Tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata – oqbra ġodda – prezz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ser jiżdiedu oqbra fit-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm ser ikun il-prezz li bih ser jinbiegħu dawn l-oqbra ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata bl-estensjoni pre¿enti ser ji¿died b’2,880 qabar ġdid meta x-xogħol tal-bini tal-oqbra jkun lest kompletament. Sa issa l-kostruzzjoni ta’ 1,106 minn dawn l-oqbra huwa lest u għaddej il-proċess biex jiġi ffinalizzat il-kuntratt tagħhom, fejn ta’ uħud diġa sar.
Il-prezz ta’ dawn l-oqbra ġodda huwa ta’ €8,000 hekk kif stabbilt bl-Avvi¿ Legali 425 tal-2016 li hija Ordni tal-2016 li jemenda l-Ordni dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Ninfurmaha wkoll li hemm numru ta’ konvenji li kienu ffirmati meta l-prezz tal-oqbra kien €5,000 u li kellhom jiġu osservati peress li d-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-2016 dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ oqbra ma japplikax għalihom.
Peress li Malta poġġiet lil ċertu pajjiżi fuq green light, fosthom hemm xi pajjiżi li għandhom bżonn visa biex jidħlu, jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti hemm?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. Min huma l-esperti tiegħu?
2. Kemm qed jitħallsu? (kull wieħed minnhom) u
3. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi esperti fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 2 full time u 3 part time. Is-salarju tagħhom huwa pro-rata bejn salarju fi Skala 5 u salarju fi Skala 3.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jivverifika għaliex l-għajnuna li talab, qed ikun hemm diffikultà biex tingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka¿ qed jiġi segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-persuni li diġà ħadu l-vaċċin AstraZeneca, Moderna, Pfizer u Johnson&Johnson sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ persuni ta’ kemm huma dawk li ħadu l-ewwel doża u t-tieni doża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 21256.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min huma dawk il-persuni li sal-lum huma impjegati mal-Food Safety Agency li qed tieħu ħsieb timmaniġġja l-Pitkalija?
b. X’inhi r-responsabbiltà ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u uffiċjali ta’ din l-Aġenzija?
c. X’inhi l-paga jew salarju li dawn kollha individwalment għandhom? u
d. Minn fejn huma, bħala belt jew raħal li fih jgħixu, dawk kollha li jaħdmu f’din l-Aġenżija?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21348 u jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Vjaġġi ta' Trasport ta' Ikel u Xorb minn Malta għal-Libja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21349 u jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-parametri tar-riżorsi tagħha, Malta hi dejjem lesta li tgħin kull fejn ikun hemm sfidi umanitarji, mhux l-inqas fil-pajjiżi ġirien tagħna. Iċ-ċirkostanzi jvarjaw f’kull każ.
Vjaġġi ta' Trasport ta' Ikel u Xorb minn Malta għal-Libja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21350 u jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi ma kienx involut f’ tali għajnuna umanitarja. Għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket – ġbir ta’ taxxa minn individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket fis-snin 2018, 2019 u 2020 rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tneħħija ta’ dawn l-inġenji ma taqax taħt ir responsabilità tal-Ministeru. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.