Legislature:
Category:
Reset
Active:

Libreriji Pubbliċi -kotba mixtrija bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bit-Tedesk

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba miktuba bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bit-Tedesk għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021 u jista’ jindika kemm ġew mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta' Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nxtraw tmien kotba miktuba bit-Taljan i¿da ma nxtrawx kotba miktuba bil-Franċi¿, bl-Ispanjol u bit-Tedesk għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021. Dawn il-kotba miktuba bit-Taljan ma ġewx mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta’ Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid.

Libreriji Pubbliċi – xiri ta’ kotba bil-Latin u Grieg

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba bil-Latin u l-Grieg għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma nxtrawx kotba bil-Latin u l-Grieg għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021.

Ipoġew ta’ Ħal Saflieni — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni fis-sena 2020 kien hemm tlettax-il elf, seba mija sebgħa u ħamsin vi¿itatur, €261,651 dħul u €152,318 spejje¿. Fis-sena 2021 kien hemm sittax-il elf, disa’ mija tlieta u tmenin vi¿itatur, €483,043 dħul u €115,096 spejje¿.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien fis-sena 2020 kien hemm tnax-il elf, seba’ mija erbgħa u sittin vi¿itatur, €62,226.57 dħul u €78,326 spejje¿. Fis-sena 2021 kien hemm għoxrin elf, disa’ mija u erbgħin vi¿itatur, €79,645 dħul u €57,138 spejje¿.

Birgu – Palazz tal-Inkwiżitur — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Palazz tal-Inkwi¿itur fis-sena 2020 kien hemm sebgħat elef, sebgħa u ħamsin viżitatur, €28,877 dħul u €110,553 spejjeż. Fis-sena 2021 kien hemm erbatax-il elf, seba’ mija sitta u sebgħin viżitatur, €49,658 dħul u €123,471 spejjeż.

MCCAA – Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) — rikors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat kontra d-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 14 tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li ma ġie ppreżentat l-ebda rikors maħluf kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ai termini tal-artiklu 14 tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tagħha matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 23910.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħataw l-ebda direct orders fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul Jannar 2022 ma ingħatawx direct orders mill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista' id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm s’issa kien hemm tfal sal-età ta’ 11-il sena li ħadu t-tilqima kontra l-COVID-19? X’perċentwali jirrappreżenta dan in-numru meta mqabbel man-numru ta’ tfal ta’ dik l-età li għandna f’Malta u f’Għawdex u li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin? X’tip ta’ informazzjoni qed tingħata lill-ġenituri ta’ tfal f’dan l-age group biex jiġu nkoraġġiti jagħtu t-tilqima lil uliedhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajjiżna sal-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena, ngħataw 19,997 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 6,881 ħadu it-tieni doża. Ninfurmaha ukoll illi biex il-ġenituri jiġu nkoraġġiti jagħtu t-tilqima lil uliedhom, l-informazzjoni qed tingħata kemm mis-social media, fuq il-website, gazzetti, webbanners kif ukoll permezz tal-billboards.

Naxxar – Skola Primarja – Preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku

Question

Billi waslitli informazzjoni u ilmenti li fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola mhux qed ikun hemm dejjem il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrallaw it-traffiku, jista’ l-Ministru jassigura li jkun hemm preżenza ta’ pulizija jew uffiċjali biex jiġu evitati inċidenti li jista’ jkollhom konsegwenzi koroh? Kif qed jiġi assigurat li fiż-żoni tal-iskejjel madwar Malta ma jinħolqux inċidenti, b’mod partikolari fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-akkwati tal-iskola Primarja msemmija jiġu mgħassa mill-Pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti lejn u mill-iskola waqt il-ħinijiet rispettivi. Meta l-Ministeru jiġi infurmat mill-iskola u/jew ġenituri dwar nuqqas f’dan ir-rigward, il-Ministeru jiġbed l-attenzjoni tal-Awtoritajiet konċernati sabiex dan in-nuqqas jiġi indirizzat minnufih.

