triq Enrico Mizzi — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19650 u ċjoè: B’referenza għax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol u jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet u tax-xogħlijiet għadu għaddej u għaldaqstant l-informazzjoni sħiħa tkun disponibli la darba jingħalaq dan il-proċess.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18593 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender for the Upgrading of the Former Qortin Landfill, in Xagħra, Gozo [CT2022/2019]' u jgħid jekk fil-bidu ta' April 2021 inbedix ix-xogħol rikjest minn din l-imsemmija tender? Tista’ taġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/01519/18 'Upgrading works to open rehabilitated landfill to the public Site at Il-Qortin Ta' Għajn Damma, Xagħra, Gozo' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-sit fil-Qortin li qed jirreferi għalih fil-mistqosija, m’għandi xejn aktar xi n¿id mat-tweġibiet li diġà tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 18903 u 19616.
Ninsab infurmat ukoll li t-tender li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija tiegħu ġie awarded. Infurmat ukoll li l-applikazzjoni PA/01519/18 qegħda fl-aħħar stadju tal-proċess tal-Ippjanar fejn qed jiġi ifformulat id-Development Permit Application Report, b'rakkomandazzjoni għall-Bord sabiex l-applikazzjoni tkun deċiża.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19899.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Position of Trust
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19902.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Position of Trust
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19901.
Ġnien Romeo Romano – tneħħija ta’ siġar jew arbuxell
Question
Jista’ l-Ministru jassigura lil din il-Kamra li fl-embellishment li għandu f'moħħu li jagħmel il-Gvern fil-Ġnien pubbliku Romeo Romano, m'humiex ser jiġu mneħħija xi siġar jew arbuxxel?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li, bil-proġett maħsub, in-numru ta’ siġar u arbuxelli fi Ġnien Romeo Romano, f’Santa Venera, se jiżdied u mhux se jonqos. Fejn, minħabba t-tqassim propost, se jkun meħtieġ li jiġu ttrasferiti xi siġar, se jiġi assigurat li dan isir skont id-direzzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u li l-istess siġriet jitħawlu mill-ġdid fi Ġnien Romeo Romano stess.
Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar persuni li jbatu mill-kundizzjonijiet imsemmija li huma taħt il-61 sena wara li dawn ikunu ġew iċċertifikati mill-bord mediku maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Tajjeb jingħad li l-bord mediku jiddeċiedi l-każijiet skont il-legiżlazzjoni sussidjarja Tabelli għall-Indeboliment.
Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinsons Disease
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega x'vantaġġi qed tieħu l-kumpanija Gozo Channel illi flok ma timpjega l-ħaddiema direttament hi, tqabbad kuntrattur sabiex iħaddem il-ħaddiema hu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jsir l-istudju neċessarju.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20855 tal-4 ta' Mejju 2021, jista' l-Ministru jispjega kif l-awditur tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd jieħu żball daqshekk oħxon, sena wara sena u ħawwad "bank charges" ma' imgħax imħallas lill-Gvern? Jista' jispjega għaliex kienu dovuti dawn il-"bank charges" meta l-"audited accounts" tal-kumpanija għas-sena 2019 ma jurux li l-kumpanija kellha xi self bankarju, anzi kellha ċirka € 3.5m depożitati mal-banek?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019 il-kumpanija kellha bank charges li jammontaw għal €72,566. Dawn kienu dovuti lil Bank of Valletta u fl-income statement dehru taħt it-titlu Finance Costs. Peress li l-Bank of Valletta huwa kkunsidrat bħala related party tal-Gozo Channel għaliex huma t-tnejn kkontrollati mill-Gvern, dan l-ammont ġie mdahhal ukoll taħt nota 21 bhala “Related party transactions”.
Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – standards tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak fuq Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa sarx skont l-istandards rikjesti u jekk il-ħlas dovut għal dan ix-xogħol sarx jew le? X'testijiet saru biex jiġi ivverifikat jekk is-'surface profile' tat-triq laħaqx il-livell ta' kwalità mixtieqa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta fit-triq indikata u tlestew fil-ġimgħat li għaddew kienu jinkludu wkoll titjib fis-sistemi taħt l-art għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ilma, dawl u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll titjib tas-sistema għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Wara li ssaħħew il-pedamenti tat-triq sar wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt u reġgħu saru s-sinjali.
Bħal kull xogħol ieħor, wara li tlestew ix-xogħlijiet ewlenin issa għaddejjin it-testijiet u proċeduri oħrajn ta’ verifikar tal-kwalità, biex ikun assigurat li x-xogħol li sar laħaq il-livelli meħtieġa mill-aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2004 sal-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data kif mitluba mhix disponibbli għall-perjodu 2004 - 2009. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem.
Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010 in-numru ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg ewlieni fir-reġjun ta’ Malta ammonta għal 2,274. Fl-2019, in-numru tela’ għal 3,971 persuna.
Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f'Għawdex li kellhom impjieg kif ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2010 sal-2019.
Residenti f’Għawdex b’impjieg
(f’Malta jew f’Għawdex)
Residenti f’Għawdex li jaħdmu f'Malta
Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu Malta mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg
2010
12,109
2,274
18.8%
2011
12,391
2,472
19.9%
2012
12,592
2,593
20.6%
2013
12,738
2,355
18.5%
2014
13,268
2,460
18.5%
2015
13,901
3,004
21.6%
2016
14,678
3,343
22.8%
2017
15,661
3,406
21.7%
2018
16,691
3,638
21.8%
2019
17,754
3,971
22.4%
Nota: Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq bazi
full-time u part-time bħala xogħol ewlieni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2004 sal-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data mill-2000 sal-2009 ma tistax tiġi kkumparata mad-data mill-2010 ‘il quddiem peress li d-data tal-impjiegi f’Għawdex tinkludi kemm residenti f’Għawdex kif ukoll residenti f’Malta li jaħdmu f’Għawdex. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem.
Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010, kien hawn 9,705 persuni residenti f'Għawdex u li kienu jaħdmu f'Għawdex stess, filwaqt li fl-2019 dan l-ammont zdied għal 13,587 persuna.
Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f’Għawdex u li huma mpjegati, kif ukoll l-ammont ta’ residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2010 sal-2019.
Residenti f’Għawdex b’impjieg
(f’Malta jew f’Għawdex)
Residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess*
Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex)
2010
12,109
9,705
80.1%
2011
12,391
9,787
79.0%
2012
12,592
9,871
78.4%
2013
12,738
10,245
80.4%
2014
13,268
10,658
80.3%
2015
13,901
10,757
77.4%
2016
14,678
11,179
76.2%
2017
15,661
12,063
77.0%
2018
16,691
12,861
77.1%
2019
17,754
13,587
76.5%
Noti:
1. Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq ba
¿
i full-time u part-time bħala xogħol ewlieni.
2. *Dawn iċ-ċifri jeskludu residenti Maltin li jaħdmu fir-reġjun t’Għawdex
.
Vouchers għal Cat Feeders — xiri ta' ikel minn petshops
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjiet parlamentari 20767 u 19520 u 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-vouchers lill-cat feeders mill-Kunsilli Lokali jaqa’ direttament taħt il- Kunsill Lokali rispettivament. Il-Ministeru nieda Skema ta’ LC CARE Project fejn jingħataw fondi lill-Kunsill Lokali eliġibbli għall-proġetti ta’ klieb u qtates stray. Il-fondi li jingħataw jiġu amministrati mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dan għandu jsir konformi mal-proġett sottomess. Għalhekk dan ivarja skond il-proġett u l-Kunsill Lokali. Irrispettivament, ix-xiri kollu jrid isir skont il- linji gwida u r-Regolamenti dwar l-Akkwisti tal-Gvern li jikkontrollaw ix-xiri tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-persuni li bejn Jannar 2017 u April 2021 ibbenefikaw mill-iskema relatata ma’ stairlifts u platform lifts (b’mod separat)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bejn 2017 u April 2021 kellha 419-il benefiċjarju taħt l-Iskema tad-Diżabilità fuq xogħol relatat ma’ stairlifts u platform lifts.
Awtorità tad-Djar – Skemi ta’ stairlifts u platform lifts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ġie mħallas mill-Awtorità tad-Djar għall-iskema relatata ma’ stairlifts u platform lifs (b’mod separat) bejn Jannar 2017 u April 2021?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ħallset l-ammont ta’ €1,873,243 bejn Jannar 2017 u April 2021 li tirrapreżenta pagamenti fuq 419 stairlifts u platform lifts.
Awtorità tad-Djar – Skemi ta’ stairlifts u platform lifts – entitajiet li wettqu xogħlijiet relatati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u min kienu dawk l-entitajiet privati li ħadmu u wettqu xogħlijiet relatati mal-iskema tal-Awtorità tad-Djar relatata ma’ sussidju fuq stairlifts u platform lifts?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma taħdem ma’ l-ebda entità privata li tagħmel xogħol relatat ma’ installar ta’ stairlift jew platform lift. L-Applikant ikollu l-għażla li jordna l-istairlift jew platform lift mill-entità li jixtiequ hu.