Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – passi kontra individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu l-Korp tal-Pulizija, dwar allegati reati mwettqa mill-konsulent finanzjarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Korp tal-Pulizija jinvestiga kwalunkwe allegati reati, inkluż dawk li ingħataw separatament.
Leg 13 PQ #21661 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku – nefqa fuq l-attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew l-attivitajiet kollha fil-ġimgħa għas-servizz pubbliku għas-sena 2021, inkluż iż-żamma ta' konferenzi, il-ħlas ta' kelliema, il-ħlas għas-servizzi tekniċi, intratteniment, reklamar eċċ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-attivitajiet kollha tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku li jammontaw għal 22 avveniment swew €283,231.97. L-attivitajiet li ġew organizzati saru b’konformità sħiħa mad-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Il-preparamenti loġistiċi li saru ippermettew lid-delegati kollha biex sew jekk fiżikament preżenti, u sew jekk online, isegwu u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet mingħajr ebda xkiel. Fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku ġiet diskussa strateġija ġdida ta’ 5 snin. Il-ħlas lill-kelliema barra mis-Servizz Pubbliku li taw il-kontribut tagħhom fid-diskussjonijiet kien jinkludi preżentazzjoni fil-plenarja, tmexxija ta’ masterclasses u riċerka.
Leg 13 PQ #21662 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku – lista ta’ kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw in konnessjoni mal-ġimgħa għas-servizz pubbliku tas-sena 2021 u jgħid xi proċedura ntużat sabiex jiġu identifikati l-kuntratturi in kwistjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi sabiex intgħażlu l-kuntratturi li taw is-servizz tagħhom fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, inħarġu talbiet għal kwotazzjonijiet kif ukoll espressjoni ta’ interess. L-għażla tas-sit fejn saru l-laqgħat ta’ policies, saret b’mod dirett f’sit li seta’ jilqa’ delegati f’parametri li ngħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa. Il-lista ta’ kuntratti tinkludi l-kiri tas-sit, xiri ta’ riklamar, u servizz tekniċi.
Leg 13 PQ #21663 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Sannat/Ir-Rabat – Triq ta’ Qasam San Ġorġ — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta l-kumplament tat-triq ta' Qasam San Ġorġ li taqsam ir-raħal Ta' Sannat mir-Rabat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq ta’ Qasam San Ġorġ tinsab fil-limiti ta’ Santa Lucija. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija.
Leg 13 PQ #21664 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza Ta’ Sannat – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni u l-pavimentar tal-Pjazza Ta' Sannat u meta suppost dan il-proġett għandu jiġi konkluż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21665 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Parkeġġ ta’ Marsalforn — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex tingħata kisja ta' tarmak ġdida lill-parkeġġ ta' Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex se jibqa’ jinvesti fl-infrastruttura ġewwa il-gżira Għawdxija, bħalma qed jagħmel diġa’, b’investiment rekord fiż-żona ta’ Marsalforn.

Segretarji Permanenti – drittijiet pensjonabbli speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet pensjonabbli speċjali għandhom is-Segretarji Permanenti u liema hu l-artiklu relevanti tal-liġi li jipprovdi għal tali drittijiet speċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra d-disposizzjonijiet ġenerali tal-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kapitlu 93 tal-Liġijiet ta’ Malta) li jikkonċernaw id-drittijiet pensjonabbli ta’ uffiċjali pubbliċi, Artiklu 21 (iv) jirreferi għad-drittijiet pensjonabbli ta’ uffiċjali pubbliċi li jkunu servew għal perjodu definit, stabbilit mill-istess Ordinanza, fil-posizzjoni ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarju Permanenti, Segretarju tal-Kabinett jew Segretarju għall-Kabinett, Awditur Ġenerali, Viċi Awditur Ġenerali jew Ombudsman. Dawn id-disposizzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal uffiċjali pubbliċi li jkunu servew fil-passat f’dawn il-karigi jekk mhux diġa għandhom xi jedd taħt din l-istess Ordinanza.

Adozzjonijiet tat-tfal — pajjiżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21131 u jgħid meta se jkun hemm il-possibbilità li jiżdiedu pajjiżi mal-lista ta’ pajjiżi li fil-preżent qed joffru tfal għal adozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21624, 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21429 u 21625, jista’ l-Ministru jgħid: a. Min huma l-esperti tiegħu u jagħti l-ismijiet u l-ID numbers tagħhom: b. Kemm qed jitħallas kull wieħed jew waħda minn dawn il-persuni li huma esperti/konsulenti; u c. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Gżira u Ta’ Xbiex – pjanijiet

Question

B’referenza għall-pjanijiet li hemm mal-Kosta tal Gżira u Ta’ Xbiex, u peress li jidher li huma pilotati minn Transport Malta fost oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsens jew oġġezjoni mill- kunsilli lokali ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika billi jipprovdilna pjan tas-sit fejn jindika ż-żona u s-sit speċifiku u jgħidilna eżattament għalxiex qed jirreferi.

Arbli tad-Dawl — postijiet rurali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21612, 21406 u 21300 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21100, tista’ l-Ministru tgħid: 1. f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda, fejn qabel ma kenux installati? u 2. l-2790 arblu li twaħħlu, kemm koprew kilometri?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lighting poles jiġu nstallati skond ir-rekwiżiti neċessarji. Fir-rigward tal-kilometri koperti mil-2790 ta’ arblu nstallat, din il-figura ma tistgħax tingħata speċifikament peress li l-installazjonijiet tal-lighting poles saru f’lokalitajiet diversi. L-Enemalta dejjem tara l-possibilita li jiżdiedu l-installazzjonijiet tal-lighting poles biex b’hekk jiżdied l-ammont ta’ toroq mdawlin madwar il-pajjiż.

