Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistru għall-microchipping tal-qtates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex ikun hemm reġistru għall-microchipping tal-qtates l-istess bħalma hemm tal-klieb? Fid-dawl li din kienet ukoll proposta tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet biex il-microchipping tal-qtates domestiċi jsir obbligatorju u jkun hemm reġistru biex min taħrablu qattus/qattusa pet ikollu aktar ċans li tinstab u tiġi ritornata għand sidha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara studju li sar sabiex jimplimenta miżura fil-Manifest Elettorali, kien ġie deċiż li kien hemm bżonn li l-pubbliku u l-entitajiet ikunu infurmati u edukati tajjeb qabel jiġi implimentat il-microchipping obbligatorju għall-qtates. Dan qiegħed isir mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-microchipping fuq bażi volontarja huwa possibbbli u r-reġistru diġa’ jinżamm mid-Dipartiment għas-Saħħa u Trattament Xieraq tal-Annimali, b’ hekk f’każ li jaħarbu xi qtates lis-sid, diġa hemm ic-ċans li meta jinstabu dawn jiġu rritornati għand sidhom.

Malta Film Commission – Budget għall-Malta Film Awards 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont sħiħ previst bħala l-budget għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont kien previst li jintnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti previsti għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – Malta Film Awards 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont sħiħ li ntnefaq għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont intnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti li ntnefqu għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti in konnessjoni mal-każ ta’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju.

Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom mill-Avukat Ġenerali in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru għall-fatt illi l-mod kif l-interpellanza hija ffukata fuq ¿mien partikolari, u għalhekk fuq incident magħruf, jista’ jiftiehem bħala li qed jimplkia akku¿a personali kontra persuna partikolari jew li kien hemm xi ħadd li jmissu tressaq il-Qorti u ma tressaqx abbazi ta’ xi nuqqas tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għalhekk l-interpellanza kif redatta tista, għall-inqas in kwantu tirreferi għal individwi privati, tmur kontra r-regola li hemm fl-Ordni Permanenti tal-Kamra 27(8) in kwantu timplika akku¿a personali kontra persuna jew persuni li ma humhiex f’ kariga pubblika. Niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru illi għad illi l-fatt illi persuna tkun tressqet il-Qorti huwa wieħed pubbliku, x-xogħol preparatorju u d-deċi¿joni dwar jekk persuni għandhomx jitressqu la huma pubbliċi u lanqas ma huma affarijiet li jidħol fihom il-Ministeru. Biss għall-informazzjoni ġenerali tal-Onorevoli Membru, u mingħajr ma nidħol fil-fatti partikolari ta’ xi ka¿ jew nesprimi ruħi dwar jekk xi persuna tressqitx jew kellhiex jew għandhiex titressaq quddiem il-Qorti, ninforma lill-Onorevoli Membru illi r-reat kontemplat fl-artikolu 213 tal-Kodiċi Kriminali ma jiddependix biss mill-element tal-istigazzjoni tas-suiċidju izda fiħ elementi kostituttivi oħrajn ukoll. Ma nħossx li jkun prudenti fiċ-ċirkostanzi li nelabora i¿jed u dan b’ rispett sħiħ għall-indipendenza tad-deċi¿jonijiet tal-prosekuzzjoni li jittieħdu abbazi ta’ fatti speċifiċi li ma jkunux a konoxxenza tiegħi.

