Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli għall-Gvern li f’dawn l-aħħar jumejn il-klijenti tal-BOV fl-Imqabba, Żurrieq u Siġġiewi, speċjalment dawk pensjonanti u anzjani, iltaqgħu ma’ diffikultajiet serji meta ġew biex isarrfu l-pensjoni jew jirtiraw flus mill-kontijiet tagħhom f’dawn il-fergħat peress li ġew infurmati li ma setgħux jagħtuhom flus kontanti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dan ir-rigward, l-ebda ilment ma ġie rreġistrat mal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Intant nitlob lill-Onorevoli Intepellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tribunali Industrijali – Ġudikanti full-time u professjonisti legali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18665 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm riforma fit-Tribunal Industrijali, b’dan li jkun hemm Qorti Industrijali mgħammra b’ġudikanti full-time u professjonisti legali?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
DIER – rapporti ta’ abbużi ta’ liġijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti ta’ abbuż tal-liġijiet tax-xogħol mir-recruitment agencies? Jekk iva, jista’ jgħid kemm daħlu rapporti, meta u fiex jikkonsistu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persons of Trust — Persuni li għandhom kuntratt mas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni impjegati jew li ngħataw kuntratt bħala persons of trust mas-Servizz Pubbliku llum? Jista' jgħid kemm minn dawn għandhom aktar minn 65 sena, kemm minnhom għandhom aktar minn 70 sena u kemm minnhom għandhom aktar minn 80 sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni impjegati jew li ngħataw kuntratt bħala experts jew advisors mal-Gvern illum? Jista' jgħid kemm minn dawn għandhom aktar minn 65 sena, kemm minnhom għandhom aktar minn 70 sena u kemm minnhom għandhom aktar minn 80 sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21005 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16506 u 19663, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistqosija parlamentari numru 19663.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed isservu sentenza minħabba użu u traffikar ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed iservu sentenza minħabba użu ta' droga? Jista' jgħid kemm hemm persuni fil-preżent fl-istess faċilità li qed iservu sentenza minħabba sentenza fuq traffikar ta' droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-prezent hemm 100 persuni li qed isservu sentenza minħabba użu u traffikar ta’ droga. Hemm 34 minnhom li qed iservu sentenza minħabba konspirazzjoni ma’ persuni oħra fit-traffikar tad-droga, 2 fuq kultivazzjoni ta’ drogi, 10 fuq importazzjoni ta’ drogi, 28 fuq pussess u traffikar ta’ drogi, 11 fuq pussess ta’ drogi u 15 fuq pussess ta’ drogi bl-intenzjoni li jissupplixxi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża rikorrenti u kapitali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża rikorrenti u kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-lum? Jista' jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità Maltija u kemm minnhom huma ta' xi nazzjonalità oħra? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li tiswa lill-Istat kull persuna f'din il-faċilità għal kull ġurnata li tkun fil-faċilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ispiża rikorrenti u kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-lum hi kif murija fit-tabella t’hawn taht.
ACTUAL EXPENDITURE
Year
Recurrent Expenditure
Capital Expenditure
Total Expenditure
2010
8,979,526
185,000
9,164,683
2011
9,135,006
184,999
9,319,903
2012
8,974,218
309,322
9,283,569
2013
9,421,774
244,764
9,666,538
2014
10,131,609
183,501
10,315,110
2015
10,864,122
177,114
11,041,235
2016
11,171,815
294,147
11,465,962
2017
12,180,820
190,285
12,371,105
2018
14,231,257
999,608
15,230,865
2019
16,992,598
1,199,864
18,192,462
2020
22,301,657
1,656,809
23,958,466
In-numru totali ta' persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huwa 736. Minn dawn 320 huma ta' nazzjonalità Maltija, u 416 huma ta' xi nazzjonalità oħra.
Huwa stmat li n-nefqa hi ta’ circa €100 kuljum fuq kull persuna.
Għawdex — Dry Standing Areas - manutenzjoni tad-dgħajjes
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu id-'Dry Standing areas' għal manutenzjoni tad-dgħajjes tas-sajjieda ġewwa Għawdex? Jista' jgħid x'tip ta' investiment sar mill-Ministeru tiegħu f'dawn aħħar sena u erba' xhur fuq dawn id-'Dry Standing areas', u x' hemm ippjanat li jsir fihom fix-xhur li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20992.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Position of Trust - salarji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20993.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20993
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali – funzjonijiet fuq jumejn
Question
Wara li fl-2010 kien infetaħ Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (illum servizz.gov) fil-Mellieħa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali u li kien jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fuq jumejn, dan is-servizz wara l-2014 beda jingħata biss fuq ġurnata waħda u fid-dawl li l-popolazzjoni tal-Mellieħa kompliet tikber, jista’ l-Ministru jerġa’ jikkunsidra li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata fuq jumejn kif kien jingħata oriġinarjament meta kien ġie introdott fil-Mellieħa fl-2010?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz li kien jingħata mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien estensjoni tas-servizz li kien jingħata mill-Uffiċċju Distrettwali tal-Qawra.
Wara li f’Ġunju 2020 l-uffiċċji distrettwali għaddew għand servizz.gov, dan is-servizz baqa’ jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn uffiċjal li d-dmirijiet propja tiegħu huma differenti minn dawk ta’ customer care relatat f’uffiċċju distrettwali.
Minkejja dan, matul il-ġranet tas-sajf, bħalma sar fi snin imgħoddija, is-servizz se jkun estiż għal ġurnata oħra fil-ġimgħa għax-xhur tas-sajf.
Il-Mellieħa – talba biex Triq Qasam Barrani tinbidel f’Triq Edward Camilleri
Question
Jista' l-Prim Ministru jitlob li tiġi kkunsidrata mill-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq (Malta) fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali t-talba sabiex Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa tinbidel u ssir Triq Edward Camilleri? (Is-Sur Camilleri, tul ħajtu, ħadem bla heda kemm fuq skala Nazzjonali anke f’raħal twelidu l-Mellieħa. Fil-fatt huwa kien is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa għal numru ta' snin, kif ukoll għal aktar minn 30 sena President tal-Mellieħa Sports Club.) Ġaladarba din it-talba tintlaqa’, bl-ebda mod mhi se tkun qed toħloq xi forma ta’ inkonvenjent peress li fl-imsemmija triq ma hemm l-ebda residenza għajr il-binja tal-Iskola Primarja (bil-bieb prinċipali jinsab fi triq differenti) u l-faċilità sportiva tal-Mellieħa Sports Club.
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, l-proċedura tat-tismija tat-toroq kif elenkata fil-leġiżlazzjoni ta’Malta.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 u s-sena l-oħra? Kemm flus ġew miġbura minn dawn l-abbużi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 jammonta għal 748, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,885,752. Matul l-2020, in-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw, kien jammonta għal 756, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,948,889.
Jista’ l-Ministru jindika kif qed jiġi kkalkulat il-manteniment f’każijiet ta’ separazzjonijiet fil-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwestjoni dwar kif jiġi kkalkulat il-manteniment f’każijiet ta’ separazzjonijiet fil-Qorti huwa regolat mill-Liġi u mill-Qrati nfushom. Hemm numru ta’ liġijiet li jitkellmu dwar il-manteniment fosthom l-artikolu 54(2) tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) li jipprovdi dwar l-obbligu tal-manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni billi jitqiesu l-mezzi tal-koppja li qed tissepara, il-ħiliet tagħhom li jaħdmu u l-bżonnijiet tagħhom, kif ukoll iċ-ċirkostanzi l-oħra kollha tal-istess koppja u l-bżonnijiet tal-ulied.