Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Achieve

Question

B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq is-servizz Achieve?

Response (FALZON, MICHAEL)

Tweġiba: Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Adolescent Day Programme

Question

B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq is-servizz Adolescent Day Programme?

Response (FALZON, MICHAEL)

Tweġiba: Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Maternity Fund – flus imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19462 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tħallsu flus mill-Maternity Fund mill-2015 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Maternity Fund — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19463 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #21042 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Għall-informazzjoni ta’ qabel is-sena 2018, nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2392. Il-flus li tħallsu lil impjegati fuq konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni għas-snin ta’ wara l-2018, kienu: 2018 - €63,394 2019 - €64,134 2020 - €71,902 2021 - €20,978 (sa Ġunju 2021)

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #21659 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Residents Workers Scheme – ħaddiema Għawdxin self-employed li jaħdmu f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gozo Residents Workers’ Scheme ma tapplikax għall-ħaddiema Għawdxin self-employed li jaħdmu Malta? Jista' l-Ministeru, jikkunsidra li dawn il-ħaddiema Għawdxin li jaqsmu lejn Malta għax-xogħol tagħhom, jibbenefikaw ukoll minn din l-iskema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li skont kriterji maqbula mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, f’kull applikazzjoni jrid ikun hemm konferma mill-HR tal-post tax-xogħol fejn jikkonferma li l-applikant verament tela’ Malta għax-xogħol.
Leg 13 PQ #21667 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema trasferiti fil-Kunvent ta’ Santu Wistin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20549 kollha kemm hi (intera) u jgħid jekk il-Kunvent ta' Santu Wistin ġewwa r-Rabat Għawdex u li bħalissa hemm ammont sostanzjali ta' ħaddiema impjegati mal-Ministeru għal Għawdex li reġgħu bdew jaħdmu minn ġewwa dan il-kunvent: a. għandux il-faċilitajiet kollha ta’ sigurtà u aċċess skont il-liġi rikjesti mill- Health and Safety Authority u; b. jekk sarx accessibility audit ta' din il-binja mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u jekk iva, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li diġa ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20549.

Ir-Rabat Għawdex – proġett ta’ Polyclinic ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' Polyclinic ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid x'sar f’dawn l-aħħar xhur, x'qed issir bħalissa u x'fadal issir u meta hu ppjanat li tinfetaħ għal pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li x-xogħol fl-istruttura esterna kif ukoll interna tal-binja tal-imsemmi ċentru tas-saħħa huwa lest, preżentament bdew isiru l-istallazzjonijiet tas-servizzi mekkaniċi u elettriċi u xogħlijiet ta’ finishings neċessarji ta’ din il-binja.

Proċess ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-applikazzjoni PA/01467/21 Location of development: Site at Għar ta' Calypso, Triq Għajn Qamar, Xagħra Description of works: 'Proposed stabilisation of Calypso Cave, consolidation of friable rock face, the demolition of the existing sanitary facilities and construction of a visitors’ interpretation centre, new sanitary facilities and new walkways', u jgħid fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ huwa preżentament sospiż, fuq talba tal-Perit.
Leg 13 PQ #21670 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret reċentement mill-Ministeru għal Għawdex PA/03826/21 'Location of development: Road Junction, Triq l-Imgħallem c/w, Triq ta' Wara s-Sur, Rabat (Gozo) Description of works: Road widening and improvement of traffic junction, to include the demolition of a corner house?'

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni li saret riċentement mill-Ministeru għal Għawdex PA/03826/21 tikkonsisti fi proposta biex isir titjib tal-‘junction’ u biex titwessa’ l-iktar parti dejqa f’dik il-parti ta’ isfel tat-Triq ta’ Wara s-Sur, fejn din tiltaqa’ ma’ Triq l-Imgħallem fil-limiti tar-Rabat. B’hekk għandha titneħħa l-‘bottleneck’ eżistenti li hemm f’din it-triq. Għaldaqstant din il-proposta għandha twassal biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku f’din il-parti kif ukoll biex tirrendi din il-parti tat-triq iktar sigura kemm għat-traffiku bil-vetturi kif ukoll dak pedonali.
Leg 13 PQ #21671 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Proċess ta’ evalwazzjoni ta’ tender