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati – Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati, kemm hu twil it-terminu tagħha u kemm hu s-salarju tagħha? Jista' jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet kenitx ristretta għall-Aġenzija u għala kienet hekk ristretta? Jista' iqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-Avvi¿ Legali 197 tal-2019 li permezz tiegħu ġiet mwaqqfa l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati hija prerogattiva tal-Ministru tal-Ġustizzja li jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Aġenzija. Din il-kariga teżiġi li l-individwu li jokkupaha jkollu l-esperjenza u l-ħiliet neċessarji sabiex ikun jistà jaqdi bl-aħjar mod possibli dmirijiet f’din il-kariga. Għaldaqstant nħossu li l-għażla tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni kienet waħda idonea għal din il-kariga minħabba l-esperjenza li hi diġa kella fil-Qrati tal-Ġustizzja fejn hi serviet għal żmien twil f’diversi pożizzjonijiet fosthom dawk ta’ reġistratur u direttur. Din l-aħħar sena hi xhieda ta dan u x-xogħol li sar jitkellem waħdu. Qed inpoġġi hawn taħt il-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni. Salarju annwali ta’ €50,000 Provvista ta’ karozza jew transport allowance ta’ €4,658 per annum Communication Allowance ta’ €1,880 per annum Expense Allowance ta’ €2,500 per annum Responsibility Allowance ta’ €4,000 per annum Dan il-kuntratt huwa validu għal 3 snin.

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati – Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet id-Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati, kemm hu twil it-terminu tagħha u kemm hu s-salarju tagħha? Jista' jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet kenitx ristretta għall-Aġenzija u għala, fil-każ, kienet hekk ristretta? Jista' jispjega għala nħasset il-ħtieġa li tinħatar Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni fl-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għażla tad-Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati saret mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din l-għażla saret abbażi tal-fatt li d-Deputat Uffiċjal E¿ekuttiv Ewlieni magħżula nstabet idonea għal din il-po¿izzjoni minħabba l-esperjenza li hi għandha fil-qasam tal-ġustizzja. Inħass l-ħtieġa li jiġi appuntat Deputat Uffiċjal Eżekkuttiv Ewlieni minħabba l-importanza li għandha l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati kif ukoll l-firxa wiesgħa ta’ dmirijiet u repsonsabilitajiet li għandha l-istess entità. Qed inpoġġi hawn taħt il-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni. Salarju marbut ma’ Skala 3 tas-Servizz Pubbliku Performance bonus sa massimu ta’ 15% Transport allowance ta’ €4,658 per annum Communication allowance ta’ €1,600 per annum Expense allowance ta’ €1,630 per annum Responsibility allowance ta’ €2,500 per annum Dan il-kuntratt huwa validu għal 3 snin.

Amministrazzjoni tal-Qorti – Infiq ta’ flus fl-akkomodazzjoni ta’ Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-amministrazzjoni tal-Qorti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, sena b'sena, fl-akkomodazzjoni ta' membri tal-ġudikatura mis-sena 2010 sas-sena 2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara għal liema akkomodazzjoni qed jirreferi.
Leg 13 PQ #24450 Sitting 544 2022-02-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tat-Taxxi Interni – flus miġbura minn arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu mis-sena 2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien hemm każijiet f’dawn iż-żminijiet li ġew preskritti? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus f’multi mill-Qorti li għadhom mhux imħallsa? X’qiegħed isir biex dawn il-multi jinġabru kemm jista’ jkun malajr?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ dħul minn arretrati li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, matul 2019, 2020 u 2021, kien kif ġej: 2019: Euro 305,179,812 2020: Euro 239,857,098 2021: Euro 350,387,476 In-numru ta’ kazi li ġew dikjarati preskritti mill-qorti kien kif ġej: 2019: 39 2020: 39 2021: 160 Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu dwar il-multi lill-Ministru konċernat.

