Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2395 għas-snin minn Marzu 2013 sa April 2018. Filwaqt, minn Mejju 2018 sa Ġunju 2021, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2396. Ninfurmah ukoll li minn mindu twaqqaf il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur intefqu €15,692 fl-2020 u €2,629 sa issa fl-2021 rispettivament fuq konsulenza dwar public relations u komunikazzjoni.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-nefqiet sal-lum huma ta’ €12,691 għas-sena 2020 u €5,664 din is-sena.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u se tingħata risposta f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12713 u in¿id illi fl-2020 kien hemm €4,000 li ntefqu f’servizzi ta’ konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni mill-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet/ dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu.

Nadur – Triq Daħlet Qorrot – servizz tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19973, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tagħha u l-Ministeru għal Għawdex biex ġewwa Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur isir is-servizz tad-drenaġġ f’dik il-parti tat-triq fejn hemm id-djar residenzjali u li ma fihiex dan is-servizz u dan peress li fil-ġimgħat li ġejjin ħa tiġi asfaltata din it-triq mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet neċessarji waslu fi stadju avvanzat u li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Direttiva UE 2019/1 — ħidma

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19099 fis-seduta tat-22 ta’ Frar 2021, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-interval biex in-normi fid-Direttiva (UE) 2019/1 ikunu debitament ilkoll riflessi fil-Liġi Maltija – b’mod partikolari x’kienu l-miżuri leġiżlattivi u/jew amministrattivi li saru jew jekk ma sarux meta ser isiru?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel qari tal-abozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Awotorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li jitrasponi d-Direttiva UE 2019/1 ġie mressaq. Id-dispożizzjonjiet fid-Direttiva li jirrigwardaw il-programm ta’ klemenza għall-kartelli sigrieti ġew trasposti fil-liġi Maltija permezz tal-avviż legali 264 tal-2021 li introduċa r-regolamenti taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni intitolati “Regolamenti dwar l-Immunità mill-Penali u t-Tnaqqis ta’ Penali f’Investigazzjonijiet dwar Kartelli”. Dwar id-dispożizzjonjiet fid-Direttiva li jirrigwardaw l-assistenza reċiproka bejn l-istati Membri, dawn ġew trasposti fil-liġi Maltija permezz tal-avviż legali 265 tal-2021 li introduċa r-regolamenti taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni intitolati Regolamenti dwar l-Assistenza Reċiproka bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni.
Leg 13 PQ #21721 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

White Flags f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x'sar u x'inhu jsir fuq it-tliet bajjiet ġewwa Għawdex li fis-sena 2018 ingħataw il-White Flag biex iżommu dan it-titlu (klassifikazzjoni) li jfisser li dawn it-tliet bajjiet u l-madwar tagħhom, ikunu mnaddfa ta' spiss minn kull tip ta' plastik? Jista’ l-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn u nofs u kemm intefqu flus biex dawn it-tliet bajjiet iżommu din il-klassifikazzjoni, u x'inhu jsir biex kif kien imwiegħed fis-sena 2018/2019 il-bajjiet kollha ta’ Għawdex jingħataw il-klassifikazzjoni tal-White Flag skont anke l-istrateġija tad-direttorat tal-Eco-Gozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li addotta f'dawn l-aħħar snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant billi nagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari PQ 11074. Il-kuntratt mal-organizzazzjoni tal-White Flag ġie mwaqqaf immedjatament meta tfaċċaw l-allegazzjonijiet ta’ frodi fuq il-midja. Għalhekk il-klassifikazzjoni tal-bajjiet bħala White Flag mill-organizzazzjoni GUWAA m’għadhiex fis-seħħ. Mill-perjodu indikat l’hawn il-bajjiet ikunu imnaddfa ta’ kuljum mill-ħaddiema tad-Direttorat ikkonċernat.
Leg 13 PQ #21722 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn Masterplan — tibdil

Question

B'referenza għall-Marsalforn Masterplan (Triq il-Port, Triq il-Forn, Triq San Ġużepp, Triq ir-Rabat) PA04263/16 li ġie approvat f'Diċembru 2017, jista’ l-Ministru jgħid x'tibdil kien hemm s’issa u fiex jikkonsisti u għalfejn saru dawn it-tibdiliet u min talab għalihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm tibdil fil-materjal li ntuża; minn concrete paving blocks li kien l-għażla oriġinali għall-porfido li effettivament kien l-għażla finali u li tpoġġa fil-post. Dan it-tibdil sar peress li bħala materjal, il-porfido huwa aktar reżistenti għall-elementi meta wieħed jikkunsidra fejn qiegħed il-post. Apparti hekk, saru ukoll żewġ toroq, Triq San Ġużepp u Triq il-Wied, li ma kinux parti mill-masterplan, liema toroq kellhom jintmessu minħabba li kellhom jinbidlu s-servizzi kollha.

