Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – permess validu mill-MCA – antennas/apparat simili

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21699 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm antennas/jew apparat simili b'permess validu mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA) fuq residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa, liema apparat ġie installat minn kumpaniji privati li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari f’pajjiżna? Jista’ jgħid f’liema toroq dawn jinsabu installati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #21754 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel Primarji – postijiet ta’ Assistent Kap vakanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vakanti għall-post ta' Assistent Kap ta' skola fil-primarja bħalissa? Mir-riżultat tal-interviews li saru s-sena l-oħra, sa liema numru ġew ingaġġati u kemm se jiġu ingaġġati aktar minn din il-lista? Se terġa' toħroġ l-applikazzjoni għall-post ta' Assistent Kap ta' skola fil-primarja sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa m’hemmx postijiet vakanti għall-post ta’ Assistent Kap ta’ skola fl-iskejjel primarji. Sa issa ġew ingaġġati l-ewwel 13. Hemm indikazzjoni li jistgħu jiġu ingaġġati sa 21 assistent kap ta' skola għas-sena skolastika li jmiss.
Leg 13 PQ #21755 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSEs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn LSEs bħalissa kulleġġ b’kulleġġ inkluż fl-iskejjel tal-knisja u tal-privat? X’inhuma l-pjanijiet għal dan il-grad?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ LSEs huwa kif indikat f’din it-tabella: Kulleġġi Numru ta’ LSEs Għawdex 183 Maria Reġina 359 San Benedittu 304 Santa Klara 201 San Ġorġ Preca 290 Sant’Injazju 305 Santa Margerita 234 San Nikola 209 Santa Tereza 233 San Tumas More 380 Skejjel tal-Knisja 1000 Skejjel Indipendenti 367 Riferibbilment dwar il-parti tal-mistoqsija li tirreferi għall-pjanijiet, nitlob lill-Onor. interpellant jiċċara d-domanda.
Leg 13 PQ #21756 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Persuni li fil-wirt ħallew skejjel statali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar snin kienx hemm xi persuni li fil-wirt tagħhom, inkludew skejjel statali? Jekk dan huwa l-każ, tista’ tgħid x’kienu l-ammonti, għal-liema skola marru u kif intefqu dawn il-fondi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-aħħar snin kien hemm persuna li ħalliet l-ammont ta’ €50,000 lill-iskola primarja ta’ Bormla. Dawn il-flus ġew rilaxxati s-sena l-oħra. Skont ix-xewqa tal-individwu, dawn il-fondi ser jintefqu għall-ġid ta’ l-akbar numru ta’ studenti ta’ din l-iskola.
Leg 13 PQ #21757 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Year 8 – Karti tal-Eżami tal-matematika u tax-xjenza

Question

Tista’ l-Ministru sserraħ ras il-ġenituri billi tikkonferma li mhux minnu li l-Karta tal-Eżami tal-Matematika tal-Year 8 kien fiha l-iżbalji u xi domandi li ma kenux fis-sillabu? Tista’ wkoll tikkonferma li l-Karta tax-Xjenza tal-Year 8 ma kelliex madwar 3 faċċati li ma kenux id-domandi t-tajba?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karta tal-Matematika tal-Year 8 Track 3 filwaqt li ma kienx fiha żbalji, kien hemm parti minn domanda li kienet barra mis-sillabu. Barra minn hekk, id-Dipartiment responsabbli mill-eżamijiet ħa ħsieb li l-iskema tal-marki tkun riveduta sabiex tiżgura li l-istudenti ma jitilfux marki. Dwar is-sillabu tax-Xjenza minħabba r-restrizzjonijiet tal-Pandemija, il-fieldworks ma sar xejn minnhom u l-istudenti ntalbu ma jwiġbux mistoqsijiet relatati ma’ topics li ma sarux u minflok ingħatat paġna supplimentari b'mistoqsijiet oħra.