Sptar Pubbliku — anzjani bħala social cases

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u jindika kemm hu n-numru ta’ anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social case?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptarijiet ta’ Malta hemm 84 persuna li ħadet l-kura neċessarja u issa ġew ikklassifikati bħala Long term Care patients u li qed jistennew biex jiġu rilokati f’ dar residenzjali. B’referenza għal-mistoqsijiet parlamentari numru 24017 u 23670 nerġa ninfurmah li informazzjoni dwar każijiet soċjali, nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Strateġija dwar is-Saħħa Mentali

Question

Jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika xi twettaq mill-Istrateġija dwar is-Saħħa Mentali li ġiet varata f’Lulju tal-2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iStrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali hija mifruxa fuq medda t’għaxar snin. Kemm ilha li ġiet varata din l-iStrateġija, bdiet ħidma u konsultazzjoni wiesgħa biex jibda u jitkompla x-xogħol f’oqsma diversi. Il-punti hawn taħt imsemmija jindikaw xi twettaq s’issa, iżda ma jirriflettix ix-xogħol kollu li sar minħabba li t-twettiq ta’ din l-iStrateġija huwa parti minn proċess kumpless u li jieħu ż-żmien. Nippromwovu is-Saħħa Mentali u l-Ben Esseri Nindirizzaw l-impatt tal-qafas soċjali fuq is-Saħħa mentali: a. Qed nindirizzaw il-qafas soċjali tal-individwu li jista’ jagħmel l-individwu iktar suġġett għall-mard mentali. Il- Mental Health Services qed jipparteċipa fi studju li qed isir mis-Superintendenza tas-Saħħa Pubblika, biex nistudjaw, l-impatt li l-qafas soċjali għandu fuq is-Saħħa Mentali u b’hekk ikun jistgħu jiġu ndirizzati biex nipprevvjenu dan il-mard. L-istħarriġ qed isir u r-riżultati mistennija joħorġu din is-sena. b. Qed inżidu l-għarfien dwar is-saħħa mentali billi l-professjonisti tas-Saħħa Mentali jużaw pjattaformi diversi – bħal Webinars , diskussjonijiet fil-komunita’ li jsiru fil-kunsilli lokali, mal-korp tal-pulizija, sehem fi programmi fuq il-midja tradizzjonali u wkoll fuq dik soċjali. c. L- Occupational Therapists attendew għall-programm ta’ Financial Literacy organiżżat bi sħab mill-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-HSBC, biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lill-persuni b’diżordni mentali biex jużaw flushom aħjar. Użu ta’ sustanzi lleċiti a. Qed tiżdied il-kooperazzjoni bejn professjonisti fis-Saħħa Mentali u NGOs f’dan il-qasam bil-ħsieb li tiżdied is-sinerġija bejniethom permezz ukoll ta’ stħarriġ tal-infermiera li jaħdmu ma’ dawn il-klijenti biex joffru terapija aħjar. b. Sar refurbishment mill-qiegħ ta’ sala għall-pazjenti nisa bid- dual diagnosis – problemi mentali u dipendenza mid-droga. Is-sala ġiet mgħammra b’aperturi, għamara u faċilitajiet sanitarja anti-ligature , biex tkun sikura għal dawn il-klijenti. Hemm sezzjoni iktar sikura ġewwa din is-sala għall-moniteraġġ mill-qrib ta’ persuni li huma ta’ riskju ikbar. Rikonfigurazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa Integrazzjoni tas-Saħħa Fiżika ma’ dik Mentali: a. Qed jingħata servizz minn tabib tal-familja fi ħdan is-servizzi tas-saħħa mentali. b. Tobba li qed jitħarrġu biex jispeċjaliżżaw bħala tobba tal-familja, qed jagħmlu tlett xhur fil-qasam tas-Saħħa Mentali, biex b’hekk iżidu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam. c. F’Ħal Qormi is-servizz primarju u dak mentali jingħataw mill-istess post u f’Lulju 2020 żdiedu s-servizzi tas-saħħa mentali li jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Qormi. Is-servizzi l-ġodda huma: klinika tas- psychogeriatrics u oħra għall-adulti b ’learning disorders . d. L-iSptar Psikjatriku ġdid sa jinbena ħdejn l-isptar Mater Dei, b’hekk titneħħa