Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mġarr – siti storiċi li jaqgħu taħt Heritage Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Heritage Malta, fil-limiti tal-Imġarr? Liema huma l-investimenti li seħħew f'dawn is-siti matul l-aħħar snin? X'investiment ieħor hu mistenni li jsir fl-istess siti fil-futur immedjat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Heritage Malta tamministra ¿ewġ siti fl-inħawi tal-Imġarr; it-tempji preistorici ta’ Skorba u Ta’ Haġrat. Mill-2015 ’l hawn intefqu madwar €984,000 fis-sigurta, manutenzjoni u nterpretazzjoni ta’ dawn i¿-¿ewġ siti. Prezentement qed jiġi nvestigat kif tista’ titjieb l-aċċessibbilta’ fi¿ika għat-tempju ta’ Skorba.

Magħtab – Dokumenti relatati mat-tender għall-bini ta’ inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mat-tender li nħareġ għall-bini tal-inċineratur fil-Magħtab fl-aħħar ġimgħat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tal-istudji relatati mal-impjant tal-Waste to Energy nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajt għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari, fosthom 21310, 21157, 21156 u 21600.

Magħtab – Bini tal-inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm il-Gvern qed jistma li ġej jiswa l-bini tal-inċineratur fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li fl-2019 l-ispiża għall-bini tal-inċineratur fil-Magħtab kienet stmata li ser tkun madwar €190 miljun. Nifhmu li l-investiment meħtieġ mhux żgħir iżda dan l-inċineratur ser ikun qed jgħin sabiex nitbgħiedu mill-politika li kienet titħaddem fi żminijiet oħra fejn il-Gvern kien ikollu juża’ dejjem iżjed art sabiex joħloq miżbla wara miżbla. Dan l-investiment flimkien mal-impjanti l-oħra li ser isiru, u li tkellimt dwarhom diversi drabi, ser ikun qed jagħti qabża ta’ kwwalita’ fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna.

Magħtab – Rapport relatat mal-bini tal-inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport relatat mar-risk assessment relatat mal-bini tal-inċineratur fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-riposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 24194.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema jaħdmu mal-kumpanija Wasteserv, f’liema grad u mil-liema lokalitajiet dawn ġejjin bejn Settembru 2021 u Jannar 2022 maqsuma xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gabbani li hemm barra Bieb il-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istalls/gabbani li hemm barra Bieb il-Belt jagħmlux mal-konfini tal-Floriana jew tal-Belt Valletta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li l-istalls/gabbani li hemm barra Bieb il-Belt jinsabu fil-konfini tal-Belt Valletta, tali ¿ona mhix fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Valletta.
Leg 13 PQ #23615 Sitting 543 2022-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Studenti li jattendu skejjel tal-Gvern — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qed jattendu skejjel tal-Gvern fil-preżent? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li kienet l-ispiża fuq kull student ras għal ras għal kull sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li n-numru totali ta' studenti li fil-preżent qed jattendu skejjel tal-Istat, minn Kinder sa Y11, huwa ta’ 33,518.

Spiża kull sena fuq is-saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża kull sena fuq is-saħħa f'pajjiżna mis-sena 2000 sal-lum u jaqsam din l-ispiża f'dik rikorrenti u dik kapitali? Jista' jgħid kemm minn din l-ispiża kienet dedikata għall-onkoloġija kull sena mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali tad-Dipartiment tal-Ġinekoloġija mis-sena 2000 sas-sena 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa jgħid kemm pazjenti għamlu użu mill-Isptar Mater Dei kull sena matul dawn l-aħħar 10 snin, maqsuma sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei fl-2011 kien 76,0285 persuna, fl-2012 79,6356, fl-2013 84,7579, fl-2014 75,5109, fl-2015 76,2294, fl-2016 79,2944, fl-2017 79,4300, fl-2018 81,2963, fl-2019 81,8347, fl-2020 58,7101 u fl-2021 73,1770. L-informazzjoni għal 2021 għadha proviżorja. Dawn il-figuri jinkludu pazjenti li żaru l-emerġenza, pazjenti li ddaħlu għal-kura fis-swali ta’ l-isptar (jinkludu day cases u in-patients), pazjenti li żaru d-dipartiment ta’ l-outpatients, pazjenti li żaru l-isptar bħala ward attenders, u pazjenti li kellhom bżonn jagħmlu dijaliżi tal-kliewi fir-Renal Unit.