CGMS — proġett

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont lill-Kamra tal-proġett pilota CGMS fuq tfal bid-diabete type 1 taħt is-16-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-proġett ġie mniedi fi Frar ta’ din is-sena. 160 pazjent li jsofru bid-dijabete’ tat-Tip 1 u li għandhom inqas minn 16 il-sena irċevew l-invit sabiex ikunu jistgħu jkunu parti minn dan il-proġett pilota. Dan il-proġett ta l-faċilita’ biex jitkejjel il-livell taz-zokkor fil-ġisem mingħajr il-bżonn ta’ tingiża fis-swaba. Il-benefiċċju hu li l-livell taz-zokkor jkun mmoniterjat għal-24 siegħa, seba’ tijiem fil-ġimgħa. Bil-kunsens tal-partijiet ikkonċernati, din l-informazzjoni għaddiet lit-tim Mediku li jieħu ħsieb lil dawn il-pazjenti. Permezz tal-proġett stajna naraw meta l-livell taz-zokkor ħareġ barra n-normal, kemm waqt il-ħin ta’ l-iskola, waqt l-attivita fiżika kif ukoll waqt l-irqad. Inħarġu rapporti tal-livel taz-zokkor u dan għen lit-tobba kuranti. Fil-fatt kien hemm titjib sinifikanti fil-livell taz-zokkor (HBA1C) kif ukoll ingħata l-benefiċċju li jista’ jiġi evitat xi kumplikazzjonijiet fil-futur, kemm fl-għajnejn kif ukoll fil-kliewi. It-tfal stess setgħu jaraw u jinnotaw l-impatt ta’ l-ikel li jieklu fuq il-livell taz-zokkor tagħhom u għalhekk setgħu jikkontrollaw aħjar. Għalkemm dan il-proġett pilota għadu ma ntemmx, nistgħu ngħidu li kien ta’ suċċess u saret bidla u titjib fil-ħajja ta dawn il-160 pazjent u l-familji tagħhom.

CGMS — proġett pilota

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett pilota tas-CGMS li għandhu jikkonkludi ruħu fil-ġimgħat li ġejjin hux se jitkompla bħala servizz għall-istess tfal ta' taħt is-16-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern hu kommess li dan il-proġett se jitkompla anki wara li jagħlaq il-perjodu tal-proġett pilota.

Servizz tas-CGMS

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz tas-CGMS għall-persuni bid-Dijabete Type 1 hux se jestendi ruħu għal dawk 'l fuq minn 16-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti tal-proġett pilota qed jiġu evalwati sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-aħjar deċizjonijiiet fl-aħjar interess tas-Saħħa ta’ dawn il-pazjenti.
Leg 13 PQ #21681 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AIR MALTA – Taqsima tal-Passenger Handling

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma dak li qed jinstema' mill-ħaddiema kkonċernati jekk it-Taqsima tal-Passenger Handling tal-Air Malta hix se tiġi outsourced? Jekk iva x’se jiġri mill-ħaddiema ta’ din it-Taqsima?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għall-għoti ta’ state aid għadhom għaddejin, għaldaqstant mhux propizju li jingħataw tweġibiet qabel l-għeluq ta’ dawn in-negozjati.
Leg 13 PQ #21682 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AIR MALTA – paga bażika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21417 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux veru li fl-Air Malta hemm settur ta’ ħaddiema li sal-lum mhumiex jitħallsu l-paga bażika tagħhom? Jekk hu veru, għaliex intgħażel dan is-settur? U x’qed isir sabiex dawn il-ħaddiema jibdew jitħallsu l-paga bażika mill-aktar fis?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sezzjonijiet differenti tal-Air Malta jiġu mħallsa skond il-ftehim kollettivi viġenti. Minkejja li hemm sezzjonijiet li mhux qed jilħqu il-paga bazika minħabba tnaqqis kbir fl-operat tal-kumpanija, dawn xorta għandhom garanzija ta’ social pay ta’ €1,200 fix-xahar.
Leg 13 PQ #21683 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni jirreġistraw għax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fis-seba’ distrett elettorali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fis-seba’ distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’ April 2021. Lokalità April 2021 ĦAD-DINGLI 13 ĦAZ-ZEBBUĠ 29 IR-RABAT 37 TAL-VIRTU 2 L-IMĠARR 13 Il-BAĦRIJA 5 L-IMTARFA 10 Total 109 L-aħħar ċifri ppublikati huma t’April 2021.
Leg 13 PQ #21684 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Persuni jirreġistraw għax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fil-11-il distrett elettorali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fil-ħdax-il distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’April 2021. Lokalità April 2021 Ħ'ATTARD 35 BURMARRAD 4 IL-MOSTA 63 L-IMDINA 1 Total 103 L-aħħar ċifri ppublikati huma t’ April 2021.

Djar tal-Anzjani — Sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm–il sodda nxtrat mill-gvern fid-djar privati tal-anzjani fl-2020-2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020, il-Gvern xtara 509 sodod. Fis-sena 2021, sal-aħħar ta’ Mejju, il-Gvern xtara 173 sodda.