Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Marsaskala – art mgħoddija lill-Klabb tal-Waterpolo

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (baħar) u/jew proprjetà pubblika li ġiet mgħoddija lill-klabb tal-waterpolo ta’ Marsaskala fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala fiż-żona indikata bl-aħmar fid-dokument anness?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Marsaskala – art mgħoddija lill-Klabb tal-Waterpolo

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (baħar) u/jew proprjetà pubblika li ġiet mgħoddija lill-klabb tal-waterpolo ta’ Marsaskala fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala fiż-żona indikata bl-aħmar fid-dokument anness?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Marsaskala – art mgħoddija lill-Klabb tal-Waterpolo

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (baħar) u/jew proprjetà pubblika li ġiet mgħoddija lill-klabb tal-waterpolo ta’ Marsaskala fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala fiż-żona indikata bl-aħmar fid-dokument anness?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Santa Luċija – art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis – ġnien pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis f’Santa Luċija Malta, li kienet indikata għal ġnien pubbliku, huwiex ser isir tul din l-leġiżlatura u jistax jindika x'passi ttieħdu u jekk il-Kunsill Lokali ġiex konsultat dwar dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li f’danl-istadju l-Ministeru tiegħi m’għandux pjanijiet għal din is-sit.

Santa Luċija – art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis – ġnien pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis f’Santa Luċija Malta, li kienet indikata għal ġnien pubbliku, huwiex ser isir tul din l-leġiżlatura u jistax jindika x'passi ttieħdu u jekk il-Kunsill Lokali ġiex konsultat dwar dan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija illi l-art in kwistjoni tappartjeni parti lill-privat u parti lill-gvern. Il-Kunsill ma applikax sabiex l-art pubblika tiġi devoluta lilu.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser tkun qed tindirizza din il-kwistjoni għan-nom tal-Kunsilli Lokali kollha. Ninsab ukoll infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li ser ikun qed jipparteċipa f’din l-inizzjattiva.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Ministeru lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Ministeru lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid u l-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jgħixu ġo djar jew faċilitajiet dedikati lil dawn il-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 181 persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jgħixu ġo djar jew faċilitajiet oħra fil-komunita’, kif ukoll 210 fl-isptar Monte Carmeli.

Persuni li għandhom problema ta’ obeżità jew eating disorder — residenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm jgħixu persuni ġo residenzi ddedikati għall-persuni li għandhom problema ta’ obeżità jew eating disorder ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 7 residenti f’Dar Kenn Għal Saħħtek li għandhom problema ta’ obeżità jew eating disorder.

Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi – permessi relatati fiż-żona Tas-Simenta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha relatati, maħruġa mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej bħalissa fiż-żona magħrufa bħala Tas-Simenta f’San Pawl il-Baħar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward taż-żona msemmija, nħareġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – korrispondenza dwar ix-xogħlijiet fuq iż-żona Tas-Simenta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza (inkluż minuti tal-laqgħat) li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar kellu dwar xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fiż-żona magħrufa bħala tas-Simenta f’San Pawl il-Baħar? Minuti mhux biss tal-laqgħat tal-Kunsill iżda wkoll ta’ laqgħat oħra li setgħu saru ma’ entitajiet governattivi jew ma’ ministeri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda laqgħa formali ma saret bejn il-Kunsill u xi entitá governattiva dwar is-suġġett imsemmi. Is-sezzjoni mill-minuti tal-laqgha tal-Kunsill numru tletin (30) li jagħmlu referenza għas-suggett imsemmi tgħid hekk: Minuti Laqgha 30 – 13/05/2021 : Item 30.5 - Tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Kunsilliera Mistoqsija: “Meta se ssir il-laqgħa mal-perit risponsabbli mix-xogħolijiet tas-Simenta?” Risposta: “Irid jiġi ċċarat, li għalkemm il-kunsill ġie nfurmat dwar ix-xogħolijiet li għaddejjin, il-manteniment taż-żona ma jaqax taħt ir-risponsabilita tal-kunsill imma ta’ TM.” Għal aktar tagħrif nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

San Pawl il-Baħar – Żona tas-Simenta — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fiż-żona magħrufa Tas-Simenta f’San Pawl il-Baħar hux qed isiru minn Infrastruttura Malta u jekk iva jista’ allura l-Ministru jgħid ma’ min saru laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar dawn ix-xogħlijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija saru min Transport Malta u mhux min Infrustructure Malta. Dawn ix-xogħlijiet saru b’ emerġenza, minħabba periklu fl- istruttura eżistenti.

Pitkalija – riforma — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’riforma li l-Gvern għamel fil-Pitkalija: a. Min huma dawk li llum qed jissejħu Pitkala? b. Min huma dawk li llum qed jissejħu aġenti? c. Kemm hi l-commission li qed titħallas lill-Pitkali? d. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas lill-aġenti? u e. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas mill-bdiewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma baqax Pitkala joperaw mill-Pitkalija. L-Aġenti li qed issir referenza għalihom huma 7 u li dawn ġew magħżula wara sejħa Pubblika. Dawn qiegħdin joffru is-servizz ta’ Sales and Marketing Agent b’kuntratt mal-Malta Food Agency. Il-commission li qed titħallas lill-aġenti hija ta’ 7%, filwaqt dik imħallsa mill-bdiewa hija ta’ 8%. Barra min hekk ir-riforma ma tikkonsistix biss fit-tibdil tal-operat, imma fl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ traċċabilta` tal-prodott li jinbiegħ mill-pitkalija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dejjem ta l-attenzjoni meħtieġa sabiex il-binjiet tiegħu ikunu miżmuma fl-aħjar mod possibbli anke f’dak li huwa l-ambjent tal-binjiet. Fost il-manutenzjoni kontinwa li ssir, matul is-snin 2013/2014 tqiegħdu 6 siġriet taż-żebbuġ fil-bitħa ta’ Palazzo Parisio. Dawn saru wara li ġie innutat li s-siġar taċ-ċitru li kien hemm kienu qed jimirdu u kellhom bżonn jiġu kkurat l-Għammieri. Fl-2016 inxtraw 74 pjanta li tqassmu f’postijiet differenti tal-Ministeru fosthom fl-entratura sabiex isebbħu l-ambjent tal-binja. Fl-2018 inxtraw 11-il pjanta sabiex jissebbħu sezzjonijiet tal-Ministeru fosthom f’waiting room li tilqa’ lill-pubbliku. Mill-2012 sal-2018 l- Farm tal-Għammieri kien jibgħat numru ta’ Ponsjetta fil-Milied sabiex jintużaw bħala dekorazzjoni għall-istaġun tal-Milied. Dan ma baqax isir fis-snin ta’ wara minħabba li l-Għammieri ma baqax jissupplixxi dawn il-pjanti. Xitel u pjanti jinbidlu regolarment, sallum, minn ELC skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.