Bdiewa reġistrati bħala full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa reġistrati bħala full-time u part-time, separatament għal kull lokalità li fiha hemm bdiewa reġistrati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Żebbiegħ – latrina pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li l-public convenience li skont l-informazzjoni li għandi nbniet bħala parti mix-xogħol tat-tqegħid ta’ cable fiż-Żebbiegħ, għadha ma nfetħitx minkejja li ilha lesta bosta xhur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Magħtab – irwejjaħ mill-miżbla

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ monitoraġġ qed isir dwar l-irwejjaħ li ġejjin min-naħa tal-Magħtab? Kull meta qed isir dan il-monitoraġġ? X’irriżulta mill-monitoraġġ li qed isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) twettaq spezzjonijiet regolari fl-impjanti ta’ l-immaniġjar tal-iskart li jinstabu l-Magħtab sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet kollha tal-permess ambjentali, li jinkludu ukoll uħud li jirrigwardjaw mitigazzjoni ta’ rwejjaħ li jistgħu jkunu ikkaw¿at mill-operat tal-landfill, ikunu qegħdin jiġu osservati. Il-frekwenza tal-moniteraġġ fuq din it-tip ta’ siti huwa bbażat fuq sistema li tikkunsidra r-riskju ambjentali. Fis-sena 2021 saru 4 spezzjonijiet fil-landfill fejn fi tnejn minn dawn l-ispezzjonijiet, f’Awwissu u f’Novembru ta 2021, inxtammet riħa barra mill-konfini tal-impjant. Fiż-żewġ każijiet, kien hemm xi miżuri ta’ mitigazzjoni li ma kienux qed jintu¿aw fil-ħin tal-ispezzjoni u nġibdet l-attenzjoni tal-operatur biex jassigura li kull miżura meħtieġa mill-permess inkwantu ta’ mitigazzjoni ta’ rwejjaħ, għandha terġa’ tiġi applikata minnufih. Ta’ min wieħed iżid li it-titjib li qed isir diġa qed jinħass, filfatt fl-2021 u 2022 ma daħal ebda rapport għand l-ERA rigward rwejjaħ mill-impjanti tal-Magħtab. Dan għandu jissolva b’mod definittiv bl-ikbar investiment fl-istorja tal-pajjiż li b’nofs biljun ewro ser ikun qed idawwar l-iskart minn problema għar-riżorsa.

Proġett tal-Port tal-Imġarr — faċilitajiet għas-sajjieda

Question

B'referenza għall-proġett tal-Port tal-Imġarr iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea li nbeda fis-sena 2019 biex jitnaddaf, jinbidlu l-puntuni u jiżdiedu l-faċilitajiet għas-sajjieda, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett huwiex lest minn kollox u jekk le, x' fadal isir u meta se jsir? Jista’ l-Ministru jgħid kif se jitqassmu l-madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes tas-sajjieda, u min se jkun preferut l-ewwel bejn MFA, MFB jew xi MFC u MFD? Jista’ jgħid ukoll sena b'sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien hemm fuq il- waiting list tal-Awtorità mill-uffiċċju tal-Imġarr biex ikollom irmiġġ ġdid u kemm minnhom huma MFA, MFB MFC jew MFD?

Response (BORG, IAN)

Dan l-investiment ta’ €6 miljun b’fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed jiġi finalizzat bl-aħħar irqaqat, kien jinkludi t-tħammil ta’ parti minn qiegħ il-baħar fil-port tal-Imġarr li għal snin twal tħalliet timtela b’ħama u materjal ieħor, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-mollijiet fil-Menqa tal-Port, l-inħawi li jużaw is-sajjieda. Infrastructure Malta nstallat erba’ puntuni ġodda u faċilitajiet oħrajn għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port. B’organizzazzjoni aħjar tal-puntuni ġodda se jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sigur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom. Il-postijiet godda ghall-irmigg tad-dghajjes tas-sajd gewwa l-Port tal-Imgarr ser jitqassmu skond l-applikazzjonijiet sottomessi u milqugha mill-Awtorita’ tat-Trasport. L-ewwel preferenza ser tingħata lid-dgħajjes reġistrati MFA, it-tieni għal dawk reġistrati MFB u t-tielet ghal dawk reġistrati MFC u MFD. L Awtorita’ għandha rekords u data tal-applikazzjonijiet u waiting list sa mill-2014 kif ġej: MFA - 2014: 1; 2015: 2; 2016: 5; 2017: 0; 2018: 2; 2019: 10; 2020: 4; 2021: 1 MFB - 2014: 3; 2015: 13; 2016: 7; 2017: 5; 2018: 5; 2019: 17; 2020: 6; 2021: 4 MFC - 2014: 6; 2015: 28; 2016: 5; 2017: 6; 2018: 5; 2019: 45; 2020: 11; 2021: 17 MFD- L-ebda applikazzjoni
Leg 13 PQ #23610 Sitting 542 2022-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — titjib fil-kwalità tal-arja fir-Rabat, fix-Xagħra, f’Għajnsielem u fil-Qala