Tas-Sliema – Xatt ta’ Spinola

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21619, peress li jidher li mhux qed isir skont ir-risposta li ta l-Ministru, jista’ l-Ministru jara li l-ħtiġijiet tal-post ikunu indirizzati u minn post żdingat jerġa’ jieħu l-post li jixraqlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li sussegwentament għar-risposta li ngħatat, din i¿-¿ona frekwentament qiegħda tiġi mnaddfa u jitneħħa kull struttura u vettura li jkunu tħallew hemmhekk b’mod abbu¿iv. It-tindif huwa fir-responsabiltà tad-Divi¿joni tal-Cleansing u l-Maintenance. Il-kontroll isir ukoll permezz ta’ CCTV u issa bl-installazzjoni ta’ sistema ta’ barriers li joperaw permezz ta’ cards. Il-Kunsill i¿omm wkoll kuntatt frekwenti mas-sajjieda u d-dilettanti li għandhom l-irmiġġ f’din il-bajja u ġew installati wkoll pjanti, bankijiet u bins.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — ħlas lil ditta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità taħt d-dekasteru tal-Ministru qatt ma ħallset jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi mid-ditta li d-dettalji ngħataw seperatament.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru u l-entitajiet fi hdanu ma hallsu ghal ebda servizz mid-ditta msemmija mill-2013 u sal-lum.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità taħt d-dekasteru tal-Ministru qatt ma ħallset jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi mid-ditta li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.

Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21443 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Park and Ride minn Ta’ Xħajma għax-Xatt u lura

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21309, jista’ l-Ministru jgħid minn meta (xahar u sena) hu ppjanat li ħa jibda jiġi offrut Park and Ride bis-servizz ta' rotot minn Ta’Xħajma għax-Xatt u lura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz se jibda jingħata meta jitlesta l-bini tal-faċilita tal-Park and Ride.
Leg 13 PQ #21444 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Restoration and Maintenance Directorate – tender

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19974 u ċjoè b’referenza għat-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Framework agreement for the supply and delivery of rubble stones to the Restoration and Maintenance Directorate, Ministry for Gozo on a period contract basis', jista’ l-Ministru jgħid min fil-passat kien joffri dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ġebel tas-sejjieħ u kemm intuża minnu sena b'sena mill-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa l-ewwel framework tender li gie ppubblikat għal dan it-tip ta’ materjal. Fil-passat, il-Ministeru kien qed jixtri dan il-materjal ad hoc, bl-ispejjeż kienu dawk ta’ €2,039.04c. Il-kuntratt ġie awarded lil Said Construction.
Leg 13 PQ #21445 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division — Tender

Question

B’referenza għat-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jgħid għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ din it-tender u għal xiex ħa tintuża din il-Warehouse? Jista’ jgħid fejn f'dawn l-aħħar xhur kien qed jikri l-Ministeru ta' Għawdex? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-warehouse se jintuża prinċipalment għal storage u upkeep ta’ tiżjin u strutturi relatati. Bħalissa ma hemm ebda kera ta’ warehouse bl-istess speċifiki rikjesti fl-imsemmi tender.

Ministeru għall-Agrikoltutra, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema stazzjonati fl-akkwati ta’ Marsalforn u x-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anki tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol fuq infurzar, kontroll u amministrazzjoni tas-sajd li huma stazzjonati fl-akkwati Marsalforn u tax-Xlendi? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'dawn l-akkwati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħaddiema fil-Ministeru tiegħi, li jagħmlu x-xogħol imsemmi u li huma stazzjonati fl-akkwati ta’ Marsalforn u tax-Xlendi.

Ix-Xewkija Għawdex – Triq it-Taflija u Triq il-Biċċerija – asfaltar ta’ trinka li saret mill-WSC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li tiġi asfaltata t-trinka li saret ġimgħat ilu mill-Water Services Corporation (WSC) fi Triq it-Taflija u fi Triq il-Biċċerija fix-Xewkija Għawdex peress li din it-trinka hi ta' periklu kbir għan-nies jużaw dawn it-toroq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata bħalissa għaddejjin xogħlijiet relatati mat-titjib fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u kif ukoll installazzjoni ġdida ta’ “New Water Network” f’Għawdex. It-trinka ġiet temporanjament magħluqa b’cold asphalt, u għaddejjin bil-preparamenti biex it-triq kollha tingħata wiċċ ġdid.
Leg 13 PQ #21461 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – xiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-kumpanija Gozo Channel f'dawn l-aħħar sentejn , għal min inxtraw u min qed jużahom u kemm kienet l-ispiża u għala nħasset il-ħtieġa li jinxtraw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtrat karozza Renault Megan. Din il-karozza inxtrat fl-2021 għas-somma ta’ Є22,400 inkluż id-dazju, it-taxxa tal-VAT u l-liċenzja tat-triq. Din il-karozza qed tintuża miċ-Ċermen Eżekuttiv tal-kumpanija GCOL. Il-vettura preċedenti kellha 15-il sena u kellha wisq spejjeż biex tissewwa, apparti spejjeż adizzjonali marbuta ma’ running costs.
Leg 13 PQ #21568 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Position of Trust - salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 20990.
Leg 13 PQ #21569 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 20990.