Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Supply, delivery, installation, testing, commissioning of M and E services and finishes incl. the use of environmentally friendly painting material at MGOZ offices at G.B. Olivier st. Victoria, Gozo' (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 21/2021) u jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala din l-imsemmija tender ġiet ikkanċellata, u jgħid x'ser jiġri issa rigward din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda offerta ma kienet konformi amministrattivament, teknikament jew finanzjarjament mar-rekwiżit tat-tender.
Electric buses mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20945 intera (kollha kemm hi) u jgħid:
X'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-
Electric Buses
tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni?
Minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom hux ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jew inkella tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant u nagħmel ukoll referenza għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 20945, li dawn l-Electric Buses qegħdin jinstaqu fuq trial runs. Dan ifisser li qegħdin jinstaqu b’numru ta’ reġistrazzjoni tat-trial run u biex il-kapaċitajiet tagħhom ikunu stabbiliti u ppruvati għal meta jidħlu fis-servizz. Qegħdin jinstaqu mill-kuntrattur.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20983.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 20985
San Pawl il-Baħar – minuti tal-laqgħat rigward bini ta’ pixxina
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ kull meta tqajjem is-suġġett dwar il-bini ta’ pixxina f’San Pawl il-Baħar, waqt laqgħat tal-Kunsill bejn l-Ġunju 2018 u Mejju 2021 b’inizjattiva minn Sirens Aquatic Sports Club?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Kunsill mitluba.
Attachments:Minuti Laqgħa tal-Kunsill numru 25 -1.pdfMinuti 76.pdfMinuti 74.pdfLaqgha 29 ta' 4 ta' Marzu 2021.pdfLaqgha 17 - Ħamis 11 ta' Ġunju 2020.pdfLaqgha 11 - It-Tnejn 13 ta' Jannar 2020.pdfLaqgha 10 - Minuti 16.12.2019.pdfAgenda 31 13.05.21_.pdf0191 - Alfred Grima Paul Bugeja - Rizoluzzjoni Specjali li titratta s-Sirens Access Road.pdf
San Pawl il-Baħar (Qawra, Buġibba u Xemxija) – skeda ta’ knis u qtugħ ta’ ħaxix fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda (triq bi triq) ta’ meta suppost isir il-knis u qtugħ ta’ ħaxix fit-toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (tinkludi wkoll Qawra, Buġibba u Xemxija)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17290 li għamel hu stess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-parti l-antika ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien hiex sejra tiġi pavimentata jew irranġata mill-ġdid, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq l-Isqajjaq se tkun pavimentata mill-Kunsill malli Infrastructure Malta tkun lestiet ix-xogħlijiet fl-istess triq u l-Pjazza. Diġa’ saru diskussjonijiet bejn il-Kunsill u Infrastructure Malta f'dan ir-rigward.
Ħal Tarxien – Triq Xintill – restawr tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil-bidu ta’ Triq Xintill, Ħal Tarxien, terġa’ tiġi restawrata u miżmuma lura sewwa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni għadha fi stat tajjeb wara r-restawr li sar fl-2014 u għaldaqstant mhux jikkunsidra li jerġa’ jirrestawraha.
Billi jien infurmat li waħda mill-fast ferries li qed taħdem mill-Belt m’għandhiex il-passarella (passageway) kif suppost, tant li erba’ ħaddiema fosthom żewġt ħaddiema ta’ Transport Malta jridu jġorru passageway tal-ħadid kull meta jidħol dan il-fast ferry ta’ kumpanija partikolari (MHUX tal Virtu Ferries, hekk kif jidher fil-video li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) jista’ l-Ministru jgħid min qed iħallas liż-żewġt ħaddiema ta' Transport Malta li jkunu hemm għal madwar 18-il siegħa kuljum biex jgħinnu jġorru din il-passageway jekk hux l-operatur jew Transport Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jista' jimmaġina l-ewwel ftit jiem ta' servizz ġdid iġibu magħhom ċertu sfidi li qed jiġu indirizzati bl-aħjar mod possibli u fl-inqas żmien possibli mill-istess operaturi infushom. Bħala Awtorità, Transport Malta hija kommessa li tibqa' tassisti fejn hemm bżonn sabiex naraw li dan is-servizz ikun wieħed li joffri kwalita' ta' ħajja aħjar lill-Maltin u l-Għawdxin. Dan huwa servizz li kien ilu mistenni għal snin twal mill-istudenti u ħaddiema Għawdxin, tant li l-GUG, GTA u GBC ukoll faħħru is-servizz.
