Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – ordnijiet ta’ tħaris
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2019 kemm kienu inħarġu ordnijiet ta’ tħaris mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tat-Taqsima XI tal-Kap. 378? Jekk inħarġu, f’kull każ x’kien l-eżitu? Jista’ jgħid sena b’sena mill-1 ta’ Ġunju 2019 s’issa, kemm-il garanzija ġew mogħtija a tenur tal-artikolu 12A tal-Kap. 378? F’kull każ, jekk ġew mogħtija xi garanziji, jista’ jgħid għal liema settur kienu jirrelataw? Jista’ jgħid sena b’sena mill-1 ta’ Ġunju 2019 s’issa, kemm-il rikors sar mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) lill-Qorti għal ħrug ta’ ordni ta’ tħaris a tenur tal-Kap. 378? F’kull każ, jekk saru xi rikorsi, jista’ jgħid għal liema settur kienu jirrelataw?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2019 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma ħariġx ordnijiet ta’ tħaris skont it-Taqsima XI tal-Kap. 378.
Mill-1 ta Ġunju 2019 s’issa, ma ngħatat l-ebda garanzija skont l-artikolu 12A (Kap. 378) u ma kien hemm l-ebda rikors tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) lill-Qorti għal ħrug ta’ ordni ta’ tħaris a tenur tal-istess Att.
B'referenza għas-sejħa li ħareġ reċentement il-Ministeru għal Għawdex 'Post ta' Butcher mal-Ministeru għal Għawdex', Ċirkulari Nru. HR/MG 13/2021 u li din is-sejħa għal ingaġġ ħarġet 'internal' u li għalqet fl-14 ta' Mejju 2021, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa? Jista' jgħid kemm-il persuna ser tiġi appuntata f’dan il-post?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta toħroġ sejħa, il-Ministeru jkun evalwa l-ħtiġijiet tad-Direttorati rispettivi tiegħu u jaħtar persuna/i biex jissodisfaw u jaqdu dmirijiethom għat-tali sejħa u esiġenzi.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17152 li ngħatat fis-16 ta' Novembru 2020, fejn ingħad li 'ir-restawr tal-Fanal mistenni jintemm lejn l-ewwel kwart tas-sena 2021' jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ restawr tal-Fanal tal-Ġordan tlestix kollu u jekk iva f’liema xahar tas-sena 2021 tlesta? Jista’ jgħid, jekk ix-xogħol ta' restawr tlesta kollu, u min ħa jkun responsabbli mill-immaniġġar tal-Fanal tal-Ġordan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-restawr tal-Fanal tal-Ġordan tlesta f’April u l-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex qed jagħlqu xogħlijiet minuri wara li ħarġu l-aħħar kuntratturi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba illi ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20995.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Position of Trust - salarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jireferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20997
B'referenza għat-tender CT2108/2021 - 'Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services', jista’ l-Ministru jgħid minn min huma ffurmati ż-żewġ Consortium (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbidjaw) għal din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li din ta’ hawn taħt hija l-kompozizzjoni tal-konsorzja li ssottomettew offerta għal-imsemmiha sejħa għal offerti:
1.
CWS Consort
a. District Operations Limited;
b. Community Work Scheme Enterprise Foundation.
2.
CW Scheme Consortium
a. EMCS Limited;
b. AX Group p.l.c.;
c. Konnekt Search and Selection Ltd.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21008 fl-intier tagħha, jiġifieri kollha kemm hi, rigward it-tender li ħarġet reċentement 'Negotiated Procedure For The Management Of Historic Sites In Gozo' (CfT CA Unique ID: MG 137/2021) u jgħid:
a. liema huma dawn il-Historic Sites ġewwa Għawdex?
b. min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur kien jieħu ħsiebhom u kemm kien qed jitħallas?
