Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21552 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema 9 – pakkett tal-ikel lil studenti

Question

Tista’ l-Ministru tindika min huma dawk l-istudenti li jistgħu japplikaw sabiex jibdew jirċievu pakkett tal-ikel skont l-Iskema 9? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri tagħhom biex dawn l-istudenti jibdew jirċievu dan is-servizz mingħajr ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li huma eliġibbli għal Skema 9 m'għandhomx għalfejn japplikaw għax dawn jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Sptarijiet — Staff complement ta’ nurses u tobba

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-istaff complement ta’ nurses u tobba li jaħdmu ġewwa l-isptarijiet u kemm minnhom huma barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-qasam tas-Saħħa hemm 3,708 infermiera li minnhom 500 huma barranin u 1541 tobba li minnhom 126 huma barranin.

Food Delivery Platform

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-paga medja ta’ impjegat ta’ food delivery platform bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mall-operaturi kollha fis-settur u l-informazzjoni mitluba tingħata aktar ‘il quddiem.

Food couriers Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18549 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20151.

Food Couriers Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18550 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ma jieħdux vacation u sick leave u bonus tal-Gvern minn min iħaddimhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20151.

Tilwim industrijali reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata u minn min, għal kull sena, mill-2013 sal-lum sena b’sena? Jista’ jgħid kull tilwima meta ngħalqet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li meta tinqala tilwima industrijali, id-Dipartiment jintervjeni billi jsejjaħ laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-partijiet bil-għan li tinsab soluzzjoni sodisfaċenti, kemm għall-intrapri¿a partikolari kif ukoll għall-union involuta. Numru ta’ Laqgħat ta’ Konċilazzjoni li fihom daħal id-DIER: 2013 – 57 2014 – 37 2015 – 37 Jannar 2016 – Mejju 2017 – 50 Ġunju 2017 – Diċembru 2017 – 8 2018 – 35 2019 – 40 2020 – 64 2021 (April) - 14

Temporary Aġencies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18554 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta’ temporary agencies liċenzjati f’Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li ir-Regolamenti tal-2010, temporary agencies m’hemmx obbligu ta’ reġistrazzjoni.

Temporary Agencies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18553 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li Jobsplus hija konxja li skont kif joħroġ mit-Temporary Agency Workers Regulations huwa illegali li temporary agency titlob ħlas mill-paga dovuta lil temporary agency worker

Response (ABELA, CARMELO)

Skont l-artiklu numru 7 (1) u 7 (2) fit- Temporary Agency Workers Regulations l-ebda ħlas m’ għandu jiġi mitlub jew mnaqqas mill-paga. Saħanistra jekk isir nuqqas mill-paga ikun hemm kontravenzjoni. Jekk isseħħ ċirkostanza hekk, id-Dipartiment għandu l-abbiltà sabiex jinvestiga iktar il-ka¿ijiet kemm fuq ba¿i anonima u kemm fuq ba¿i personali fuq livell individwali.
Leg 13 PQ #21031 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq l-Imġarr – Project leader għall-proġett ta’ rikostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad tal-individwu) tal-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Mġarr fin-Nadur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Project Leader tal-proġett huwa uffiċċjal tal-Ministeru għall-Għawdex.
Leg 13 PQ #21032 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18380 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #21033 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xiri tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18698 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ it-tender biex jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-iskop?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex jagħmel riferenza għar-risposta li kienet ngħatat għal Mistoqsija Parlamantari numru 19150.
Leg 13 PQ #21034 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex – Traineeship Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex? Jista jgħid kemm hemm ippjanati li jidħlu msieħba fit-Traineeship Scheme fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 20528.

Marsalforn – It-Torri tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi rigward it-Torri tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Jista’ l-Ministru jgħid x'qed tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet biex issalva dan is-sit storiku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba provduta f’PQ 17183, dwar l-istess suġġett.
Leg 13 PQ #21112 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Services Gozo Directorate — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għas-'Services Gozo Directorate' taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett u inizjattiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Wage Supplements – payment notices

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15214 u jgħid għaliex il-payment notices tal-wage supplements fir-rigward tal-COVID-19 ma ħarġux b’mod elettroniku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15259 u jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm total ta erbghin (40) karozza mikrija ghal perjodu bejn 2009 u 2021, u hemm ukoll tlieta u erbghin (43) karozza mixtrija fil-perjodu bejn 2006 u 2021, li jintu¿aw mill- Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu.

Ministeru għall-Ekonmija u l-Industrija – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17243 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18279 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.