Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ebda entità ma ħallset lid-ditta msemmija jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma tat u l-anqas ma ġiet mitluba tħallas għal xi servizzi lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittjiet tal-Annimali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma ngħataw l-ebda konsulenzi u/jew kuntratti lill-imsemmija kumpanija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20758 kollha kemm hi u jgħid x' bajjiet hemm ippjanati li jsirilhom sand renourishment qabel u matul is-Sajf 2021 ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sajf 2020 ma sar l-ebda sand renourishment u ma jeskludix li jsir sand renourishment fil-futur.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20756 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra u l-madwar, u jgħid jekk il-Kunsill bagħatx xi tip ta' informazzjoni lill-Ministeru għal Għawdex peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jagħti timeframes ta’ x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsilll Lokali tax-Xagħra li l-masterplan għall-Pjazza tax-Xagħra u l-madwar tlestiet, wara konsultazzjoni mid-ditta ingaġġjata, ma' diversi entitajiet u anke b'laqgħat pubbliċi miftuħa għar-residenti. L-ewwel fazi tal-one-ways ġodda se tibda tiġi implimentata fil-jiem li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jagħmlu l-eżami bil-computer għall-aħħar sejħa ta' Assistant Clerks, Clerks, Executive Officers, Assistant Principals u Principals mas-Servizz Pubbliku? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-eżami bil-kompjuter huwa parti integrali mill-proċess ta’ għażla. Għaldaqstant meta wieħed qed japplika għal waħda mis-sejħiet indikati mill-Onor. Interpellant, awtomatikament qed japplika biex jagħmel it-test bil-kompjuter. Il-proċess għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/03000/19 'Site at, Triq il-Kapuċċini, Triq ir-Rabat, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli, Triq Ġorġ Pisani, Triq ta’ Viani, Victoria, Xagħra, Triq Marsalforn, Proposed junction improvement and road widening to existing road and construction of schemed road' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li, min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinsab fl-aħħar stadju tal-proċess tal-ippjanar fejn qed jiġi konkluż id-Development Permit Application Report bir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex b’hekk l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi deċiża mill-Bord tal-Ippjanar. Min-naħa tagħha, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għamlet assessjar u ressqet rakkomandazzjonijiet bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret f'dawn l-aħħar ġranet mill-Ministeru għal Għawdex quddiem il-PA: DS/00126/21 Location of development: Site at, tal-Ġordan, Triq il-Lanterna, Għasri Description of works: Consolidation works of dangerous rock faces? Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet inbdewx jew sarux xi xogħlijiet f'dawn l-akkwati (area) li hemm imsemmija f'din l-applikazzjoni (site plan) u jekk iva kif inbdew u saru xogħlijiet u għad m’hemmx il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender For The Restoration Of Rubble Walls At Triq Tas-Sagħtrija, Żebbuġ, Gozo' (Re-Issue) (Cft Ca Unique Id: Zglc/08/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din it-tender tiġi aġġudikata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li fil-laqgħa tal-Kunsill li saret fit-8 ta' Ġunju 2021 il-membri qablu mar-rakkomandazzjoni ta' l-Evalutation Board u għalhekk ser tiġi aġġudikata.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Ministeru għal Għawdex — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20989.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, xahar b’xahar, bejn Jannar 2019 u Mejju 2021 li jaħdmu (jew kienu jaħdmu ) mal-Wasteserv? Jista’ jgħid ukoll dawn l-istess ħaddiema f’liema grad qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-permessi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) bejn April 2013 u Mejju 2021 (xahar b’xahar)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet 2936, 4086, 9404 u 13527 tal-Leġiżlatura XII u t-tweġibiet tal-mistoqsijiet 10488, 10489 u 10490 ta’ din il-leġiżlatura. Mill-bqija ġew approvati 5,361 bejn Ġunju u Diċembru 2019, 7,455 matul is-sena l-oħra u 3,184 bejn Jannar u Mejju li għaddew.
Marsaskala – art mgħoddija lill-Klabb tal-Waterpolo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21345 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (baħar) u/jew proprjetà pubblika li ġiet mgħoddija lill-klabb tal-waterpolo ta’ Marsaskala fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala fiż-żona indikata bl-aħmar fid-dokument anness?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda kuntratt/ Memorandum li jitrasferixxi l-art indikata f’dak il-perjodu lill-klabb tal-waterpolo ta’ Marsaskala.