Mediċini meħuda mill-outpatients — spiża

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża għall-mediċini meħuda mill-outpatients kull sena fl-aħħar 10 snin, maqsuma sena b' sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Persuni li ħadu servizzi u attendew il-GU Clinic

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni ħadu servizzi u attendew il-GU Clinic kull sena fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ attendenzi (visti mat-tabib) fil-GU Clinic ta’ Malta fl-2011 kien 2462, fl-2012 2488, fl-2013 3035, fl-2014 1687, fl-2015 3969, fl-2016 5428, fl-2017 5864, fl-2018 6255, fl-2019 6399, fl-2020 4113, u fl-2021 6516 il-attendenza. Filwaqt li fil-GU Clinic ta’ Għawdex kien hemm 77 attendenza minn meta fetħet f’Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena.

BCA — uffiċċju

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22931, jista' l-Ministru jagħti l-indirizz eżatt ta' fejn jinsab l-uffiċċju tal-BCA ġewwa x-Xatt tal-Imġarr f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' dan l-uffiċċju u għala u min ħa d-deċiżjoni li dan l-uffiċċju jinfetaħ ġewwa l-Imġarr? Jista' jgħid qabel għal xiex kien jintuża dan l-uffiċċju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizz tal-uffiċċju hu: Awtorita’ għall-Bini u l-Kostruzzjoni, Triq Martino Garzes, Il-Port tal-Imġarr, Għajnsielem. Il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6.30 ta’ filgħodu u t-3.30 ta’ wara nofsinhar. Jien indurmat ukoll li d-deċiżjoni li jinfetaħ dan l-uffiċċju kienet ittieħdet sabiex ikun żgurat li f’Għawdex ukoll ikun jista’ jingħata livell xieraq ta’ servizz. M’għandniex informazzjoni dwar x’użu kien isir mill-binja qabel ma daħlet fiha l-Awtorita’.

Ministeru għall-Intern is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €1,100 (VAT eskluża).

Ministeru għall-Ambjent. it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari, li jaqa’ taħtu, bl-ispiża ta’ €1,800 (VAT esklu¿a).

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. interpellant li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televi¿ivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku ¿gur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispi¿a ta’ €1,100 (VAT esklu¿a).

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televi¿ivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

San Pawl il-Baħar – Żona tal-Mistra Village fix-Xemxija

Question

Billi ż-żona ta’ fejn qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar tħalliet abbandunata wara li twaqqa’ l-kumpless turistiku li kien hemm, u dan b’konsegwenzi serji fuq l-ambjent tal-madwar, kif ukoll b’periklu serju għar-residenti tal-madwar, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan is-sit ma jibqax wieħed ta’ abbandun u ma jkunx wieħed ta’ periklu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq is-sit tal-Mistra Village fix-Xemxija hemm permess PA6747/18, validu sas-6 ta’ Frar 2024. Dan il-permess huwa suġġett għal appelli pendenti li jġibu r-referenza PAB82/19 u PAB91/19. Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà ħadet azzjoni fuq dan is-sit abbandunat billi ħarġet avviż ta’ nfurzar EC389/16 għax “Ġie żarmat is-sit imsemmi u tħalla fi stat ta' abbandun”. Fuq dan l-avviż ta’ nfurzar ukoll hemm appell pendenti (PAB240/16) u għaldaqstant, sakemm jinqatgħu l-Appelli msemmija, l-Awtorità ma tistax tieħu azzjoni oħra.

Libreriji pubbliċi – xiri ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021, kemm intefqu flus fuq l-istess u jista’ jindika kemm ġew mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta' Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nxtraw disgħa t’elef sitt mija u ħmistax-il ktieb għal-libreriji pubbliċi u ntefqu €55,489.78. Ġew mgħoddija mitejn u sebgħin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien, mija tlieta u ħamsin ktieb lil-librerija pubblika tal-Gudja, mija erbgħa u sebgħin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija, mija sebgħa u erbgħin lil-librerija pubblika tal-Fgura u mija sitta u tmenin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid.