Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsalforn – Triq Santa Marija – xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17410, jista' l-Ministru jispjega jekk il-problemi tekniċi li ltaqa' magħhom il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex fix-xogħlijiet li qed iwettaq fi Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater, ġewx riżolti u meta ser jitkomplew u jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex, li għadu kif wasal minn barra l-materjal neċessarju sabiex jitkompla dan ix-xogħol. Għaldaqstant, ix-xogħol skedat biex jitkompla fil-ġranet li ġejjin.

Lands Authority – każijiet solvuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19142 u jgħid kemm-il każ solviet l-Awtorità tal-Artijiet fejn it-titolu ta’ art ma kienx għadu għadda għand l-Awtorità tad-Djar sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal kull każ kemm sar ħlas lis-sidien oriġinali u jaqsamhom lokalità b’lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il mejda tal-kamra lista ta kazijiet solvuti, lokalita’ taghhom u l-ammont tal-hlas lis-sidien originali.
Leg 13 PQ #20853 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FORUM – talba għal emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-FORUM, li hija konfederazzjoni ta’ trade unions, għamlu talba lill-Gvern sabiex issir emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol li tkun tippermetti li konfederazzjoni ta’ trade unions (jew ta’ employer associations) tkun rikonoxxuta fil-Liġi l-istess kif inhuma rikonoxxuti t-trade unions kollha individwalment fl-istess u bl-istess Liġi? Jista’ jikkonsidra attivament li tali emenda tiġi mressqa ‘l quddiem mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20878 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika – fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19290 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien l-ammont ta’ fuel (inkluż diesel) li ġie pprovdut lill-Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika, kull sena mill-2008 sal-2015, xahar b’xahar u kemm kien l-ammont imħallas għal kull xahar fil-perjodu msemmi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob ma tappartjenix lil dan id-dekasteru jew xi entità li taqa’ taħtu, imma lill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, kif indika hu stess.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Position of Trust - salarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-PQ 21001.

Ministeru għal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-PQ 21001.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – PR u media events organizzati

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21197 u 16200, peress li l-Ministru hu konxju li huwa marbut li jagħti rendikont lill-Parlament u lill-poplu dwar il-mod li qed jintnefqu flus in-nies, jista’ jgħid mill-2017 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġà tajtu bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 21197.
Leg 13 PQ #21642 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Proġett ta’ Airfield

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Airfield ġewwa Għawdex? Fiex waslu l-preparamenti biex jitwettaq dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda jintuża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #21643 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin f’Dipartimenti f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21644 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq Marga u Triq Għajn Damma

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8156, jista' l-Ministru jgħid, x’azzjoni ttieħdet u qed jieħu rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għall-bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-inħawi? Jista’ jgħid fil-konkret x'sar fuq dawn iż-żewġ toroq f'dawn l-aħħar sentejn u nofs u kemm intefqu flus fuq dawn iż-żewġ toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

L-Onorevoli Interpellant japprezza il-ħidma bla preċedent li qed issir fl-infrastruttra ġewwa Għawdex. Fi kliemu stess, inżid li mhux dawn iż-żewġ toroq biss qed iċedu, iżda diversi toroq f’Għawdex, tort tan-negliġenza u nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura minn Gvern Nazzjonalista. Gvern Laburista se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura ġewwa Għawdex u jkompli jagħti prijorita lill-gżira Għawdxija.

Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji – reġistrazzjonijiet ta’ għaqdiet volontarji kkanċellati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew irtirati jew kanċellati reġistrazzjonijiet ta’ għaqdiet volontarji reġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sena b’sena mill-2017 s’issa? Jekk kien hemm, tista’ f’kull każ tgħid jekk ġewx mogħtija r-raġunijiet għall-kanċellament jew irtirar u jekk iva f’kull każ x’kienu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ kemm ġew irtirati jew kanċellati reġistrazzjonijiet sena b’sena min 2017 s’issa qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Irtirar isir volontarjament għal diversi raġunijiet li jista jkun ma jingħatawx b’mod uffiċjali mill-amministraturi. Rigward kanċellamenti min-naħa tal-Kummissarju, dawn ma kienux jkunu konformi mal-liġi jiġifieri l–Att Dwar l-Għaqdiet Volontarji, Kap 492 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-liġijiet sussidjarji tagħha. Dan għaliex l-organizazzjonijiet ma ssottomettewx l-annual returns’ għal numru ta’ snin.
Leg 13 PQ #21657 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tender – offerta

Question

B'referenza għat-tender CT2108/2021 jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawk il-kumpaniji, individwi jew soċjetajiet li jiffurmaw parti miż-żewġ konsorzja li tefgħu l-offerta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 21620.

