Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali ta’ San Pawl – Xogħlijiet fuq bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsiru tiswijiet meħtieġa u/jew bini mill-ġdid fuq numru ta’ bankini mill-Kunsill jew entitajiet oħra governattivi li jinsabu fit-toroq: Triq Oqbra Puniċi, Triq Radded ir-Roti, Triq ir-Ridott, Triq il-Fuħħar u Triq is-Simar kollha fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar Triq Telgħat ix-Xemxija, Triq il-Maqdes Megalitiku u Triq il-Preistorja?(uħud mir-ritratti annessi)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl illi t-toroq indikati qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet.

Kunsilli Lokali San Pawl — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali jieħu l-passi u l-inizjattivi kollha xierqa sabiex tiġi rranġata t-telqa u t-traskuraġni li teżisti fix-Xemxija fit-toroq: Triq Katarina Vitale, Triq Simar, Triq Radded ir-Roti, Triq Oqbra Puniċi, Triq il-Fuħħar, Triq ir-Ridott, Triq Piscopo Macedonia, Triq Maqdes Megalitiku, Triq il-Preistorja u Telgħet ix-Xemxija peress li din it-telqa u traskuraġni tinkludi tindif ġenerali, qtugħ ta’ ħaxix, żbir ta’ sigar li qed joħonqu aċċess adegwat minn fuq numru ta’ banikini, sinjali tat-traffiku adegwati (tiswijiet jew ġodda), tiswijiet jew/u bini mill-ġdid ta’ bankini, ġbir ta’ skart goff mill-heritage trails u minn fuq bankini (bċejjeċ tal-baħar u arblu(pole) kif ukoll wires perikolużi? (ritratti annessi)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li t-toroq u s-siti elenekati minnu qiegħdin fil-programm ta’ xogħlijiet, u ser jiġu rranġati. It-tindif ta’ din iż-żona isir bi skeda u b'mod kontinwu, kontra l-impressjoni li qed jipprova jagħti. Is-sigra tal-ħarrub indikata hija protetta u qiegħdha f’art privata, u l-Kunsill m’għandu l-ebda informazzjoni dwar min huma s-sidien. Il- cable li jidher fir-ritratt pprovdut huwa tal-internet u ma joħloq l-ebda perikolu għan-nies. Intant ġiet infurmata il-kumpanija in kwistjoni. Il-Kunsill japprezza jekk l-Onor.Interpellant jagħti ndikazzjoni aktar dettaljata tal-lok fejn hemm l-iskart mormi (pic1), possibilment b’ site plan.

San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħofra hija ri¿ultat ta’ ħsara f’pipe ta’ l-ilma. Għaldaqstant il-Kunsill għaddha l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – żieda ta’ ronda tal-Pulizija fiż-żona tax-Xemxija

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiżdied ir-ronda tal-pulizija fiż-Żona tax-Xemxija wara li fl-aħħar ġimgħat kienu rappurtati serqiet/jew attentati ta’ serqiet minn diversi residenzi u vetturi fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi patrols fiż-żona ndikata mill-Onorevoli Interpellant u l-kumplament ta’ San Pawl il-Baħar, żdiedu ħafna kif sar f’lokalitajiet oħra, erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Dawn il-patrols isiru mill-Pulizija tad-Distrett, kemm bil-mixi u anke bil-vetturi. Barra minhekk hemm wkoll ir-rondi kontinwi mill-Pulizija tal-komunitá, kif ukoll minn uffiċjali oħra mit-taqsimijiet tal-RIU u tat-traffiku.

San Pawl il-Baħar – passi u azzjonijiet fuq karozzi abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex karozzi abbandunati f’San Pawl il-Baħar primarjament fiż-Żoni tal-Qawra, Buġibba u x-Xemxija jitneħħew u dan anke wara numru ta’ rapporti li saru għal diversi drabi fl-għasses tal-Qawra u San Pawl il-Baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Pulizija Distrettwali regolarment tara li jittieħdu l-passi necessarji sabiex karozzi abbandunati f’San Pawl il-Baħar, primarjament fiż-żoni tal-Qawra, Buġibba u x-Xemxija, jitneħħew. Huma ser jzidu il-frekwenzi tal-ispezzjonijiet tagħhom sabiex din il-problema tkompli tiġi ndirtizzata. Infurmat ukoll li l-Korp tal-Pulizija mhux l-unika entità responsabbli minn ġbir ta' vetturi abbandunati.

