Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Irġiel bil-parental leave

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16115 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, iġifieri mill-2013 ’il quddiem, fil-Ministeru kollu, inklużi l-entitajiet, kien hemm biss impjegat raġel wieħed (1) li għamel użu mill-Parental Leave. L-impjegat imsemmi ħareġ fuq Parental Leave għal perjodu ta’ tliet xhur fl-2017. Minbarra dan il-każ ma kienx hemm talbiet oħrajn għall-Parental Leave minn impjegati rġiel.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Nefqa fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16118 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa’ taħtu matul is-snin 2018, 2019 u 2020 s’issa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlasijiet lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16144 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u l-provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ammont ta’ skart għar-riċiklaġġ miġbur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16154 u jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' skart għar-riċiklaġġ li nġabar, lokalità b’lokalità, f’din il-leġiżlatura maqsuma xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Manikata – Triq il-Mejjiesa u tarf Sqaq Ħarruba – sinjali/miżuri tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jieħdu deċiżjoni urġenti sabiex bejn Triq Mejjiesa u tarf Sqaq Ħarruba fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, (ritratt anness) isiru sinjali/miżuri adegwati tat-traffiku sabiex jiġu evitati inċidenti minħabba l-influss qawwi ta’ karozzi li baqa’ dejjem jiżdied f’din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din it-triq hija responsabilta’ tal-kunsill lokali, pero l-Awtorita’ ta’ Transport ser tkun qed tagħmel spezzjoni fuq il-post u tikkordina skond il-bżonn.

Daħliet li jagħtu lejn il-Manikata mill-Mellieħa u Għajn Tuffieħa – sinjali tat-traffiku minħabba inġenji kbar

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jerġgħu jagħmlu sinjali tat-traffiku (u li jiġu infurzati) fid-daħliet li jagħtu lejn il-Manikata mill-Mellieħa u Għajn Tuffieħa sabiex inġenji kbar ma jgħaddux mill-qalba tal-Manikata u dan dejjem sakemm ma jkunux se joffru/jagħtu jew jieħdu xi forma ta’ servizzi mill-istess żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li ser tkun qed tagħmel spezzjoni biex tara liema sinjali hemm neqsin u terġa tinstallhom.

Telgħet ix-Xemxija – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelter li jinsab f’Telgħet ix-Xemxija, preċiżament biswit il-Knisja tax-Xemxija, jinbidel għal wieħed modern bħal kumplament tal-bus shelters peress li t-traskuraġni u l-istat ħażin li jinsab fih dan il-bus shelter huma notevoli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment. Ninsab infurmat li l-aħħar manutenzjoni fuq dan il-bus shelter twettqet fil-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21270 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – Xemxija – binjiet mhux kompluti jew siti ta’ kostruzzjoni – ħitan adegwat

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu l-passi li tagħtiha l-liġi sabiex binjiet mhux kompluti jew siti ta’ kostruzzjoni fix-Xemxija, isirulhom ħitan adegwati sabiex jiġu evitati perikli u inkonvenjent varji bla bżonn għar-residenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika liema huma dawn is-siti li qed jirreferi għalihom.

Il-Mellieħa — Laqgħa ta' Konsultazzjoni mal-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21150 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jindika d-data meta ser ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-komunità kollha tal-Mellieħa dwar il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ saru laqgħat mal-Kunsill Lokali, mal-komunita’ residenzjali u mal-komunita’ kummerċjali taż-żona.

Il-Mellieħa — Proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21151 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu? Meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq l-imsemmi proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa numru 210755 maħruġa fil-21 ta’ April 2021 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li l-proġett mistenni jibda fix-xhur ta’ wara s-sajf.

Kap tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala għad m'hemmx Kap tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, x'passi ttieħdu sabiex jilħaq kap f'din l-Aġenzija u meta ser issir din il-ħatra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali ħarġet sejħa għal po¿izzjoni tal-Kap tal-Aġenzija, fejn ġie maħtur Bord tal-għażla u sar l-proċess tal-għażla. Madanakollu mill-applikanti li kien hemm ma kien hemm ħadd idoneu għal din il-pożizzjoni. Sadanittant iż-żewġ aspetti tal-Aġenzija baqaw jitmexxew. L-aspett legali jitmexxa mill-avukati tal-għajnuna legali fuq il-lista uffiċjali sabiex jagħmlu xogħol fuq it-turn tal-ġurnata fil-Qorti tal-Maġistrati u jiġu assenjati kawżi ċivili skont it-turn mir-Reġistratur skont il-liġi. Minn April 2020 ix-xogħol legali li qabel kien jiddireġih l-Avukat Kap ġie mqassam bejn tliet avukati tal-għajnuna legali fuq il-lista uffiċjali: avukat sabiex jagħmel il-ġurijiet u żewġ avukati sabiex jagħmlu l-appelli kriminali. Għal dan ix-xogħol jitħallsu rimunerazzjoni addizzjonali b’kuntratt speċifiku għal dan il-għan. L-aspett operattiv tal-Aġenzija kompla jiġi amministrat mill-persunal addett mal-Aġenzija u minn Lulju 2020 sar it-trasferiment tal-uffiċini b’binja aktar addattata. Apparti dan, il-persunal tal-Aġenzija kompla jagħti l-informazzjoni lil kull min jitlob l-assistenza, jagħmlu t-test tal-mezzi sabiex jiġi stabbilit minn huwa elliġibbli u xogħol amministrattiv ieħor minn jum għall-ieħor. Is-sena li għaddiet, matul l-eqqel żmien tal-pandemija l-Aġenzija xorta kompliet tagħti s-servizzi tagħha anke bir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika. I¿jed minn hekk, sabiex is-servizz legali tal-Aġenzija jkompli jitjieb, matul l-aħħar sena saru diversi Memoranda of Understanding. L-ewwel MoU sar bejn l-FSWS, il-korp tal-Pulizija u l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali dwar il-koperazzjoni reċiproki sabiex jiġu assistiti vittmi ta’ vjolenza domestika. It-tieni MoU sar bejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u l-Korp tal-Pulizija li bih sar ftehim dwar termini u kundizzjonijiet ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet dwar meta persuna tiġi akkużata u mressqa ‘l Qorti sabiex tkun assistita b’mod dinjituż u professjonali w jiġu salvagwardati d-drittijiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Maġistrati – kumpliazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta, bħala Qorti Istruttorja hemm pendenti disa’ mija u sittax-il (916) kumpilazzjoni normali u mija u għaxra (110) kumpilazzjoni tad-droga. Filwaqt li quddiem il-Qorti tal-Magistrati ta’ Għawdex, bħala Qorti Istruttorja hemm disgħa u għoxrin (29) kumpilazzjoni pendenti.

Każijiet ta’ Victim Offender Mediation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19567 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta’ Victim Offender Mediation li saru kull sena sa mill-2017 fi ħdan is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kien hemm 8 każijiet relatati ma’ Victim Offender Mediation.

Immigranti Illegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numru 19750 u18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta' rimpatriju li saru wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati? Għala l-Ministru qed isibha daqshekk diffiċli biex jirrispondi din id-domanda jew jekk hux imbarazzat illi jippubliċizza l-għajnuna li ngħatat mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni u operazzjonijiet simili jseħħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.