Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma jiżrax siġar jew pjanti ħlief għal skopijiet ta’ riċerka jew xi skemi partikolari. Ta’ min wieħed iżid ukoll li fil-mixtla ta’ San Vinċenz ikun hemm biss minn żmien għal żmien siġar għal bejgħ.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tagħha u l-entitajiet ta’ taħtha, mill-2008 sal-lum?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox inżergħu 1,538 siġar/pjanti mill-2008 sal-lum. Qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-entità, n-numru ta siġar/pjanti u f’liema sena nżergħu.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nżergħu 89 siġra fill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox inżergħu 421 siġar/pjanti mill-2008 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza ministerjali hija tal-għamla Mercedes u il-mudell huwa ta’ Benz E 220D. Il-karozza konċernata qed tiġi mikrija għall-prezz ta’ € 28.44 (VAT eskluż) kull ġurnata.
Leg 13 PQ #21514 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza li tintuża minni hija BMW 520D. Din il-karozza hija mikrija b’rata ta’ €27.09 (VAT eskluż) kuljum.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Entita’/Dipartiment Għamla tal-Karozza In-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Karozza Jekk Mikrija, niżżel l-isem tal-kumpanija mingħand min qed tinkera l-karozza Prezz tal-kera kull ġurnata Ministeru Segretarjat (Karozza Ministerjali) Mercedez Benz PQZ479 (GM12) MSG Car Hire €32,20 VAT eskluż

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tal-karozza ministerjali huwa BMW 530E iPerformance li hija mikrija b’€ 34,94 kuljum (VAT eskluża).

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza Ministerjali tat-tip Alfa Romeo Giulia tinkera għal €29.10 (VAT eskluża) kull ġurnata.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MAFA għandha karozza Ministerjali waħda mikrija li hi tad-ditta Mercedes E-Class u tinkera €27.50 excl.VAT kuljum.
Leg 13 PQ #21529 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ċena Gala — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fit-13 ta' Settembru 2019 ingħatat direct order MF 100/19/9 fl-ammont ta' €42,250 barra l-V.A.T. għall-organizzazzjoni ta' ċena gala fl-okkażjoni tad-Dinja Mondjali tat-Turiżmu mentri fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14230 u 14880, intqal li din iċ-ċena swiet € 36,152.37 barra l-V.A.T., liema ammont kien jinkludi ħlasijiet oħra lil terzi minbarra l-persuna li ngħatat id-direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur indikat ta’ €42,250 (VAT eskluż) huwa l-ammont massumu tal-kuntratt, filwaqt li l-ammont €36,152.37 (VAT eskluż) huwa l-ammont finali mħallas. Dan il-ħlas kien jiddependi minn numru ta’ nies li attendew.
Leg 13 PQ #21530 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dar ta’ San Ġużepp — kirja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li d-Dar ta' San Ġużepp inkriet bil-kera ta' €60,000 fis-sena għal 30 u dan kif kien ħabbar il-predeċessur tiegħu l-Ministru Anton Refalo fis-17 ta' Diċembru 2013 (https://www.tvm.com.mt/mt/news/dar-san-guzepp-fghawdex-se-ssir-residenza-ghall-anzjani/ ) ? Jista' jgħid jekk hemmx żidiet fil-kera matul it-terminu tal-kirja? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ingħatat fit-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 2119.

L-Imtarfa – manutenzjoni fuq binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir manutenzjoni fuq il-binjiet fl-Imtarfa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ Binja Qlejja u Binja Santa Luċija hemm talbiet simili għal dawk li saru fir-rigward ta’ Binja Buqana fl-istess lokalità. Wieħed għandu jinnota pero li f’Binja Buqana kien ġie kkummissjonat studju li twettaq minn ditta internazzjonali tal-inġinerija fejn instab li kien intuża konkrit ta’ saħħa inferjuri bil-konsegwenza li 80 familja kienu fi stat ta’ periklu minħabba dan id-difett strutturali grossolan fil-proġett. B’differenza għas-sitwazzjoni f’Binja Buqana, il-problema f’dawn il-binjiet ( ossia Binja Qlejja u Binja Santa Luċija) tista’ tissolva b’manutenzjoni u mhux b’tiswija strutturali. Il-Gvern m’għandu l-ebda obbligu legali li jagħmel dawn ix-xogħlijiet hu peress li dawn id-djar illum huma privati u l-Gvern m’għad għandu l-ebda titlu fuqhom. Fil-każ ta’ Binja Buqana, il-Gvern iddeċieda li jintervjeni biss mingħajr preġudizzju. U dan minħabba l-periklu serju u l-fatt li r-residenti ma setgħux finanzjarjament iġorru din l-ispiża waħedhom. L-ispiża ta’ €3 miljuni li kellu jaffaċja dan il-Gvern hu ċertifikat ieħor tal-inkompetenza u n-negliġenza fil-proġetti kapitali u infrastrutturali mibnija taħt l-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Ġnien il-Mediterran u jista’ jgħid jekk intlaħaqx ftehim dwar kif ser ikun hemm għajnuna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi żżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex tara kif tkun tista' tgħin u tassisti fosthom b’ diskussjonijiet biex l-Aġenzija tkun tista' trodd xi ħaġa lill-komunità.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm sabiex Ġnien Lorry Sant f'Raħal Ġdid jibda l-proċess biex jinżamm aħjar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li l-Kunsill kien qed jaħdem fuq pjanti għax-xogħol li hemm ħtieġa li jsir fi Ġnien Lorry Sant. Issa li dawn lesti qed isir xogħol dwar il-finanzjament ta' dan l-istess proġett sabiex ikun jista isir xogħol fuqu fix-xhur li ġejjin.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran — għajnuna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'għajnuna se tingħata mill-Ministeru sabiex Ġnien il-Mediterran Raħal Ġdid jinżamm aħjar u jingħata d-dinjità li ħaqqu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat, ngħarrfu ukoll illi l-masġar ta’ tifkira għall-vittmi tal-Covid 19 ser isir fil-ġnien imsemmi minnu.

Raħal Ġdid – sistema ta’ drip irrigation fil-Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub sabiex jassisti l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex ikun hemm sistema aqwa ta' drip irrigation f'Ġnien il-Mediterran u jista’ jiġi mfassal parir ta’ dak li huwa l-aħjar mod ta’ kif jinżamm?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Incredible Years Programme – korsijiet għat-trobbija pożittiva

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew organizzati korsijiet ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dawn l-aħħar 3 snin ġew organizzati 11 - il kors ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme.

Manuals lill-ġenituri għat-trobbija ta’ uliedhom

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21094, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manuals li jingħataw lill-ġenituri sabiex ikollhom iktar għodod biex jgħinuhom fit-trobbija ta’ uliedhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

It-Tielet Distrett – familji vulnerabbli — assessjar

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jindika kemm sar assessjar ta’ familji vulnerabbli li joqogħdu fit-Tielet Distrett? X’għandhom jagħmlu dawk il-familji li jixtiequ l-għajnuna u li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif ġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 21329, l-għadd ta’ familji li ġew assessjati huwa ta’ 132. Kif diġa’ weġibt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 21328, min joqgħod f’ dawn il-lokalitajiet jista’ jirrikori: 1. M’Scala Area Office, Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256 jew 2. HBTS South Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura Numri tat-Telefon: 2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884