c. id-data meta ġiet awarded din in-Negotiated Procedure?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa hija l-Mitħna tax-Xewkija biss li qed tiġi mmaniġġjata mill-kuntratt indikat, pero’ hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar siti storiċi sabiex jitgawdew mill-pubbliku. Apparti hekk, is-sit tal-Mitħna tax-Xewkija għadu kif ġie restawrat u allura ma kienx qed ikun immaniġġjat qabel u ma kienx miftuħ għall-pubbliku. In-Negotiated Procedure ġiet awarded nhar it-12 ta’ Marzu 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li nħarġet f'dawn l-aħħar ġranet mill-Ministeru tiegħu li hi 'Tender For The Provision Of Project Management And Engineering Services For The Construction Of New Cold Stores Facilities In Xewkija, Gozo CfT' CA Unique ID:SPD3/2021/003? Jista’ jgħid għala inħass il-bżonn li tinħareġ din it-tender u għaliex ħa tkun tintuża u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Site Plan ta’ fejn hemm ippjanat li jsir dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba hija disponibbli fit-tender ippubblikat, inkluż l-imsemmija site plan. Inħass il-bżonn li tinħareġ din it-tender biex is-servizzi tekniċi mitluba jkunu ta’ sapport lill-uffiċċjali tal-Ministeru.
B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 21555 jista' l-Ministru jgħid jekk is-Social Impact Assessment isirx darba biss, jew jekk il-persuni kkonċernati, jibqgħux isegwu l-kazijiet li hemm fil-lista ta' stennija, b' mod regolari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel eżerċizzju biex l-applikanti kollha fuq il-lista jkollhom social assessment. F’każ fejn l-applikant/a jinforma l-Awtorità li kien hemm tibdil fis-sitwazzjoni li tista' taffetwa s-sitwazzjoni relatata mat-talba għall-akkomodazzjoni, jerġa jsir assesjar.
Fi kwalunkwe każ, isir assessjar finali qabel ma l-applikant jiġi allokat proprjetà.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn il-Port Health Medical Services qed twaqqaf l-importazzjoni tal-prodott ‘Cannabidiol’? Biex dan iż-żejt jidħol f’Malta hemm bżonn preskrizzjoni medika jew xi tip ta’ CE marking? Xi jrid isir biex dan iż-żejt jiddaħħal f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21686 li oriġinarjament saret lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru telefonati fuq 1717 mill-bidu tas-sena sakemm titwieġeb il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ telefonati li saru fuq 1717 mill-bidu tas-sena sas-16 ta’ Ġunju 2021 kien ta’ 1644.
Il-Mosta – Triq id-Durumblat – tneħħija ta’ tabelli
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jitneħħew it-tabelli tal-one way fi Triq Durumblat fil-Mosta u fl-inħawi sabiex jitneħħa kull periklu li dawn it-tabelli jistgħu joħolqu issa li dawn ġew bla skop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li t-tabelli temporanji fit-triq indikata tneħħew.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21713, 17850 u 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu tikkonsisti f’dettalji personali dwar l-individwi, apparti li l-mistoqsija hija ukoll kumplessa f’dak li qed jintalab.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-maġġoranza tal-bordijiet, l-laqgħat iseħħu b’mod regolari u jsiru biss jekk ikun hemm quorum. Il-membri jitħallsu biss jekk jattendu għas-seduta/i.
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu xi mistoqsija dwar xi attendenza ta’ xi membru/i fuq xi bord partikolari, ikun speċifiku fit-talba tiegħu.
Peress li hemm ċertu flat fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn jidher li l inkwilin għamel tip ta’ swimming pool u saħansitra poġġa washing machine fix-shaft għal inkonvenjenza tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex regolati u jistgħux isiru? Jekk le, x’passi se jittieħdu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar spezzjonat il-blokk imsemmi u sabet li hemm possibilita’ ta’ xi rregolaritajiet fiż-żona tal-parkeġġ ta’ din il-blokka li ma jippartjenux lill-Awtorità tad-Djar imma lill-Awtorità tal-Artijiet.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddilna d-dettalji tal-
flat
li qed jirreferi għalih sabiex inkunu nistgħu nikkonfermaw li qed nirreferu għall-istess appartament.
B'referenza għat-tabella li ġiet ippreżentata mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20100, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-Kunsilli Lokali, skejjel, entitajiet pubbliċi u għaqdiet voluntarji kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li magħhom huma assenjati l-ħaddiema tal-Iskema tal-Komunità peress illi l-informazzjoni mogħtija s'issa hija ġenerika wisq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.