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo. (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 73/2020) li għalqet iktar minn seba’ xhur ilu, jiġifieri fit-3 ta' Novembru 2020? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta’ din l-imsemmija tender?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati — impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17416, jista' l-Ministru jgħid kemm intgħażlu persuni wara s-sejħiet ta’ messaġiera, xufiera, deputy registrar, ICT support assistant,systems administrator u marixalli tal-qorti u kemm minnhom ġew impjegati mal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti u kemm minn dawn l-impjegati kienu minn barra l-Aġenzija u/jew is-servizz pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li mid-data tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u fil-gradi msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ingaġġat 3 Messaġġiera, 2 Xufiera, Deputat Reġistratur u ICT Support Assistant minn barra l-Aġenzija u 4 Deputati Reġistraturi u 4 Marixxalli wara sejħiet interni. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Systems Administrator għadha qed tiġi proċessata.

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti – żieda fl-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti sabiex jagħmel tajjeb għaż-żieda fin-numru ta' membri tal-ġudikatura li nħatru fl-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ressqet it-talba tagħha għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali u wara li ġiet approvata l-imsemmija talba, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ħadet il-passi meħtieġa mal-JobsPlus għall-ingaġġ tal-impjegati mal-Imħallfin u l-Maġistrati li ġew appuntati reċentement. Rigward il-postijiet ta’ Deputat Reġistraturi, Assistenti Ġudizzjarji (part-time) u Skrivani dawn jinsabu fil-proċessi tal-għażla, Rigward il-postijiet ta’ Messaġġiera u Xufiera, l-proċess mal-JobsPlus inbeda minn qabel ma ġew maħtura il-ġudikanti l-ġodda.

Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship Scheme

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20532, jista' l-Ministru jindika kemm kienu ilhom qiegħda l-imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex qabel ma daħlu f'din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-firxa tal-qagħad tal-maġġoranza tal-apprentisti tvarja minn 4 snin għal 3 xhur.

Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship Scheme

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20532, jista' l-Ministru jindika x'użu ser isir minn Trionfi House?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, Trionfi House ser tintuża għall-skop soċjali. Fil-preżent qed naraw li l-aktar ħtieġa li hemm hija li din id-dar tintuża għal persuni homeless. Dan kien possibli biss bil-kooperazzjoni sħiħa, tal Arċidjoċesi ta’ Għawdex, li allokaw din il-binja għad-disposiżżjoni tal-Fondazzjoni.

Żieda fil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda (bil-persentaġġ) li jieħdu l-ħaddiema tal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jieħduha l-pensjonanti tal-istess azjenda peress li din iż-żieda fil-pensjoni kienet miftehma fl-aħħar collective agreement?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ż-żieda miftehma fil-ftehim kollettiv tal-kumpanija msemmija minnu għas-sena 2020 kienet inqas miż-żieda għall-għoli tal-ħajja li ngħatat lill-pensjonanti mill-Gvern għas-sena 2020. Għaldaqstant iż-żieda miftehma fil-ftehim kollettiv ma kinetx dovuta.
Leg 13 PQ #21839 Sitting 482 2021-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċerimonja tal-Gradwazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tistax tara li jiġu organizzati ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, anke jekk addattati għar-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ta’ dawk l-istudenti li gradwaw is-sena li għaddiet imma ma kellhomx l-opportunità li jkollhom ċerimonja ta’ gradwazzjoni bħal eluf ta student oħra li gradwaw qabilhom u sal-lum għad għandhom tifkira tant sabiħa tal-isforzi kollha li għamlu biex jirnexxu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li qed tiġi esplorata l-possibiltà li ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni jsiru malli l-Awtoritajiet konċernati jirrilaxxaw aktar miżuri sabiex avvenimenti bħal ma huma l-gradwazzjoni jkunu jistgħu jsiru.