Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21832 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jsir public convenience għal min imur f'dan il-ġnien?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21832 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jsir public convenience għal min imur f'dan il-ġnien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li dan is-suġġett ser jitqajjem għad-diskussjoni f’xi laqgħa tal-Kunsill fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19578 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew intavolati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali fl-2020 u fl-2021?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Rilaxx ta’ flus maqbudin f’Malta tar-reġim Gaddafi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti huwiex jinsisti mal-Gvern Libjan li qabel ma’ jiġu rilaxxati lura l-flejjes maqbudin f’Malta li allegatament kienu tar-Reġim Gaddafi, l-ewwel jeħtieġ jitħallsu d-ditti Maltin u Dipartimenti tal-Gvern Malti li ilhom snin sħaħ biex jitħallsu l-flus dovuti lilhom mill-Gvern Libjan għal xogħol minnhom imwettaq fil-Libja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Onor. Interpellant jaf li mhux prudenti li wieħed jikkummenta dwar każi li fuqhom għaddejjin proċeduri fil-qorti. Il-Gvern Malti mhuwiex parti fil-kawża u għalhekk ma nistax nikkummenta jew nesprimi opinjoni dwar il każ li qed jirreferi għalih l’Onorevoli interpellant.
Il-Gvern Malti jibqa’ jinsisti mal-awtoritajiet Libjani biex jiġu mħallsa l-fondi pendenti li huma dovuti lil kumpaniji Maltin mill-entitijiet tal-Istat Libjan.
Jista’ l-Ministru jieħu nota u jieħu azzjoni tad-diversi ilmenti li twassluli mir-residenti ta’ madwar Wied Blandun f’Raħal Ġdid minħabba li fl-aħħar xhur tfaċċaw ħemel tiġieġ, sriedaq u annimali oħra li qed jinżammu illegalment f'Wied Blandun, viċin dawn ir-residenzi, b’diversi vetturi jieqfu biex jixtru l-prodotti tagħhom (bla ebda ħarsien tar-regoli tas-sanità pubblika) u b’inkonvenjent għal dawn ir-residenti li ma jistgħux jorqdu bit-treddin tas-sriedaq matul il-lejl?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ħa nota u tniedew l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jara għala s-servizz tat-trasport pubbliku minn Santa Luċija għall-Belt Valletta mhux qed ikun f’ħinu, tant li dawn l-aħħar jiem, diversi residenti lmentaw li qed ikollhom jistennew siegħa u nofs, u ġieli sagħtejn, biex tgħaddi karrozza tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni fuq ir-rotta 83 li saret minn Transport Malta bejn l-20 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Lulju 2021, jirriżulta li kien hemm 95.1% tal-vjaġġi li telqu fil-ħin mill-lokalita` ta’ Santa Luċija. Kien hemm ukoll 2.3% li telqu xi ftit minuti aktar kmieni milli skedat.
Pjazza ta’ Raħal Ġdid – mafkar għall-memorja ta’ Tony Bezzina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern jaqbilx li jsir mafkar fil-pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid, f’ġieħ il-memorja ta’ Tony Bezzina, ex President tal-Hibernianc FC u Pawlist, li kien igawdi rispett minn kulħadd?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tony Bezzina kien bniedem maħbub u rrispettat, mhux biss f’Raħal Ġdid, imma minn Malta kollha u ħaqqu kull ġieħ u rispett.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21005 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16506 u 19663, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju, m’għandi xejn xi nżid mat-tagħrif mogħti diġa’ fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19663.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17180 li ġiet imwieġba fid-9 ta' Novembru 2020 fejn intqal li għad fadal xi xogħlijiet minuri li jridu jitlestew qabel joħorġu ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa rigward xogħlijiet li saru ftit tax-xhur ilu mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-testijiet mitluba li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21795 - Xagħra Għawdex – Triq Ta’ Ġorf - xogħlijiet.pdf
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol neċessarju fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta Xħajma biex parti minnha tkun tista' tintuża mill-atleti Għawdxin li jipprattikaw f'dan il-post? Jista' jikkonferma li sena u tlett xhur ilu kien wiegħed lil dawn l-atleti li kellu jsir ix-xogħol neċessarju, jista jghid sal-lum x' sar u x' baqa jsir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern qed jagħmel l-akbar investiment li qatt sar f’Għawdex, b’mod partikolari dak taċ-Ċentru Akwatiku u Sportiv. Filwaqt li l-Interpellant qed jgħid li ilu sena u tlett xhur biex isir x-xogħol neċessarju, l-Interpellant donnu nesa’ li Partit Nazzjonalista għamel għoxrin sena jwiegħed pixxina ta’ daqs olimpiku u minn dan kollu m’għamel xejn.
Water Service Corporation — talbiet għal trasferiment minn ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu mal-Water Services Corporation biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex mal-Ministeru għal Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha erba’ impjegati li qegħdin jaħdmu f’xi dipartiment jew entita oħra mall-Ministeru għal Għawdex. Fil-preżent m’hemmx talbiet formali pendenti.
Ministeru għal Għawdex – sejħa għal Tradesman/Senior Tradesman
Question
B'referenza għas-sejħa interna li ħarġet f’Jannar 2021 ta' Tradesman/Senior Tradesman (Carpenter) fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa, kemm minnhom kienu eliġibbli, kemm kien ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku u xi grad kienu, kemm minnhom għaddew, u kemm minnhom ingħataw s’issa l-promozzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex għal diversi sejħiet jinbidel minn żmien għal żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21441 u jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret f'dawn l-aħħar ġranet mill-Ministeru għal Għawdex quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA): DS/00126/21 Location of development: Site at, tal-Ġordan, Triq il-Lanterna, Għasri Description of works: Consolidation works of dangerous rock faces? Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet inbdewx jew sarux xi xogħlijiet f'dawn l-akkwati (area) li hemm imsemmija f'din l-applikazzjoni (site plan) u jekk iva kif inbdew u saru xogħlijiet u għad m’hemmx il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif jindika t-titlu tal-permess DS/00126/21, dan il-proġett jitratta xogħol ta’ konsolidament tal-ġebel li qed jaqa’ u li jista jkun ta’ periklu għall-viżitaturi. Il-konsolidament se jsir billi l-ġebel jigi infurrat b’xibka u b’boltijiet skont il-ħtieġa. Ix-xogħlijiet bdew immedjatament u mistennija jintemmu fil-ġimgħat li ġejjin. Il-permess fuq dan ix-xogħol huwa propju dak ikkwotat u ġie approvat fit-18 ta’ Mejju 2021.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra
Ministeru għall-Edukazzjoni — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
B’referenza għal din il-mistoqsija, infurmata li n-nefqa mill-Ministeru/Direttorati mill-2017 ‘l hawn kienet tlaħħaq medja ta’ ftit aktar minn €27,000 fis-sena.
Rigward l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, infurmata li n-nefqa medja kienet ta’ ftit aktar minn €39,000 kull sena.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu mill-2017 sal-lum, in-nefqa fuq reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu kienet tammonta għal-€9,724.03
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.