Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-entitajiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma taw l-ebda ħlas u ma ntalbux jagħtu xi ħlas għal ebda servizz mid-ditta li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant, li mill-2013 sal-lum l-ebda ħlas jew talba ta' ħlas ma gie mitlub , lil xi entita fi ħdanu, mid-ditta msemmija.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ħallset lid-ditta indikata għal kwalunkwe servizzi mill-2013 lil hawn.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ħlas lil ditta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entita mill-Ministeru tiegħi li ħallset jew ġiet mitluba tħallas għal xi servizzi mid-ditta msemmija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infrumat li ma sar l-ebda ħlas lid-ditta li tirreferi għaliha din il- mistoqsija mis-sena 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ebda entità ma ħallset lid-ditta msemmija jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema self-employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu li huma self-employed? Jista’ jgħid ukoll fejn jaħdmu bħala post tax-xogħol, jista' jgħid kull wieħed u waħda x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ħaddiema li huma ingaġġati bħala self-employed, għajr dawk li joffru servizzi regolari jew kultant żmien fost il-ħtiġijiet li jkun hemm fil-ħidma tal-Ministeru.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20006 u jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20616 u jinforma l-Kamra b'informazzjoni ta’ kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, jekk humiex impjegati full-time, part-time jew b'mod ieħor kif ukoll indikazzjoni tat-tip ta’ xogħol li jagħmlu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġu t-tagħrif mitlub fit-tabella annessa hawn taħt;
PQ 21225 / PQ 20616 - MTIP - impjegati
Entitajiet
Numru
ta' impjegati
full-time
Numru
ta' impjegati
part-time
Numru
ta' impjegati mal-
kuntrattur
Informazzjoni Addizzjonali - indikazzjoni tat-tip ta’ xogħol li jagħmlu
(ez clerical/ management / mechanical/ electrical / architects etc)
MTIP (acc to unit/dept)
886
0
8
Administration, 'Category A', ICT, Industrial/Supervisory, Managerial, Others. Professionals, Seconded. Secretariat/POTS, Technical
Transport Malta
780
2
69
Management / Clerical & Administrative / Architects & Draughtspersons/ enforcement & Security/ Maintenance/ ERL/ RSSL/ apprenticeship & students
Infrastructure Malta
99
0
0
Messengers,
Administrative,
Technical,
Professionals (including architects, engineers and lawyers),
Managerial
Malta Strategic Partnership Projects (MSPP)
11
0
0
Executives, Managerial, Administrative, Clerical, drivers
GHRC
27
0
0
CEO, COO, FC, Project Managers, Procurement Manager; Architects; Engineers; Quantity Surveyor; Draughtsman, Clerical; Technical; Drivers
Projects Plus
34
1
Management / Clerical / Technical / Drivers / Cleaner
MATS LTD.
164
0
0
Aeronautic Information & Training , Air Traffic Controllers, Managers/Specialists, Cleaners/drivers, Technicians, Administration
Yachting Malta Ltd.
1
0
0
General Manager
BAAI
2
0
0
Chief Inspector , Administrative Officer
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — spiża ta' markting u reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8728.
Il-kumplament tal-informazzjoni tkun tista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra appena tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema Għawdxin li jaħdmu u jgħallmu f'Malta? Tista' tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-għalliema u x'suġġetti jgħallmu? Tista' tgħid kemm hemm LSEs Għawdxin jaħdmu f'Malta u tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-LSEs?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21230 - Għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta.pdf
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex mhux ser ikun lest qabel sentejn oħra? Tista' tgħid din l-estensjoni fiex tikkonsisti u x'se jiżdied permezz ta' din l-estensjoni? Tista' tgħid kemm klassijiet/lecture rooms ser jiżdiedu permezz ta' din l-estensjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Iinterpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21253.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għas-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (Brockdorff Circle) fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jgħid jekk dan huwiex miftuħ għall-pubbliku u jekk le meta hu mistenni li jinfetaħ għall-pubbliku? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar sentejn x'investiment sar min-naħa tal-Gvern jew Heritage Malta fuq dan is-sit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li f’dan l-istadju il-pjanijiet ghaċ-Ċirku tax-Xagħra f’Għawdex huma li jitkomplew l-iskavi kif ukoll l-istudju tal-fdalijiet li qed jinstabu, bħala parti minn proġett ikbar ta’ konservazzjoni u mmaniġjar tas-sit. Peress li għad hemm fdalijiet konsiderevoli li jkopru kemm għadam uman kif ukoll oġetti oħra relatati mad-dfin taż-żmien Neolitiku, l-iskavi qed jingħataw prijorita qabel tfassil ta’ xogħol ieħor.
Is-sit mhuwiex miftuħ għall-pubbliku bħalissa, kemm minnħabba kwistjoni ta’ saħħa u sigurtà, kif ukoll għax in-natura tas-sit tagħmilha diffiċli ħafna biex jifhmu dak li qed jaraw. Is-sit jinfetaħ biss b’appuntament għal dawk li jitolbu speċifikament biex izuruh. Għadu kmieni wisq sabiex wieħed jipproġetta data ta’ meta s-sit jista’ jkun miftuħ regolarment għall-pubbliku minħabba li fadal bosta xogħol xi jsir. Dan jiddependi wkoll milll-istat ta’ konservazzjoni.
Saru skavi preliminari fl-2018 u fl-2019. Ix-xogħol waqaf fl-2020 minħabba l-pandemija, iżda reġa kompla din is-sena meta l-iskavi tkomplew tul ix-xahar kollu ta’ Mejju. Huwa stmat li x-xogħol ta’ din is-sena sewa madwar €20,000. Ix-xogħol fuq il-materjal li nstab waqt din il-kampanja u l-iskavi arkeoloġiċi se jitkomplew tul is-sena skont in-neċessitá sensittiva tagħhom.
Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza – dokumenti distrutti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, f'kull Direttorat u entità li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data minn Jannar 2019 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak li għandu x’jaqsam mad-distruzzjoni ta’ dokumenti, dan il-Ministeru jagħmel dan l-eżerċizzju billi jimxi skont ir-Retention Policy rispettiva.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru? Meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi minn Jannar 2020 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema Master Plan qed jirreferi.
Awtorità tal-Artijiet – konsulenti mqabbda biex jagħtu servizz jew konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti mqabbda biex irendu servizz u/jew konsulenza lill-Awtorità tal-Artijiet mill-2016 sad-data tal-lum, għalxiex kienu hekk imqabbda, xi ħlas ingħataw, il-kopji ta’ kuntratti pertinenti u t-timesheets li ġew provduti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-età tal-vetturi privati u kummerċjali li huma liċenzjati sabiex jinstaqu fuq it-toroq Maltin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Aġenzija Infrastructure Malta — Chief Executive Officer
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impieg jew servizzi taċ-Chief Executive Officer tal-Aġenzija Infrastructure Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija għall-mistoqsija parlamentari 13186 tas-Seduta 306.
Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule – responsabilità tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ħax parir legali fir-rigward tar-responsabbilità legali li hemm fl-eżekuzzjoni tax-xogħol ħażin li sar fil-Pjazza A De Paule, Raħal Ġdid billi hemm numru ta’ persuni li rrappurtaw li sofrew dannu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Konsultattitv għan-Nofsinhar ta’ Malta, li ma tteħidx parir legali. Madankollu, ittiehdu pariri professjoniali minn żewġ periti fir-rigward tal-upgrades neċessarji.