l-istigma assoċjata mal-isptar kurrenti. Barra minnhekk tiġi ffaċċilitata l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ sptarijiet billi jissaħħu s-servizzi psikjatriċi ġewwa Mater Dei u s-servizzi għall-mard fiżiku f’pazjenti ġewwa l-isptar psikjatriku. Servizzi fil-komunita’: a. Ingħalqet il- Psychiatric Out Patients fl-isptar Mater Dei u dan is-servizz qed jingħata mill-kliniċi tas-saħħa mentali li qegħdin fil-komunita’ eqreb ta’ fejn jgħix il-klijent. b. ¯diedu l-professjonisti fil-qasam ta’ saħħa mentali fil-komunita’ biex ikunu jistgħu ilaħħqu maż-żieda tas-servizzi u tal-klijenti li jirċievu dawn is-servizzi. c. Qed jintużaw premises fil-Qawra, minn fejn jingħataw servizzi psikjattriċi biex jilħqu aħjar il-klijenti tat-Tramuntana ta’ Malta. d. Jissaħħaħ is-servizz tat-tfal CAPES fil-komunita’ biex isegwi tfal bi problemi ta’ Saħħa Mentali fil-komunita’ biex kemm jista’ jkun l-pazjenti t’eta żgħira ma jkollhomx bżonn jiddaħħlu fl-isptar Monte Carmeli. e. Tniegħda servizz ġdid fil-komunita’ f’Diċembru, 2021 – Crisis Intervention Home Treatment Team . Dan huwa tim multidixxiplinarju li jagħti għajnuna għall-persuni bi problema akuta ta’ saħħa mentali liema kura tingħata fil-komunita’ anki fid-dar tal-pazjent. Dan is-servizz jnaqqas il-bżonn li persuni bi problemi akuti milli jiġu ammessi ġewwa l-isptar psikjatriku. Servizzi t’Emerġenza: a. Tkompla l-iżvilupp tat-tim tas-servizz fl-emerġenza, fl-iSptar Mater Dei, billi s’issa hemm preżenza ta’psikjatra jew HST fil-psikjatrija u żewġ infermiera. Qed tkompli l-ħidma biex jitjieb is-servizz permezz ta’ diskussjoni kontinwa bejn il- Mental Health Services u Mater Dei. Sptar Akut Psikjatriku Ġdid: a. L-isptar Akut Psikjatriku Ġdid huwa ppjanat li jsir ħdejn l-isptar Mater Dei, dan biex il-pazjenti taż-żewġ sptarijiet jkollhom servizzi aħjar tal-kura fiżika u dik mentali – integrated care . Beda’ x-xogħol fuq l-ippjanar ta’ dan l-isptar billi sar il- medical brief , l-art qed tiġi ttrasferita lill-Ministeru tas-Saħħa u nħareġ tender – għad- Design ta’ dil-faċilità. Tlestiet l-evalwazjoni tal-offerti riċevuti għas-sejħa għall-offerti għas-servizzi ta' konsulenza li għandha twassal għat-tħejjija tal-kunċett tad-disinn tal-bini tal-Isptar Psikjatriku Akut (CT2077/2021). Din intbgħatet id-Dipartiment tal-Kuntratti. Repurposing ta’ L-iSptar Monte Carmeli: a. Sar refurbishment qawwi fis-sala għall-pazjenti bid- dual diagnosis , kif diġa ġie deskritt. b. Tlestew żewġ Isolation Units li huma sikuri biex jistgħu jakkomodaw lill-pazjenti b’diżordni mentali imma li jkunu qed isofru wkoll b’mard infettiv. c. Qed isir xogħol strutturali fuq żewġ swali tas- psychogeriatrics , għax hemm domanda għal din it-tip t’akkomodazzjoni fis-soċjeta. Kull sala sa takkomoda 23 pazjent u sa jsir ġnien addattat għal dawn il-klijenti. Sa jsiru żewġ Isolation Units , biex jakkomodaw pazjenti b’mard psikjatriku meta jkunu qed isofru wkoll minn mard infettiv. d. Tkomplew ix-xogholijiet fuq proġett eżistienti -FW2. e. Qed isir thejjija ta’ tenders għal iktar proġetti ta’ ristrutturar. Ġonna Terapewtiċi: a. Saret il-pjanta u l- ispecifications biex isir ġnien fil- Young People’s Unit, bħala post terapwetiku għall-klijenti t’eta zgħira. b. Twaqqa’ bini barra ‘l gate tal-isptar, li minfloku se jsir ġnien terapewtiku għall-pazjenti u għall-qraba tagħhom. Support lill-Persuni b’Diżordni Mentali: Rijabilitazzjoni u support: a. Komplejna bil-ħidma biex persuni b’diżordni mentali ma jibqgħux jirċievu l-kura ġewwa l-isptar imma billi jibdew jgħixu fil-komunita’ ġewwa hostels immexxija bi sħab bejn il-gvern u l-NGOs u f’postijiet oħra bħal nursing homes għall-persuni anzjani. Mill-2018 sat-3 ta’ Frar ta’ din is-sena, saru 338 rilokazzjonijiet ta’ persuni