Għawdex – points attivi ta’ New Water

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm points attivi f'Għawdex ta' New Water u fejn jinsabu? Tista' tgħid fl-aħħar tliet xhur kemm ittieħed ilma minn kull point? Tista' tgħid għaliex il-bdiewa fl-inħawi ta' Santa Luċija, Kerċem, Għawdex qed jilmentaw kontinwament min-nuqqas ta' ilma għal diversi siegħat mill-points li hemm fl-inħawi? X'passi qed jittieħdu biex dan jiġi indirizzat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa f’Għawdex hemm 5 points attivi u dawn jinsabu; żewġ points f’Għajnsielem li point minnhom jinsab ħdejn l-impjant u l-point l-ieħor ħdejn il-Heliport, point fix-Xewkija, u żewġ points oħra f’Kerċem, point minnhom jinsab Għar Ilma u point ieħor San Niklaw. Matul l-aħħar tlett xhur minn Għajnsielem ittieħed 20,000m3 mill-point ta’ ħdejn l-impjant u 15,000m3 mill-point ta’ ħdejn il-Heliport. Mill-point tax-Xewkija ittieħed 3,400m3 filwaqt li miż-żewġ points ta’ Kerċem ittieħed 14,500m3 mill-point ta’ Għar Ilma u 18,000m3 mill-point ta’ San Niklaw. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-ilmenti fiż-żona ndikata, riċentament żviluppaw xi ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni. Dawn il-ħsarat ġew indirizzati u kif wieħed jista’ jinnota iż-żewġ points f’Kerċem huma ferm attivi. Bħalissa f’Għawdex għaddej proġett ta’ kważi €5 miljun biex in-network tan- New Water iwassal għal iżjed minn 50 point madwar il-gżira Għawdxija. Il-Korporazzjoni diġa żiedet il-produzzjoni tan- New Water u filfatt matul is-sena 2020 ipproduċejna 205,135 metru kubu ta’ New Water mill-impjant ta’ Għawdex ikkumparat mat-42,681 metru kubu tas-sena 2019.
Leg 13 PQ #21783 Sitting 480 2021-06-28 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – vapuri – dewmien minħabba fast ferry catamarans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sofrew dewmien il-vapuri tal-Gozo Channel (Operations) Ltd minn mindu bdiet titħaddem il-politika li fil-Port tal-Imġarr tingħata prijorità lill-fast ferry catamarans fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 21785.

Transport Malta – dgħajjes fuq art pubblika

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'politika għandha Transport Malta fir-rigward ta' dgħajjes li jitħallew fuq art pubblika għal żmien twil, jekk jiġix impost xi ħlas fir-rigward u jekk hemmx limitu kemm tali qoxriet jistgħu jitħallew fuq art pubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Trasport f’Malta ma toħroġx l-ebda permessi sabiex jitpoġġew opri tal-baħar fuq art pubblika.

Transport Malta – fast ferry catamarans — prijorità

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala Transport Malta ddeċidiet illi l-fast ferry catamarans ikollhom prijorità fid-dħul u l-ħruġ mill-Port tal-Imġarr fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u x'kien l-impatt ta' din il-politika fuq l-operat tal-Gozo Channel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li hija prassi li l-bastimenti tal-passiġieri (passengers only: inkluż cruise liners and ferries) jingħataw prijorita’. Dan japplika ukoll għal fast ferries. Irrid inżid li b’mod ġenerali is-servizz tal-fast ferries mhux qed jikkaġuna xi dewmien fl-iskeda tal-Gozo Channel.