Legislature:
Category:
Reset
Active:

Jobsplus – ġlieda kontra l-prekarjat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18542 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet il-Jobsplus biex tiġġieled il-prekarjat fl-2020?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20070.

Ħaddiema jaħdmu fil-prekarjat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18544 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema nstabu jaħdmu fil-prekarjat fl-2020? X’passi ttieħdu?

Response (ABELA, CARMELO)

It-termini ta’ xogħol prekarju huwa termini li jintuża biex jiġu deskritti impjiegi atipiċi li jkollom paga baxxa, xogħol mhux sikur u mhux prottet, u fejn normalment il-ħaddiema ma jkunux f’unjin. L-Organizzazjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) u l-Eurofound jiddeskrivu xogħol prekarju bħala xogħol li jkollu paga baxxa, b’nuqqas ta protezzjoni għar-rigward ta’ tkeċċija , nuqqas ta’ aċċess għal protezzjoni soċjali u benefiċċju soċjali u b’nuqqa ta’ possibilità li l-ħaddiema jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li tagħtihom il-liġi fuq il-post tax-xogħol. Bħala parti mil-miżuri biex jindirizza il-prekarjat, id-Dipartiment iniedi investigazzjonijiet speċjalment f’setturi fejn il-probabilta ta’ xogħol prekarju huwa akbar bħal fis-settur tal-kostruzzjoni, ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi, ħaddiema domestiċi, ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tad-dgħajjes għat-traġġiet tat-turisti u ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel.

Delivery Platforms – kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18546 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Jobsplus jirriżultalhiex abbużi fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema barranin impjegati fid-delivery platforms? Jekk iva. jistax jindika kemm huwa stmat li hemm każi ta’ tali abbużi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-kumpaniji li jaħdmu permezz ta’ delivery platforms preżentement qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi. Għaldaqstant id-Dipartiment mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #21025 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16888 u jgħid liema toroq f'Għawdex saru matul is-sena 2020 mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid f'kull każ it-tul tat-triq li saret bit-tarmak u f'kull każ jekk inbidlux is-servizzi kollha qabel saret it-triq bit-tarmak u jekk sarux culverts għall-ilma tax-xita kif ukoll culverts minn fejn jgħaddu s-servizzi kollha fl-istess toroq? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża fuq kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bħal ma jaf hu stess, matul is-sena 2020 saru numru rekord ta’ toroq f’Għawdex. Għalhekk, nitlob lill-istess Interpellant jispeċifika għall-liema toroq qed jirreferi.
Leg 13 PQ #21026 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Il-Qortin – Osservatorju Astronomiku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16889 li ngħatat fit-2 ta' Novembru 2019, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar ix-xogħol fuq Osservatorju Astronomiku fil-Qortin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' dan l-Osservatorju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda bini ġdid involut għaliex dan hu Osservatorju li jinħadem fi struttura waħda u li mbagħad titpoġġa fuq il-bejt tal-kmamar eżistenti li hemm fil-Qortin T’Isopu. L-istruttura tal-Osservatorju bħalissa qed tinħadem mill-kumpanija li rebħet is-sejħa għall-offerti.
Leg 13 PQ #21027 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Blue Lagoon – rinovar tat-Till

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ir-rinovar (upgrading) tat-'Till' ġewwa l-Blue Lagoon li matul is-sena 2019 kien anke saħansitra ngħatat direct order għal konsulenza professjonali għalih?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #21028 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17156 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu u l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Bini tal-Qorti ġdida ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir? Fejn ser isir dan il-Qorti ġdid u meta hu mistenni jibda x-xogħol? Sadanittant x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jassigura li l-Qorti fiċ-Ċittadella jkun aċċessibbli għal kulħadd?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija fuq il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsia tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Amministrazzjoni tal-Qorti ta’ Għawdex tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tnaqqas mill-problemi tan-nuqqas ta’ aċċessibilita’ b’mod immedjat, bħal per eżempju jintbagħtu deputati reġistraturi jagħtu l-ġuramenti, kif ukoll jinstemgħu xhieda u jsiru seduti barra mill-bini tal-Qorti kemm mill-Maġistrati kif ukoll mill-Assistent Ġudizzjarju.

Ħal Far – Ċentru ta’ Distribuzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17323 u taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett li kien tħabbar f’Marzu 2017 li kien jikkonsisti minn Ċentru ta’ Distribuzzjoni ġewwa Ħal Far minn kumpanija ta’ supermarkets internazzjonali? Tista’ tikkonferma jekk dan il-proġett hux ser isir jew le u jekk iva meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan l-imsemmi proġett u kemm hu ppjanat li jħaddem nies?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett indikat mhux ħa jiġi mplimentat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19759 u jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19760 u jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment m’hemm ebda persuna li tinsab fi kwarantina.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19763 u jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għas-Saħħa- karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15247 u jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, fid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru għas-Saħħa hemm 30 karozza fuq kuntratt ta’ leasing, 20 mikrija u 54 mixtrija. Dawn jinkludu ukoll n-numru ta’ ambulanzi li jagħtu servizz lill-pazjenti tagħna mill-isptarijiet.

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21203 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlas lill-persuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 14841 u jinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tiegħu jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu jista’ jagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma inghatat l-ebda hlas mill-budget tal-Ministeru tieghu jew min xi entita li taqa tahtu.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entita` li bħas-snin passati tirċieva għajnuna biex parzjalment issostni n-nefqa minħabba l-obbligi pubbliċi tagħha, hija l-Public Broadcasting Services (PBS). Dan isir wara li jsiru l-verifiċi meħtieġa mall-SAMB.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-ebda entità ma rċeviet state aid.