Każijiet ta’ trabi li kienu jeħtieġu li jiġu airlifted mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Question

Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' trabi li kienu jeħtieġu li jiġu airlifted mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ħames snin u jekk kienx hemm xi każ fejn tarbija ma setgħetx tinġarr fil-helicopter u spiċċat tittieħed Mater Dei f'ambulanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2016 sal-2020 kien hemm 15 il-każ fejn trabi ġew airlifted mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 9 każijiet fejn trabi ġew trasferiti bl-ambulanza. Il-mod tat-trasport jiġi deċiż wara li tkun ittieħdet deċiżjoni klinika kollettiva mit-tim kliniku responsabbli skont il-każ partikolari.
Leg 13 PQ #21258 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn skont is-sejħa għall-offerti CT3068/2019 u meta hu previst li dawn ix-xogħlijiet jitlestew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet se jibdew la darba jinħarġu il-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Servizz ta’ psychiatric outpatient

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20824.

COVID-19 – barranin li tlaqqmu mill-vaċċin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm barranin li tlaqqmu bil-vaċċin kontra l-COVID-19 hawn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 35,627 persuni barranin li ħadu mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19. Dan il-proċess kien ibbażat skont il-karta tal-identità tal-individwu li qed jieħu l-vaċċin. Dan il-vaċċin setgħu jieħduħ dawk il-barranin li għandhom il-Permess ta' Residenza kif ukoll dawk li qedgħin fil-proċess li jkollhom il-Permess ta' Residenza f’Malta.
Leg 13 PQ #21265 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — state aid

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 13 PQ #21267 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — state aid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Third Country Nationals li daħlu illegalment f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mhux Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19753 u 18328 u ċioè jgħid kemm hawn Third Country Nationals fil-pajjiż li oriġinarjament kienu daħlu illegalment fl-Unjoni Ewropea f'xi pajjiż ieħor membru tal-Unjoni u mhux f'Malta? Jista' jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm Third Country Nationals li ġew ritornati lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin mill-2010 'l hawn, sena b'sena? U kemm ġew ritornati lejn Malta skont l-istess regolamenti fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif jaf l-Onorevoli interpellant, peress illi Malta hija parti miż-żona Schengen tal-Unjoni Ewropea u allura hemm moviment ħieles ta’ persuni li jivjaġġaw bejn l-Istati Membri, mhux possibbli li wieħed ikun jaf kemm hawn ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’Malta li oriġinarjament kienu daħlu llegalment min xi pajjiż ieħor f’din iż-żona u mhux dirett f’dawn il-gżejjer. Ir-Regolamenti ta' Dublin jikkonċernaw persuni li jkunu applikaw għall-ażil f'Malta meta pajjiżna ma jkunx l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina dik l-applikazzjoni. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawk il-persuni li diġa huma benefiċċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali f’Membru Stat tal-Unjoni Ewropea. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew irritornati lejn Malta minn Stati Membri oħra tal-UE skont ir-regolamenti ta' Dublin kien hemm 2012 – 61, 2013 – 31, 2014 – 91, 2015 – 48, 2016 – 20, 2017 – 20, 2018 – 5, 2019 – 25, 2020 – 16. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew irritornati lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin kien hemm – 2012 – 6, 2013 – 5, 2014 – 2, 2015 – 5, 2016 – 22, 2017 – 6, 2018 – 25, 2019 – 10, 2020 – 23.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti – importazzjoni ta’ żerriegħa

