Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-snin 2018, 2019, 2020 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sabiex jinfurmahom x’qiegħed jiġri fil-lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ġew ippubblika 3 rivisti fl-elfejn u tmintax, u 3 rivisti fl-elfejn u dsatax. Fl-elfejn u għoxrin sad-data tal-lum, il-Kunsill Lokali ma ppubblikax rivisti. Il-Kunsill Lokali għandu preżenza fuq siti tal-media soċjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fir-Raba’ Distrett Elettorali? Possibbilment jista’ jgħid f’liema lokalitajiet joqogħdu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa skont kif jidher fit-tabella
t’hawn taħt.
Lokalitajiet ta’ residenza fir-Raba’ Distrett Elettorali:
Numru ta 'każijiet maħduma Jan-Diċ 2020
Fgura (kollha)
13
Gudja
5
Paola
16
Santa Lucija
7
Tarxien
12
Total
53
N.B. Id-dejta teskludi persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21138, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal madwar €26,000?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġa sodisfaċentament imwieġba.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21139, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal aktar minn €4,000?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21140, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal madwar €20,000?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kategorija jew kategoriji ta' għaqdiet volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiem tas-settur pubbliku sekondat magħhom? F'każ li iva, liema huma dawn il-kategoriji?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mould tal-hearing aids tikkwalifikax biex issir fl-isptarijiet tagħna bħala servizz bla ħlas? Jekk iva, hemm xi kriterji li trid tissodisfa persuna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-mould tal-hearing aids isir fl-isptarijiet tagħna u jingħata bla ħlas. Kemm it-tfal kollha taħt it-18 il-sena kif ukoll l-adulti li għandhom karta roża valida huma eliġibli biex jirċievu dan is-servizz.
Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex jirċievu fondi/għajnuna mill-Gvern bħal donazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kategorija jew kategoriji ta' għaqdiet volontarji li ma jikkwalifikawx biex jirċievu fondi f'għajnuna mill-Gvern bħal donazzjonijiet eċċ? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-kategoriji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament dwar it-total f'multi jew penali li ġew imposti fuq għaqdiet volontarji għal kull sena fil-leġiżlatura kurrenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020, kien hemm żewg każi fejn żewg għaqdiet m’għamlux skrizzjoni mal-Kummissarju u għalhekk hemm proċeduri pendenti l-Qorti li għadhom sub-judice. Minbarra dawn iż-żewġ każijiet ma’ kien hemm ebda każ fil-leġislatura kurrenti fejn ġew imposti multi jew penali fuq għaqdiet volontarji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/po¿izzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru inklu¿ ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi ghat-twegiba tal-Mistoqsija numru 20997
Ministeru għall-Edukazzjoni — persons of trust u positions of trust
Question
Tista’ l-Ministru tindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tagħha, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'każ li jiġu ingaġġati persuni fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru dan isir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — persons of trust u positions of trust
Question
Tista’ l-Ministru tindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tagħha, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej m’għandux entitajiet jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19615: B'referenza għar-rivista 'Proġett Għawdex' li l-ewwel ħarġa tagħha kienet f'Novembru 2019 u fejn f'din ir-rivista kien hemm miktub li din ħa tibda tkun ippubblikata minn żmien għal żmien biex jinżamm kuntatt mar-residenti Għawdxin kif ukoll ikunu infurmati fuq proġetti li jkunu qed jitwettqu madwar Għawdex, kif ukoll fuq diversi skemi li huma intiżi għar-residenti Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba din ir-rivista ħarġet matul is-sena 2020 u jgħid kemm-il darba hemm ippjanata li toħroġ din ir-rivista matul is-sena 2021? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali sal-lum fuq din ir-rivista liema spiża tkun tinkludi stampar, posta u xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li kien hemm ħarġa waħda tar-rivista li ġġib l-isem 'Proġett Għawdex', liema ħarġa kienet saret fis-sena 2019. L-ispiża li tħallset marbuta ma din ir-rivista hija dik ta’ €3,839.41 Vat Eskluż.
Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għall-bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20357, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, intbagħtux l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba, mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tkun tista’ tiġi ppubblikata 'it-tender mill-aktar fis possibli'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender jinsab fl-istadju finali tal-vetting
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19651, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex u jgħid f’liema xahar tas-sena 2021 ħa jitkompla x-xogħol infrastrutturali iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender for the supply, delivery, installation, testing and commissioning of lifts for Villa Lauri' (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 14/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jkun jista’ jinbeda x-xogħol mitlub?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender ġie ikkanċellat peress li l-ebda offerta ma kienet konformi mil-lat amministrattiv, tekniku u finanzjarju.