Kunsill Lokali Ta’ Sannat – zebra crossing u sinjal tan-nofs ta’ triq

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20544, jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat biex Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, issir fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġġjata minn oħra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li qed jistenna li jiġu nstallati l-belisha light poles u li l-installazzjonli ta’ dawn il-cables iridu jgħaddu minn ġewwa s-service culvert. Rigward is-sinjal tan-nofs, dan ma jistax isir qabel ma ssir ż-zebra crossing.
Leg 13 PQ #21724 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Għawdex – Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20190 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-Fond Konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-Fond Konsolidat għall-istess oqsma ta’ investiment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #21851 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – Board of Studies

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21792 fejn il-Ministru qalet li hi infurmata li hemm tmien Board of Studies fl-MCAST, tista’ l-Ministru tgħid ta’ xiex inhuma dawn il-Board of Studies? Min qiegħed fuq dawn il-Board of Studies? Min jagħżel lil dawn il-membri tal-Board of Studies u b’liema proċedura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Board of Studies tal-MCAST jiġu appuntati skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327, artiklu 98 (1).
Leg 13 PQ #21852 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSEs

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21755 tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru għall-LSEs? Xi pjanijiet hemm dwar ir-rwol ta’ dan il-grad? Hemm ħsieb ta’ xi bidliet jew tisħiħ? Il-Ministeru għandu pronostiċi jekk dawn hux se jonqsu jew jiżdiedu fis-snin li ġejjin? X’qed isir u x’se jsir biex tissaħħaħ il-professjonalità ta’ dan il-grad?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jkompli jinċentiva t-taħriġ kontinwu professjonali ta' kull edukatur inkluż dak ta' LSE, bil-possibiltà li jkun hemm opportunità ta' avvanz fil-karriera tal-LSE. In-numru ta’ LSEs ikun irregolat skont il-ħtieġa li hija msejsa fuq in-numru ta’ klassijiet u studenti fl-iskejjel primarji u n-numru ta’ studenti bi ħtiġijiet partikolari li jvarja minn żmien għal żmien.
Leg 13 PQ #21853 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Pjan biex l-MCAST issir Università

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21789, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern abbandunax l-istrateġija li l-MCAST issir Università?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx iktar x'inżid mar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 21789.
Leg 13 PQ #21854 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – proċess biex issir Università

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li kien ingħata x’jifhem li l-MCAST se tibda proċess biex issir Università jekk fil-fatt qattx kien beda l-process mall-awtoritajiet kompetenti biex l-MCAST ssir Universita?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istrateġija tal-MCAST għas-snin li ġejjin hija riflessa fid-dokument ta' konsultazzjoni li l-istess MCAST ippubblika ftit tal-ġimgħat ilu.

Is-sitt u s-Seba’ Distrett – Tarmak li sar minn Fondi ta’ Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 18196 u jgħid kemm-il triq saret bit-tramak minn fondi ta’ Infrastructure Malta mill-2013 (inkluż dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali) sal-lum fil-lokalitajiet kollha tas-6 u s-7 distrett? Jista’ jagħti l-informazzjoni lokalità b’lokalità u b’total ta’ metri għal kull lokalità u sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu l-kuntratturi f’kull każ? Kemm kienet in-nefqa f’kull każ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Korsa tal-Marsa – ramel – nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20128 u tgħid kemm ġie jiswa r-ramel li ntefa’ fil-Korsa tal-Marsa f’Jannar li għadda? Tista’ tgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika? Min kien responsabbli mix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords tal-Malta Racing Club qatt ma jidher li ħareġ tender għar-ramel fl-aħħar 40 sena. Ninsab infurmat li l-Malta Racing Club dejjem mexa fuq sistema li jsiru laqgħat ma’ numru ta’ suppliers lokali biex jinxtara l-aħjar materjal possibbli. F’dawn il-laqgħat dejjem ipparteċipaw ir-rappreżentanti tas-sidien u l-ġerrejja li huma membri fil-Kunsill. Fir-rigward ta’ l-aħħar xirja li saret f’Jannar, jien infurmat li x-xogħol tar-ramel sar minn F.Schembri Holdings.

Valletta Cultural Agency — kunċerti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati kunċerti mill-Valletta Cultural Agency li fihom indaqqet il-Hammerklavier sonata ta' Ludwig Van Beethoven bejn Novembru 2020 u Jannar 2021, kemm attendew nies għal dawn il-kunċerti, kemm swew dawn il-kunċerti u kemm kien il-ħlas għal min daqq f'dawn il-kunċerti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #21888 Sitting 484 2021-07-05 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Marsalfron – Latrina fil-Menqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta l-latrina fil-Menqa ta' Marsalforn u meta ser tkun miftuħa għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-latrina hija lesta u diġa infetħet għall-pubbliku.