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali ħalla tiġi importata żerriegħa b'virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam (ToBRFV) sal-11 ta' Mejju 2021 minkejja illi kien ilu magħruf mill-bidu ta' Marzu 2021 b'dina l-marda? X'għajnuna finanzjarja qed jippjana l-gvern ħalli jikkumpensa lill-bdiewa minħabba t-telf finanzjarju li din il-marda kkawżatilhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ta’ kull sena d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti jagħmel stħariġġ għal tipi differenti ta’ mard, viruses, insetti, moffof u iktar. Lejn l-aħħar ta’ Marzu instabu l-ewwel tlett każi pożittivi għall-virus tat-ToBRFV. Minħabba li f’Malta ma kienx hawn dan il-virus, id-Direttoratt ħa l-azzjonijiet kollha neċċessarji sabiex jifhem aħjar is-sitwazzjoni preżenti f’Malta u għamel il-kuntatti neċċessarji sabiex jittieħdu iktar kampjuni bil-għan li jiġi stabbilit kemm dan il-virus tat-ToBRFV ġie mifrux madwar Malta u Għawdex. Id-Direttorat qed jieħu l-prekawzzjonijiet meħtieġa biex dan il-virus jiġi eradikat. L-obbligu tad-Direttorat hu li ma jippermettix l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ materjal tal-pjanti bil-virus ToBRFV. Dan il-materjal jasal Malta dejjem akkumpanjat mid-dokumenti neċessarji bħal per eżempju l-passaport tal-pjanti. Dan il-passaport, li jinħareġ qabel ma ssir il-kummerċjalizzazzjoni, ifisser li r-rekwiżiti tal-liġijiet kienu osservati fosthom li l-materjal ikkonċernat ma jkunx fih il-virus ToBRFV. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti qed ifassal pakkett ta’ miżuri għal għajnuna mill-Istat biex jingħata kumpens finanzjarju lill-bdiewa li kellhom jeqirdu x-xitel tagħhom fuq ordni tad-Direttorat biex il-virus tat-ToBRFV jiġi kkontrollat u eradikat.
Leg 13 PQ #21316 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-konsulenti kollha li tqabdu mill-Ministeru għal Għawdex mill-2013 'l hawn, maqsuma sena b'sena, x'kien l-inkarigu tagħhom u kemm tħallsu jew qed jitħallsu għal tali inkarigu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 18160.

Qorti Kriminali — patteġjamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' patteġjamenti approvati mill-Qorti Kriminali, sena b'sena mill-2015 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ma tinżammx statistika dwar patteġjamenti approvati mill-Qorti Kriminali.

Familji li joqogħdu fin-Nofsinhar ta’ Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fit-Tielet Distrett Elettorali? Possibbilment f’liema lokalitajiet joqogħdu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Lokalitajiet ta 'residenza fit-Tielet Distrett Elettorali: Numru ta’ każijiet maħduma Jan-Diċ 2020 Ghaxaq 5 Marsaskala 32 Marsaxlokk 2 Zejtun 93 Total 132 N.B. In-numri jeskludu persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.

Marsaskala: Benefiċċji Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ residenti minn Marsaskala li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ benefiċċju soċjali u x’inhuma l-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ residenti minn Marsaskala li kienu jibbenifikaw minn benefiċċju soċjali fix-xahar t’April 2021 kien skont it-tabella ta hawn taħt. Benefiċċju Benefiċjarji residenti Marsaskala Allowance għal Carers 6 Allowance ta' Iltim 1 Allowance tat-Tfal 1,585 Allowance tat-Tfal 0 Allowance Tfal b'Di¿abilità 58 Allowance Tfal taħt Ħarsien 6 Assistenza Di¿abilità Severa 98 Assistenza għal Di¿abilità 8 Assistenza Mi¿juda Di¿abilità Severa 15 Assistenza Mi¿juda għal Carers 23 Assistenza Persuna b'Vista Batuta 7 Benefiċċju għal Di¿impjieg 16 Benefiċċju għal Leave tal-Maternità 4 Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg 73 Benefiċċju Speċjali għal Di¿impjieg 2 Benefiċċju tal-Korriment 2 Benefiċċju tal-Mard 31 Benefiċċju tal-Maternità 4 Bonus Kontribuzzjonijiet Nieqsa 264 Bonus Twelid ta' Tarbija 44 Għajnuna Medika 203 Għajnuna Soċjali 108 Għajnuna Soċjali għal Di¿impjieg 21 Għajnuna Soċjali Mnaqqsa 30 Għajnuna Soċjali Protezzjoni Sussidjarja 45 Għajnuna Soċjali Unmarried Persons 63 Għajnuna Supplimentari 404 Għotja għal Carers 6 Għotja tal-Anzjani 559 Għotja ta¿-¯wieġ 2 Penjoni tar-Romol 331 Pensjoni Minima Nazzjonali 198 Pensjoni ta' Di¿abilità 2 Pensjoni tal-Età 68 Pensjoni tal-Invalidità 62 Pensjoni tal-Irtirar 132 Pensjoni ta¿-¯ewġ Terzi 1,069 Suppliment Allowance tat-Tfal 1,585 Suppliment Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg 17