Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex uffiċjal mill-WaterServices jagħmlu spezzjonijiet fl-indirizz mogħti separatament sabiex jivverifikaw l-ħsara li teżisti ta' drenaġġ sabiex l-anzjana li tgħidx hemm ma tibqax b'riħa tad-drenaġġ dieħla fid-dar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-azzjoni meħtieġa u s-sitwazzjoni ġiet riżolta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li idealment, għall-kwalunkwe rappurtaġġ ta’ ħsarat fil-futur, għandu jiġi kkuntatjat b’mod dirett il-Helpline tekniku tal-Korporazzjoni fuq 80076400, u b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni u jsiru l-verifiċi kollha neċessarji mmedjatament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21674, 21624, 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni taqa’ taħt ir-responsabilità tal-entità konċernata li qed tagħmel użu minnha. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Inerpellant li ma jeżistu l-ebda kuntratti speċifiċi dwar manutenzjoni mal-entitajiet konċernati.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21756, tista’ l-Ministru tgħid kif se jintefqu l- €50,000 lill-Iskola Primarja ta’ Bormla mħollija fil-wirt ta’ persuna privata? Tista’ tgħid meta dawn il-fondi għaddew għand l-Iskola ta’ Bormla? Tista’ tgħid kif ġie deċiż li jintefqu l-flus li skont ix-xewqa tal-individwu dawn iridu jintefqu għall-ġid tal-akbar numru ta’ studenti ta’ din l-iskola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-flus ser jintefqu b’diversi modi skont il-ħtiġijiet tal-istudenti u skont kif approvat minn bord imwaqqaf apposta u li jinkludi lill-amministratur ta’ dan il-wirt kif maħtur mit-testatur. Il-fondi għaddew għand l-iskola fit-8 ta’ Mejju 2020.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li dawn iż-żewġ anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jingħataw appuntament mal-podiatry biex jaqtgħu dwiefer ta’ saqajhom li ilhom ma jinqatgħu minn Marzu 2020 u minkejja li ilhom iċemplu diversi xhur l-Health Centre ta’ Raħal Ġdid għall-appuntament, baqgħu bla appuntament? Minħabba li dawn huma dijabetiċi, jista’ jingħatalhom appuntament fl-inqas żmien possibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21748 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti spjegazzjoni għalfejn il-Port Health Medical Services qed twaqqaf l-importazzjoni tal-prodott ‘Cannabidiol’? Biex dan iż-żejt jidħol f’Malta hemm bżonn preskrizzjoni medika jew xi tip ta’ CE marking? Xi jrid isir biex dan iż-żejt jiddaħħal f’Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att Dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) [KAP. 537.], artiklu għaxra, l-Cannabidiol jistgħa jiġi mportat biss minn wholesaler liċenzjat jew manifattur liċenzjat u jiġi mogħti biss minn spiżjar ġewwa spiżerija liċenzjata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21770 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li hemm ċertu flat fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn jidher li l inkwilin għamel tip ta’ swimming pool u saħansitra poġġa washing machine fix-shaft għal inkonvenjenza tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex regolati u jistgħux isiru? Jekk le, x’passi se jittieħdu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, sabiex jgħaddilna d-dettalji speċifiċi tal-imsemmi flat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21786, peress li l-persuna diġà marret darbtejn il-customer care u baqgħet mingħajr tweġiba, jista' l-ministru jara l-każ peress li jidher li hemm xi diżgwid? Jista' jara li jibda jingħata s-sussidju meħtieġ?
Response (GALDES, RODERICK)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-PQ21786.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21767, 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-maġġoranza tal-laqgħat tal-bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru jseħħu b’mod regolari dejjem jekk ikun hemm kworum.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Head tal-Internal Audit fl-Enemalta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalabx jiċċaqlaq għal entità pubblika oħra iżda jżomm l-istess salarju waqt/wara li kien qed jaħdem fuq l-investigazzjoni dwar l-investiment tal-Enemalta fil-Montenegro? Jekk iva, meta sar dan u fuq ordni ta’ min?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu talbet li tmur taħdem ma’ entità oħra wara l-investigazzjoni inkwistjoni.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18809 u 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19141 u jgħid kemm huwa kkalkulat li għad hawn każijiet fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti elenku għal kull lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, li hemm 390 każ fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet. Il- lokalitajiet huma, Luqa, Attard, Birkirkara, Bugibba, Dingli, Fgura, Gudja, Kalkara, Kirkop, Marsa, Mgarr, Mosta, Mqabba, Msida, Swatar, Naxxar, Qormi, Qrendi, Siggiewi, Victoria, Zebbug u Zurrieq.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO tal-Asset Recovery Bureau fil-preżent?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi ma hemm l-ebda CEO. L-uffiċċju għandu Direttur. Bħalissa hemm aġent direttur li flimkien mal-Bord qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Il-Ministeru qed jagħmel proċess a tenur ta’ dak dettat mill-Artiklu 9 tal-Att 5 tas-sena 2021 u fi żmien opportun dan il-proċess ikun komplut.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Position of Trust - salarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f' mistoqsija numru 21586.
Ministeru għall-Edukazzjoni — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19901.