f’residenzi u hostels addattati għal istess persuni. Nsaħħu lill-Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa Mentali u nintroduċu Sistemi Ġodda Niżvilluppaw u nsostnu lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mentali: Preceptorship programme li ta sapport u taħriġ lill-infermiera ġodda biex jinżammu f’dan l-impieg. a. Taħriġ lill-infermiera I. Mental Health First Aid ingħata lill-professjonisti li jaħdmu fil-komunita’ II. Coaching lill- managers tal-Infermiera III. Ingħata taħriġ lill-infermiera minn Prof Frans Fluttert fuq għodda li jgħinu lill-professjonisti biex jeżaminaw r-riskju tal-pazjent u jipprevenu li pazjent isir vjolenti u aggressiv waqt li jkun għal kura ġewwa l-isptar. IV. Sar Taħriġ fuq is- Safe Wards liċ- Charge Nurses. b. Taħriġ lill-management biex jitjieb is-servizz mogħti I. 6 sessjonijiet mogħtija lill- management c. Biex jiġu involuti il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali fid-deċiżjonijiet f’dan il-qasam I. Isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni bejn il- management u l-ħaddiema f’dan is-settur regolarment. d. ¯viluppar ta’ pjan t’ingaġġar aktar professjonisti fil-qasam ta s-Saħħa Mentali I. Il-pjan biex jiġu ngaġġati aktar professjonisti f’dan il-qasam huwa kontinwu. Isiru diskussjonijiet regolari biex jinħarġu applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati iktar ħaddiema professjonali f’dan il-qasam. e. Biex jiġi pprovdut sostenn psikoloġiku lill-ħaddiema fis-Saħħa Mentali I. Dan is-servizz qed jiġi pprovdut mill – ESP (Employee Support Programme).

Living income bażiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’pajjiżna jeżistix living income bażiku f’xi forma jew oħra? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont illum u kemm kien fl-2012? Barra minn hekk, f’każ li persuna ssib ix-xogħol, dan id-dħul titilfu mill-ewwel? X’benefiċċji jeżistu f’każi hekk?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistenza Soċjali f’pajjiżna, sa mill-bidu tagħha fl-1956, dejjem kellha l-għan li tipprovdi minimu bażiku ta’ dħul li bih persuna tkun tista’ tgħix. L-istess jista’ jingħad għall-Pensjoni tal-Età non-kontributorja li kienet bdiet qabel fl-1948. Maż-żmien ittieħdu diversi inizjattivi sabiex persuni li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali jew fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja jibbenefikaw minn benefiċċji oħra anċillari, uħud minnhom bir-rata massima, li magħduda flimkien wieħed jista jgħid li jikkostitwixxu livell bażiku ta’ dħul skont il-komposizzjoni tal-familja. Kapijiet ta’ familja li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali (SA) jew fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja (AP), għandhom dritt ukoll: · għall-Allowance tat-Tfal bir-rata massima jekk ikollhom tfal taħt is-16-il sena · għall-Għajnuna Supplimentari bir-rata massima jekk bla tfal taħt is-16-il sena · għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u · għall-Għajnuna tal-Mard u għall-Kartuna r-Roża jekk ikollhom mard kroniku. Persuni li jkunu fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja u m’għandhomx dritt għal xi pensjoni kontributorja għax ma ħallsux biżżejjed kontribuzzjonijiet jista’ jkollhom dritt ukoll, jekk ikunu laħqu l-età tal-irtirar, għall-bonus annwali ta’ bejn €400 (jekk ħallsu bejn sena u 4 snin ta’ kontribuzzjonijiet) jew €500 (jekk ħallsu 5 snin kontribuzzjonnijiet jew aktar). Meta wieħed jgħodd kollox jista’ allura jasal għall-livell minimu ta’ dħul li huwa garantit għal min ma jkollux mezzi suffiċjenti ta’ dħul. Fit-tabella t’hawn taħt jidhru komposizzjonijiet ta’ benefiċjarji jew familji differenti u d-dħul minimu li huma garantiti kif spjegat fuq u kif dan kien fl-2012 u kif inhu