Entitajiet governattivi li joperaw mill-Gozo Innovation Hub
Question
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22842, jista’ l-Ministru jgħid liema huma ż-żewġ entitajiet governattivi li joperaw mill-Gozo Innovation Hub u kemm ilhom joperaw minn hemm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Iz-zewg entitajiet governattivi li joperaw mill-Gozo Innovation Hub huma il-Gozo Regional Development Authority u l-Agenzija servizzi.gov; ta’ l-ewwel bdiet topera mill-Hub is-sena l’ohra u t-tieni wahda din is-sena.
>
Single parents f'Malta u Għawdex — għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' single parents f'Malta u f’Għawdex? Jista' jagħti dan in-numru sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar (10) snin? Jista' jgħid kemm kien l-ammont f'għajnuna soċjali li ngħataw lil dawn il-persuni sena b'sena matul dawk l-aħħar għaxar (10) snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
> Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
> Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
> L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT esklu¿a).
>
>
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal
portals
,
blogs
,
vlogs
u
websites
.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru ma għamel l-ebda reklam fil-ħarġa tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — reklam fil-Gazzetta Kullħadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
Minkejja dan, fil-kaz inkwistjoni ma sar l-ebda reklamar.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda reklam mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-edizzjoni tal-gazzetta msemmija.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsir ix-xogħol ta’ tindif ta’ Wied l-Għeriexem u ssir ukoll it-tiswija ta’ Triq il-Marċ li tagħti għall-istess wied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Marġ ser jibdew fiż-żmien li ġej, wara li jibda jtaffi l-istaġun tax-xita, peress li x-xogħlijiet jinvolvu wkoll titjib f’sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita li hemm fl-istess inħawi. Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal liema post qed jirreferi.
Tarxien – Triq in-Neolitiċi — studji għall-irranġar tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux studji sabiex tiġi rranġata Triq in-Neolitiċi Tarxien u jekk kemm-il darba hijiex ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li saru studji rigward it-Triq in-Neolitiċi fejn instab li hemm problema fid-drenaġġ u għaldaqstant għad m’hemmx data fissa meta din it-triq se tkun lesta.
Tarxien – Triq Sant’Antnin – studji għall-irranġar tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux studji sabiex tiġi rranġata Triq Sant’Antnin Tarxien u jekk kemm-il darba hijiex ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 24334.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Pwales – tneħħija ta’ kajjik
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-kajjik li hemm fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar u li fuqu saru diversi rapporti, inkluż ma’ Transport Malta, jitneħħa minn din l-istess triq mill-iktar fis, u dan wara li dan il-kajjik kien inkluż f’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li l-kajjik tneħħa xi żmien wara li sar l-avviż fuq l-Gazzetta tal-Gvern.
San Pawl il-Baħar – konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi – ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021, liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f’San Pawl il-Baħar, minn meta daħlet fis-seħħ din il-bye law sal-lum maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
San Pawl il-Baħar – rimi ta’ skart — ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet dwar rimi ta’ skart f’San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar sena maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
PQ 24340 - San Pawl il-Bahar – rimi ta’ skart - citazzjonijiet
Xhur
Illiberati
Ħatja
Imħalsa qabel is-Seduta
Pendenti
Totali
Jannar
3
3
3
9
Frar
2
5
7
Marzu
3
8
5
16
April
1
3
3
7
Mejju
7
7
10
24
Ġunju
25
25
41
91
Lulju
19
18
25
62
Awissu
12
22
17
51
Settembru
5
9
5
3
22
Ottubru
1
4
5
Novembru
2
2
2
6
Diċembru
5
5
Totali
78
102
115
10
305
Naxxar Lions F.C. – bini ta’ kumpless sportiv — diskussjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar l-art sabiex fuqha jinbena l-kumpless sportiv għal Naxxar Lions F.C.?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onorevoli interpellanta li l-proċess hu għaddej.
San Pawl il-Baħar – Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral – xogħol ta’ mains
Question
Billi fi Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral, San Pawl il-Baħar, f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jitpoġġew xi mains tas-servizzi ġodda, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li qed isir, u wkoll tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta, u dan billi t toroq msemmija jinsabu qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u qed jinħolqu bosta inkonvenjenti kemm għar-residenti, kif ukoll għall-istess skola?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif ġie mħabbar mill-Korporazzjoni f’Novembru li għadda dawn ix-xogħlijet jinkludu tqegħid ta’ żewġ pressure mains tad-drenaġġ, tibdil ta’ servizzi tal-ilma u wiċċ ġdid tat-triq. Ix-xogħol ta’ tqegħid taż-żewġ pressure mains tad-drenaġġ tlesta matul ix-xhar ta’ Jannar, bix-xogħol l-ieħor mistenni jibda’ immedjatament wara. Huwa mistenni li x-xogħol kollu jkun lest sal-bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Naxxar Lions F.C. – bini ta’ kumpless sportiv — diskussjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar l-art sabiex fuqha jinbena l-kumpless sportiv għal Naxxar Lions F.C.?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Waqt li l-Onorevoli interpellanta żgur tifhem li l-proċess hu rigoruż u delikat, ninformaha li l-Ministeru hu impenjat f’dan ir-rigward u diskussjonijiet jinsabu għaddejjin. Għall-bqija tal-mistoqsija, nitlobha tirreferi lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir ix-xogħol meħtieġ f’toroq li kienu saru bit-tarmac fis-sajf li għadda (sajf 2021) fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ fil-limiti tal-Imġarr fejn qabel ma sar it-tarmac, l-ilma tax-xita kien jaqbeż il-baħar filwaqt li issa l-ilma ta’ xita qiegħed jaqbeż fl-għelieqi u jispiċċa jieħu l-ħamrija u qala’ lis-sqaq u l-passaġġi li hemm fir-raba’ tal-bdiewa u din il-ħsara żżomm lill-bdiewa milli jidħlu ir-raba’?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li fiż-żmien li għadda twettqu diversi xogħlijiet minn entitajiet differenti f’diversi toroq rurali fl-inħawi indikati, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament fejn tinsab id-diffikultà li qed tissemma’ sabiex jekk hemm bżonn isir xi titjib, dan jitwettaq minnufih.
Santa Luċija – Triq il-Ġjacinti – rapport dwar l-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika x'rapporti saru dwar l-istat tat-Triq il-Ġjaċinti, Santa Luċija u jekk kemm-il darba tul din is-sena hijiex ser tkun qiegħda ssir mill-ġdid u jekk iva meta huwa previst li tinbeda?
Santa Luċija – Triq Stella Maris – rapport dwar l-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika x'rapporti saru dwar l-istat tat-Triq Stella Maris, Santa Luċija u jekk kemm-il darba tul din is-sena hijiex ser tkun qiegħda ssir mill-ġdid u jekk iva meta huwa previst li tinbeda?