B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18007 fis-seduta tal-20 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jgħid xi grad għandhom l-erba' full-timers li hemm fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, x'paga jgawdu u kif daħlu fis-Servizz Pubbliku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Mejju 2021. Ta min jinnota li minn meta ingħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18007, l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali impjegat uffiċjal ieħor fil-pożizzjoni ta Manager (Legal Procurator) u għalhekk in-numru total ta’full timers tela’ għal ħamsa.
B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18003 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu t-tliet avukati tal-għajnuna legali biex jassistu vittmi ta' vjolenza domestika? Jista' jgħid kif vittmi ta' vjolenza domestika residenti f'Għawdex, qed jiġu assistiti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interrpellant li b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18003, it-tliet avukati tal-għajnuna legali sabiex jassistu lill-vittmi ta' vjolenza domestika ġew magħżula wara li nħarġet sejħa pubblika fl-aħħar t'Ottubru 2020 tramite il-Kamra tal-Avukati u fuq il-mezzi soċjali. Il-proċess sabiex jiġu assistiti vittmi tal-vjolenza domestika f'Għawdex huwa l-istess bħal dak li jingħata f'Malta fejn il-vittma tirreferi fl-għassa tal-pulizija jew iċċempel in-numru 179 u dawn jirreferuhom lill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali sabiex jiġi assenjat avukat tal-għajnuna legali li jagħtihom il-pariri w jiddireġihom skont kif meħtieġa.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20988.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 20998.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 20982.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20993.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20995.
Kumitat Operattiv għal Kemmuna – xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-Istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20434, ninfurmah li l-Kumitat Operattiv għal Kemmuna iltaqa’ 22 darba minn kemm ilu li ġie mwaqqaf fl-2017. Il-Kumitat huma magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorisi, Transport Malta u l-Ministeru għal Għawdex.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur, fuq Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta' Sannat, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet awarded din it-tender u kemm ġie jiswa x-xogħol li sar, issa li tlesta x-xogħol fuq din it-triq? Jista jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat illi:
- It-tender ingħata għall-ammont ta’ €493,068.40 VAT esklu¿a.
- Il-proġett ta' Triq Sannat, minkejja li sar ħafna xogħol fih, għadu mhux komplut u ċertifikat.
- Il-perit inkarigat mix-xogħol kien il-Perit Edward Scerri.
- It-testijiet neċessarji għal
quality compliance
u xogħol ta'
quantity surveying
saru u għadhom qed isiru.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li ħarġet dan l-aħħar ġranet bl-isem 'Service tender monitoring based on the environmental permit issued by ERA for Tal-Kus waste transfer station'? Jista’ jgħid min kien qed jagħti u jagħmel dan is-servizz f'dawn l-aħħar 5 snin u kemm tħallas u kif intgħażel biex jagħmel dan ix-xogħol ta' monitoraġġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender imsemmi għandu l-għan li jipprovdi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-atmosfera taż-żona esterna tal-faċilità għat-trasferiment tal-iskart f’Tal-Kus. L-offerti se jibqgħu jintlaqgħu sas-27 ta’ Mejju 2021 u imbagħad l-aġġudikazzjoni se ssir fuq il-kriterju tal-orħos offerta konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. Ninformah ukoll li fl-2016 u l-2017 il-kuntrattur li bena l-impjant kien responsabbli għall-faċilità filwaqt li fis-snin sussegwenti t-tali monitoraġġ sar minn Dr Robert Cortis, għall-prezz ta’ EUR 3,540, u EMC Monitoring and Consultancy, għall-prezz ta’ EUR 3,245. Fil-preżent il-monitoraġġ qed isir minn Dr Robert Cortis b’nefqa massima ta’ EUR 5,310. Il-figuri kkwotati jinkludu l-VAT u l-għażla tal-operaturi saret wara li nkisbu stimi u ntagħżlet l-orħos offerta minn fost dawk li kienu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet.
