Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24398 u 24213 u jgħid jekk jafx li l-kumpanija li se tagħżel il-Union biex tamministra l-ħaddiema tax-xatt hijiex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha paranetela mat-teżorier tal-Union u li diġà ngħatat mill-MDU l-amministrazzjoni tal-pagi tax-xufiera kollha li l-Union tibgħat il-Freeport minflok ħaddiema liċenzjati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Spettur tal-Pulizija ġie trasferit mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji (FCID) lejn:
a) branka oħra tal-Korp; jew
b) entità oħra lil hinn u barra mill-Korp mill-1 ta’ Jannar, 2022 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-2 ta’ Frar 2022, l-ebda Spettur tal-Pulizija ma ġie trasferit imkien, mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji
AFM – Search and Rescue Zone – Operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24224 u 24322 u jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta għal kull sena, fis-snin 2019, 2020 u 2021 u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM – Search and Rescue Zone – Operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24225 u 24323 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta matul is-snin 2019, 2020 u 2021, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM – Search and Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24226 u 24324 u jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021 u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM – Search and Rescue Zone ta’ Malta — dgħajjes tal-AFM mhux involuti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24227 u 24325 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħajjes tagħhom, kemm minn dawk il-persuni inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22374 u jgħid kemm sa mit-twaqqif tagħha Infrastruttura Malta sal-lum, kellha fi flus kontanti multi imposti fuqha mill-ERA u fuq liema nuqqasijiet dawn ingħataw (billi jindika ukoll fuq liema proġetti dawn ingħataw)?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24315 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni f’Triq il-Basilika fil-Mosta biex ikunu rranġati l-ħsarat li qed isiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ works order biex jsiru xogħlijiet ta’ culverts, liema xogħlijiet ser isiru mill-kuntrattur lejn l-aħħar ta’ Frar.
Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità – għajnuna lill-anzjani vulnerabbli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24291 u jindika n-numru ta’ anzjani vulnerabbli u x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija lil dawn l-anzjani f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24328 u 24165 u jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 13999.
Tista’ l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24407 u ċjoè tista' tinforma lill-Kamra:
a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti?
b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel?
c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit?
e) id-data ta’ dan il-party?
f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Dak li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih huwa ‘networking event’ li sar nhar it-Tlieta, 30 ta’ Novembru u li għalih attendew persuni li jikkontribwixxu u jikkollaboraw flimkien fil-ħidma tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
In-nefqa għal dan in-‘networking event’ li laqqa’ entitajiet li tul is-sena jkunu mitluba jaħdmu flimkien, kienet ta’ €7,776.
L-2021 kienet sena ta’ ħidma importanti għall-entitajiet diversi li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-iżvilupp Sostenibbli. Din is-sena rridu nkomplu nibnu fuq dawk ir-riżultati.
Dan wara li f’sena ta’ pandemija mhux biss assistejna bil-kbir lin-negozji u lill-familji imma bqajna nattiraw investiment rekord.
Investiment li flimkien ma’ inizjattivi bħal wage supplement, għen biex illum għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Fuq il-wage supplement biss sal-lum investejna kważi seba’ mitt miljun ewro (€700,000,000.)
Infakkar li r-rata ta’ qgħad kienet ferm ogħla f’ċirkostanzi ferm aktar kalmi fi żmien amministrazzjonijiet oħra li l-Onorevoli Interpellant kien jagħmel parti minnhom.
Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — żjara fil-Golf Għarbi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24406, tista' il-Ministru tgħid x'inhi d-diffikultà biex twieġeb din il-mistoqsija dwar liema pajjiż fil-Golf Għarbi żaret riċentement? Kemm-il pajjiż fil-Golf Għarbi żaret fl-aħħar xahrejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda diffikultà. Fl-aħħar xahrejn żort pajjiż wieħed tal-Golf Għarbi: Dubai.
Din iż-żjara kienet parti mill-attivitajiet tal-Malta Day, li ġiet organizzata fl-Expo 2020 Dubai fejn qed jipparteċipaw 192 pajjiż.
Delegazzjoni mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli pparteċipat f’numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet u organizazzjonijiet responsabbli mill-enerġija u s-sostenibbiltà’, inkluż mal-Ministru responsabbli mill-enerġija.
Dan biex ikunu diskussa oqsma ta’ interess fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw dwarhom.
Il-laqgħat bilaterali saru bil-possibilità’ ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet varji fl-isfond ta’ l-iżvilupp ta’ riċerka u innovazzjoni u investiment ġdid f’dawn l-istess setturi.