Mosta – Triq Sant’Antnin Abbati – Sqaq numru 1 – asfalt
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta Sqaq numru 1 fi Triq Sant’Antnin Abbati fil-Mosta ser jiġi asfaltat, billi dan l-isqaq żgħir jinsab fi stat ħażin u jintuża ta’ kuljum minn ħamsa u għoxrin resident li għandhom il-garaxxijiet tagħhom fih?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u/jew xi entità oħra governattiva biddlet xi kundizzjonijiet fil-permess tal-Fortina fejn jikkonċerna l-famuża Balluta Bay? Jista’ jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li tista’ tibdel? Għaliex lil wieħed biss? Għalfejn dan kollu sar bil-moħbi? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx preċedent li xogħlijiet jistgħu jsiru anke fis-sajf?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fil-Bajja tal-Balluta huma suġġetti għall-permess EP1108/21. Dan il-permess kien jistipula, fost l-oħrajn, li x-xogħlijiet isiru f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Maniġġar tal-Kwalità tal-Ilma Tajjeb għall-Għawm (L.S. 465.09) li joħorġu mill-Att dwar is-Saħħa Pubblika (Kap. 465). It-twaqqif tax-xogħlijiet min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi sar minħabba li dawn kienu qed isiru fl-istaġun tal-għawm kif definit fl-istess regolamenti. Jirriżulta li, wara li twaqqfu x-xogħlijiet, l-applikant issottometta applikazzjoni għall-Varjazzjoni tal-Permess li kienet tinkludi clearance mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew. Kien f’dan il-kuntest li ġiet approvata bidla fil-kundizzjonijiet tal-permess. Dan kollu sar skont il-proċeduri stabbiliti tal-Awtorità u ma kien hemm l-ebda ħabi.
B’referenza għall-Istqarrija PR211058 li nħarġet ftit tal-jiem ilu mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar dwar ftuħ mill-ġdid ta’ barrieri, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm minn dawn il-barrieri, liema huma u f’liema lokalitajiet qegħdin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema tal-Wasteserv li fil-konfront tagħhom ittieħdu passi dixxiplinarji u fiex kienu jikkonsistu dawn il-passi dixxiplinarji bejn Jannar 2020 u Mejju 2021 (xahar b’xahar)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li infakkar li l-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. hija responsabbli għall-passi dixxiplinarji li jittieħdu fil-konfront ta’ ħaddiema li huma impjegati magħha direttament, ninsab infurmat li fil-perjodu in kwistjoni kien erba’ każijiet ta’ dixxiplina. F’Lulju 2020 inħarġu twissija u twissija verbali u f’Novembru 2020 inħarġu żewġ twissijiet.
Wasteserve – passi dixxiplinarji kontra ħaddiema — tkeċċijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm passi dixxiplinarji li fissru fi tkeċċija ta’ ħaddiema tal-Wasteserv bejn Jannar 2020 u Mejju 2021? Jekk iva, kemm kien hemm tkeċċijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif ġie spjegat fit-tweġiba li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari 21651, il-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. hija responsabbli għall-passi dixxiplinarji li jittieħdu fil-konfront ta’ ħaddiema li huma mpjegati magħha direttament. Ngħarrfu li fil-perjodu li qed jirreferi għalih, jiġifieri bejn Jannar 2020 u Mejju 2021, ma kien hemm l-ebda passi dixxiplinarji li wasslu għat-tkeċċija ta’ xi ħaddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema raġunijiet ta’ passi dixxiplinarji, it-tmexxija tal-Wasteserv tiddeċiedi li tkeċċi ħaddiema fi ħdanha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-impjegati tal-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd., kwalunkwe passi dixxiplinarji meħtieġa jittieħdu skont il-provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv, speċifikament taħt Klawsola numru disgħa u erbgħin (49). Fejn jikkonċerna l-ħaddiema tal-kuntrattur, ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ passi dixxiplinarji taqa’ fuq il-kuntrattur stess.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba li saret lill-Korp tal-Pulizija sabiex permezz tal-Interpol jinħareġ Red Notice fil-konfront tal-konsulent finanzjarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Korp tal-Pulizija jinvestiga kwalunkwe allegati reati, inkluż dawk li ingħataw separatament.