Ministeru għal Għawdex – bini ta’ ħitan bil-kantun
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, jagħti l-isem tat-triq u kemm kien it-tul, għoli u wisa’ fejn inbnew ħitan bil-kantun mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jispeċifika f'kull każ jekk il-ħitan tal-kantun inbnewx ġodda u f'kull każ min ta l-approvazzjoni biex isiru u għal liema skop saru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-Electric Buses tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni? Jista’ jgħid minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom huwiex ħaddiem taċ-ċivil jew inkella tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-Electric Buses qed jinstaqu madwar Għawdex fuq trial runs.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fil-grad ta’ butchers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ma’ liema direttorat jaħdmu, u fejn jaħdmu bħala post?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox fil-Ministeru għal Għawdex hemm tmintax -il ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera).
Tlieta minnhom ġew ingaġġati f’Settembru tas-sena 2011, sitta minnhom ġew ingaġġati f’Jannar tas-sena 2015, filwaqt li l-bqija bdew fis-sena 2017; erba’ f’Jannar, tnejn f’Lulju u tlieta f’Settembru. Kollha kemm huma jaqdu dmirijiethom mad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kif kien qed jiġi trattat l-iskart kimiku bejn Jannar u April 2021?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-iskart kimiku li jidħol għand il-WasteServ jiġi pproċessat primarjament b’żewġ metodi. L-iskart li hu kopert mill-kapaċità tal-inċineratur tal-Marsa, jiġifieri dak li fil-proċess tal-inċinerazzjoni ma jikkawża l-ebda ħsara u/jew periklu, jidħol fil-faċilità u jinħadem skont il-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis (IPPC). L-iskart l-ieħor jiġi esportat lejn faċilitajiet liċenzjati.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – uffiċjali li jużaw karozzi tal-awtoritajiet għal użu personali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13860 u jgħid fl-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kemm hemm uffiċjali li għandhom karozza tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' jindika l-kariga li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-ippjanar u kemm fil-qasam tal-ambjent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
PJista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14799 u ċjoè: peress li r-regoli stabbiliti, inkluż dawk li joħorġu minn direttivi Ewropei, jisħqu fuq il-Polluter Pays Principle u peress li l-Gvern ser jagħlaq Sant'Antnin wara biss ftit żmien jopera, jista' l-Ministru jikkonferma kif ser japplika l-Polluter Pays Principle tul l-operat ta' dawn l-impjanti ġodda, ċjoè, għal għoxrin sena li ġejjin? Fid-dawl ta' dan, jista’ jippubblika l-Cost Benefit Analysis li għamel għal kull wieħed minn dawn l-impjanti ġodda ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'qed jippjana l-Gvern fuq il-finanzjament ta' dawn il-proġetti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant, li l-għeluq tal-faċilità ta' Sant Antnin huwa parti mill-Mandat Elettorali u nikkonfermaw li se n¿ommu din il-wegħda. Kuntrarjament għall-politika antika, aħna determinati li nwettqu dak li ġie imwiegħed biex b’hekk inħallu lil uliedna ambjent aħjar milli sibna aħna. Il-prinċipju li min iniġġes iħallas diġà huwa implementat fil-qafas leġiżlattiv tal-skart u tisħieħ tiegħu qed jiġi kkontemplat fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Iskart il-ġdid li jikkunsidra wkoll reġim ta’ ħlasijiet differenzjati li jimplimentaw l-aħjar prattiki biex jintlaħaq dan il-għan. Il-proġetti kollha li qed jitwettqu minn WSM kollha għandhom CBA li permezz tiegħu tintgħażel l-aħjar soluzzjoni, u nikkonfermaw li l-ħlasijiet differenzjati huma inklużi wkoll f'dawn l-istudji. Madankollu, m’aħniex f’pożizzjoni li nippublikaw l-ebda wieħed minn dawn is-CBAs sabiex tiġi evitata kwalunkwe interferenza mal-akkwist attiv ta’ dawn l-impjanti.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16110 u jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, in-numru ta’ nies ġodda li ġew impjegati din is-sena huwa ta’ erbgħa u sittin (64).
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Bordijiet u entitajiet – membri u diretturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 16111 u jgħid, mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 ’l hawn, min huma l-membri/diretturi tal-bordijiet/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema bir-reduced hours u fuq telework
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16112 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti/entitajiet/ korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema ta’ teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19795, ngħarrfu li l-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati tas-Settur Pubbliku jistgħu jitolbu li jaħdmu b’telework skont kif jipprovdi l-Manwal dwar Miżuri għal Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Familja.