Question

Peress li suppost Eko Għawdex jindirizza l-kwalità tal-arja u peress li f'toroq fir-Rabat, fix-Xagħra, f’Għajnsielem u fil-Qala Għawdex, fost l-oħrajn, ir-residenti jilmentaw minħabba arja mniġġsa li qed tikkawża ħafna ħsara lis-saħħa tal-bniedem, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern, biex titjieb il-kwalità tal-arja f'dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat

Landfill tal-Qortin — Gas Treatment Plant - manutenzjoni u investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' manutenzjoni u investiment sar, minn min sar u kemm ġie jiswa sena b' sena mis-sena 2015 sal-lum fuq il-Gas Treatment Plant li hemm fil-Landfill tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex? Jista’ jgħid jekk f' dawn l-aħħar sitt snin sarx xi tip ta monitoraġġ fuq din il-landfill, u jekk iva, fiex kien jikkonsisti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Jien infurmat li pre¿entament hemm żewġ offerti fuq is-suq. Dawn huma it- Tender For The Supply, Delivery, Installation, And Commissioning Of A New Below-Ground 5,000 Ltr Lpg Storage Tank In The Qortin Landfill Gas Treatment Plant, Gozo u t-Tender For The Supply, Installation And Commissioning Of A Low Calorific Gas High Temperature Flare And Ancillaries At Qortin, Xagħra For Wasteserv Malta. Il-valur ta’ dan l-investiment huwa ta’ madwar €75,000. F’każ ta’ manutenzjoni ġenerali kemm tal-miżbla kif ukoll tal-impjant tal-gass isir internament u jinkludi l-manutenzjoni ta' pompi, bjar tal-gass, veġetazzjoni, ħitan tal-konfini tal-impjant u t-trasport tal-kondensat, kif ukoll manutenzjoni tal- flare. Fir-rigward ta’ monitoraġġ tal-gas dan isir perjodikament meta jkun hemm bżonn li tinxtegħel il-flare peress li l-ġenerazzjoni tal-gass hija baxxa ħafna. Dan il-monitoraġġ jinkludi l-qari bażiku tal-bijogass għal-Carbon Dioxide, il-ġenerazzjoni tal-Methane, il-kontenut tal-Ossiġenu, u l-konsum tal-LPG u l-gass kollhu jigi trattat minn gol- flare .

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — tenders li ħarġu reċentement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu t-tenders li hawn hawn taħt, li ħarġu reċentement mill-Ministeru tiegħu, u għalfejn inħasset il-ħtieġa li jinħarġu issa: a) Tender For The Supply, Delivery, Installation, And Commissioning Of A New Below-Ground 5,000 Ltr Lpg Storage Tank In The Qortin Landfill Gas Treatment Plant, Gozo ID:SPD8/2021/155 b) Tender For The Supply, Installation And Commissioning Of A Low Calorific Gas High Temperature Flare And Ancillaries At Qortin, Xaghra For Wasteserv Malta ID:SPD8/2021/161?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema attwali tal-gas qegħda mibnija fuq l-art. Proviżjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà jirrikedu li tali sistema ikolla reċint ta’ 15 metru madwara. Bħala parti mill-isforz tal-WasteServ li tagħmel iż-żona tal-Qortin aċċessibbli b’mod assolut il-WasterSev għamlet l-istudji meħtieġa sabiex jaġġornaw din is-sistema. Riżultat ta’ dan iż-żewġ tankijiet tal-LPG li jinsabu fuq l-art ser jiġu mibdula b’tank i¿għar taħt l-art. Fl-istess ħin, se jiġi mibdul l-apparat li jaħraq il-gas li jiġi pproduċut mill-miżbla sabiex dan ikun jista’ jinħaraq b’mod kontinwu. Dawn iż-żewġ tenders li ħarġu reċentement huma marbutin ma’ dan ix-xogħol li flimkien mar-riġenerazzjoni u tħadir tal-miżbla tal-Qortin ser ikunu qed iwasslu għal- kwalità ta’ ħajja aħjar għal- Għawdxin u l-eluf ta’ nies li jżuru Għawdex.