Issa li tlesta x-xogħol, tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex twassal is-servizz ta’ new water fl-inħawi Tal-Ħaddidien, fl-Imġarr bejn il-Palazz ta’ Charlie u Binġemma, għaliex s’issa d-distribution point għadha ma saritx u l-bdiewa ma jistgħux jinqdew mis-servizz tant meħtieġ ta’ new water?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lil Onorevoli interpellant jipprovdi site map taż-żona li qed jirreferi għaliha. Partikolarment, għaliex fl-areas indikati diġa hemm new water dispensers attivi u oħrajn li se jiżdiedu fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir manutenzjoni f’toroq li jagħtu għal mar-roundabout fi Triq Għajn Riħana (limiti tal-Mosta) f’toroq/sqaqin f’raba’ li mir-roundabout tagħti lejn il-Bidnija u toroq oħra li jagħtu lejn Għajn Riħana u dan kollu minħabba xi ħsarat u siġar li qed jitqaċċtu minħabba l-maltemp?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jipprovdilna site plan u jindika eżatt għal liema area qed jirreferi ghaliha.
San Pawl il-Baħar – Razzett Ta’ Tabibu magħruf bħala t-Torri ta’ Dejma
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li r-Razzett Ta’ Tabibu, magħruf oriġinarjament bħala t-Torri ta’ Dejma, ġewwa San Pawl il-Baħar ma jkomplix jitfarrak u jiddeterjora, kif ukoll jitneħħa kull periklu li jista’ jkun hemm madwaru? Hemm xi pjanijiet biex dan il-post jiġi rrestawrat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza dejjem tħeġġeġ ir-restawr u konservazzjoni ta’ Patrimonju Kulturali. Filwaqt li mhux infurmata dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-binja, se tagħmel tfittix dwar min hu s-sid tal-post, sabiex la darba dan jiġi stabilit ikun jista jinbeda komunikat dwar ix-xogħlijiet neċessarji fuq il-post.
San Pawl il-Baħar – Triq Burmarrad – Pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-pelican lights li hemm fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (fiż-żona ta’ Triq Ġebel Għażżara), li ilhom numru ta’ ġimgħat ma jiffunzjonawx, inkluż fil-ġurnata li qiegħda ssir din id-domanda parlamentari, jerġgħu jibdew jiffunzjonaw mill-iktar fis?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta taf bil-ħsara u qed tmexxi biex it-tiswijiet jibdew fl-iqsar żmien possibli.
Seba’ Distrett u 12-il Distrett Elettorali – Proġetti u xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti u xogħlijiet li hu mistenni li jibdew matul din is-sena fil-lokalitajiet tas-7 distrett (Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, l-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat) u tat-12-il distrett (Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar), u li se jkunu ffinanzjati mill-Ministeru u/jew mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu? Fiex waslu l-preparamenti biex ikunu jistgħu jibdew u jitlestew dawn il-proġetti u xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u x-xogħlijiet li mistennija jibdew din is-sena jinkludu:
· Installazzjoni ta’ sinjali informattivi għat-trails f’Ħaż-Zebbuġ u l-Imtarfa
· Riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mellieħa u l-madwar
· Restawr tas-Salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa
· Immodernizzar tal-
promenade
tal-Mellieħa
· Sistema ġdida tad-dawl għall-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar
· Għajnuna lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fil-proġett tal-Belvedere, fit-tisbiħ taż-żona ta’ ħdejn il-Gillieru, fit-titjib tal-passaġġ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt, fil-proġett taż-żona tas-Salt Pans u fil-proġett ta’ Triq il-Luzzu
· Tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba
· L-amministrazzjoni ta’ numru ta’ bajjiet mill-Awtorita’ Maltija tat-Turi¿mu bejn Ġunju u Settembru fosthom l-Għadira, il-Bajja tal-Mixquqa, Golden Bay, Buġibba Perched Beach u l-ponta tal-Qawra
· Appoġġ lil Nature Trust fir-rigward tat-twaqqif tal-ewwel park marittimu fiċ-Ċirkewwa.
Il-Fondazzjoni taż-Żoni Turistiċi ser twettaq ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tindif u tiswijiet regolari li ħafna minnhom jkunu diskussa mal-Kunsilli Lokali rispettivi u aġenziji oħra. Il-Fondazzjoni għaddejja ukoll bi proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders relatat mal-preparazzjoni ta’ dokument dwar il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni taż-Żona ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi proġetti u x’investiment hu maħsub biex ix-Xemxija Heritage Trail tingħata l-importanza mistħoqqa? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li hu mistenni jitwettqu f’dan il-post proprju sabiex dan jiġi mħares, jingħata l-importanza mistħoqqa u jkun hemm apprezzament aħjar ta’ dan il-wirt storiku tant importanti għal pajjiżna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.