Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20991.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 20982.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19487 u jispjega għala l-PBS qatt ma ħasset il-ħtieġa li jkollha IT Department u jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf wieħed fil-futur qarib? Kemm sar ħlas kull sena mill-2010 'l hawn għas-servizzi u x-xiri ta' hardware u software għas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-PBS għaddejja minn proċċess ta’ tisħiħ fl-operat tagħha u għaldaqstant fil-futur qarib se jkun hemm tisħiħ fl-aspett teknoloġiku u diġitali. Peress li l-PBS topera fuq infrastruttura u teknoloġija diġitali, nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika aħjar il-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd. bejn l-1 ta' Ottubru 2019 u t-30 ta' Settembru 2020?
MCA – applikazzjonijiet pendenti għall-installazzjoni antennas/appart simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Komunikazzjoni sabiex jiġu installati antennas/ jew apparat simili fuq residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa, liema talbiet/applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari? Jista’ jgħid f’liema toroq dawn ir-residenzi jinsabu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Antenni u apparat simili li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari – saħħa fuq ir-residenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-aċċertazzjoni tiegħu li antennas jew apparat ieħor simili installat fuq il-bjut ta’ residenzi minn kumpaniji li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari f’pajjiżna mhumiex jikkawżaw l-ebda ħsara fuq is-saħħa tar-residenti li jgħixu fil-madwar ta’ fejn jinsabu installati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-użu ta' l-ispektrum tal-mewġ elettromanjetiku emessi mill-arbli tal-istazzjonijiet bażi (antennas) u trasmettituri oħra huwa soġġett għall-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, b'mod partikulari d-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' l-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz).
Il-limiti imposti mid-Direttiva ġew stabbiliti abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li nħarġu mill Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP), l-organizzazzjoni li internament hija rikonoxxuta bħala l-awtorità li tivvaluta l-impatti fuq is-saħħa ta' din it-tip ta' radjazzjoni, fl-1998. Dawn il-limiti ta’ esponiment mogħtija mill-ICNIRP għandhom marġini wiesgħa ta’ sikurezza li fihom l-ebda effetti fuq is-saħħa ma ġew ippruvati xjentifikament sal-lum kif ikkonfermat mill-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Emerġenti u Identifikati Riċentement għas-Saħħa (SCENIHR) tal-Kummissjoni Ewropea u oħrajn.
Fl-2015, SCENIHR aġġornat l-opinjoni tagħha tal-2009 fejn ġiet meqjusa l-informazzjoni disponibbli u riċenti dwar l-effetti potenzjali fuq is-saħħa ta' espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi (EMF). Din l-opinjoni tgħid li r-riżultati tar-riċerka xjentifika attwali juru li m'hemm l-ebda evidenza ta’ effetti ħżiena fuq is-saħħa jekk l-espożizzjoni tibqa taħt il-livelli rakkomandati mil-leġiżlazzjoni attwali ta' l-UE.
Għalhekk, l-evidenza kurrenti ma tikkonfermax l-eżistenza ta' xi konsegwenzi fuq is-saħħa minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi li jaqgħu fil-linji gwida kurrenti.
L-Awtorità responsabbli twettaq verifiki regolari fuq kampi elettromanjetiċi biex tiżgura li emissjonijiet ta’ radjazzjoni mhux jonizzanti ma jaqbżux il-linja gwida għall-esponiment massimu pubbliku stabbilit minn dawn il-linji gwida. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiżgura li l-livelli ta 'radjazzjoni f'rapporti mibgħuta lilha mill-MCA jkunu fil-livelli massimi għall-esponiment tal-pubbliku ġenerali.
Ċentri ta’ servizz.gov – assistenza u stampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID-19)
Question
Wara li ftit tal-ġranet ilu tħabbar li ċ-ċittadini jistgħu jżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex iniżżlu u jistampaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID 19), jista’ l-Prim Ministru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan is-servizz jibda jingħata wkoll fil-lokalità tal-Mellieħa fil-ġurnata tal-Ġimgħa, il-ġurnata li dan iċ-ċentru (servizz.gov) ikun qed jopera fil-Mellieħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li servizz.gov m’għandux ċentru reġjonali fil-Mellieħa. Is-servizz tal-istampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin qiegħed jingħata mill-eqreb ċentru reġjonali ta’ servizz.gov fil-Qawra.
Ċentri ta’ servizz.gov – assistenza u stampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID-19)
Question
Wara li ftit tal-ġranet ilu tħabbar li ċ-ċittadini jistgħu jżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex ini¿żlu u jistampaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID 19), jista’ l-Ministru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan is-servizz jibda jingħata wkoll fil-lokalità tal-Mellieħa fil-ġurnata tal-Ġimgħa, il-ġurnata li dan iċ-ċentru (servizz.gov) ikun qed jopera fil-Mellieħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ċentri ta’ servizz.gov – assistenza u stampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID-19)
Question
Wara li ftit tal-ġranet ilu tħabbar li ċ-ċittadini jistgħu jżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex iniżżlu u jistampaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID 19), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan is-servizz jibda jingħata wkoll fil-lokalità tal-Mellieħa fil-ġurnata tal-ġimgħa, il-ġurnata li dan iċ-ċentru (servizz.gov) ikun qed jopera fil-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali – funzjonijiet fuq jumejn
Question
Wara li fl-2010 kien infetaħ Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (illum servizz.gov) fil-Mellieħa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali u li kien jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fuq jumejn, dan is-servizz wara l-2014 beda jingħata biss fuq ġurnata waħda u fid-dawl li l-popolazzjoni tal-Mellieħa kompliet tikber, jista’ l-Prim Ministru jerġa’ jikkunsidra li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata fuq jumejn kif kien jingħata oriġinarjament meta kien ġie introdott fil-Mellieħa fl-2010?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li servizz.gov m’għandux ċentru reġjonali fil-Mellieħa. servizz.gov qiegħed kontinwament jesplora biex jiftaħ iktar ċentri skont id-domanda għas-servizz.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21502 u jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru żamm l-istess karozza u kuntratt tal-Ministru preċedenti li hi Mercedes E220 CDI li qed tinkera għal €34.26 kull ġurnata VAT eskluża.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi mixtrija/mikrija
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21506, fejn intqal li l-Ministru m'għandhux karozza ministerjali, jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża biex jaqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nagħmel uzu mill-karozza privata tiegħi mingħajr ma nieħu ebda forma ta’ kumpens jew allowance ta’ dan.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' Membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17850 u 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17849 u 17521 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajijiet li jaqaw taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ma ħadu l-ebda servizz jew ma nħarreġ l-ebda ħlas lejn din id-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda’ Entità li taqa taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex ma ħallset u anqas ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma sar l-ebda ħlas, fil-perijodu imsemmi minnhu, sad-data li fiha qed tkun imwieġba din l-interpellanza, lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod seperatat.