fl-2022. Kategorija 2012 2022 Persuna single fuq SA €5,633 €6,812 Koppja bla tfal fuq SA €6,242 €7,737 Persuna single fuq SA b’mard kroniku €6,844 €8,260 Koppja bla tfal fuq SA b’mard kroniku €8,397 €10,633 Single parent fuq SA (wild wieħed) t/16 €6,975 €7,986 Single parent fuq SA (2 itfal) t/16 €8,555 €9,706 Single parent fuq SA (3 itfal) t/16 €10,134 €11,452 Koppja fuq SA (wild wieħed) t/16 €7,399 €8,384 Koppja fuq SA (2 itfal) t/16 €8,984 €10,130 Koppja fuq SA (3 itfal) t/16 €10,558 €11,876 Persuna single fuq AP (60-62 sena) €5,845 €7,731 Koppja fuq AP (60-62 sena) €7,446 €9,937 Persuna single fuq AP (60-62 sena) b’mard kroniku €7,056 €9,180 Koppja fuq AP (60-62 sena) b’mard kroniku €9,601 €12,833 Persuna single fuq AP (63-74 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €5,945 €8,282 Koppja fuq AP (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €7,546 €10,487 Persuna single fuq AP (63-74 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €5,945 €8,382 Koppja fuq AP (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €7,546 €10,587 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €7,156 €9,730 Koppja fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €9,701 €13,396 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €7,156 €9,830 Koppja fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €9,701 €13,496 Persuna single fuq AP (75-79 sena) €5,945 €8,182 Koppja fuq AP (75-79 sena) €7,546 €10,699 Persuna single fuq AP (75-79 sena) b’mard kroniku €7,156 €9,630 Koppja fuq AP (75-79 sena) b’mard kroniku €9,701 €13,595 Persuna single fuq AP (75-79 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €5,945 €8,582 Koppja fuq AP (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €7,546 €11,099 Persuna single fuq AP (75-79 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €5,945 €8,682 Koppja fuq AP (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €7,546 €11,199 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €7,156 €10,030 Koppja fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €9,701 €13,996 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €7,156 €10,130 Koppja fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €9,701 €14,096 Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar) €6,245 €8,282 Koppja fuq AP (80 sena jew aktar) €8,146 €10,900 Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar) b’mard kroniku €7,434 €9,730 Koppja fuq AP (80 sena jew aktar) b’mard kroniku €10,301 €13,796 Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €6,245 €8,682 Koppja fuq AP (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €8,146 €11,304 Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €6,245 €8,782 Koppja fuq AP (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €8,146 €11,400 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €7,456 €10,131 Koppja fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet) €10,301 €14,197 Persuna single fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €7,456 €10,230 Koppja fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet) €10,301 €14,296 * L-ammonti t’hawn fuq ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u il-valur tal-mediċini b’xejn jekk intitolati għalihom ** Aktar dettall ta’ kif inħadmu dawn l-ammonti jinsab fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. F’każ li persuna tkun fuq l-Assistenza Soċjali għal aktar minn sena u ssib xogħol, permezz ta’ miżura imdaħħla fl-2015 din ikollha dritt għal Tapering tal-Assistenza Soċjali fejn fl-ewwel sena tibqa’ tieħu 65% tal-benefiċċju, fit-tieni sena 45% u fit-tielet sena 25% liema ammonti toħodhom apparti l-paga li tkun qed iddaħħal. Wara dan imbgħad, jekk ikollha tfal taħt it-23 sena, tkun intitolata għall-In-Work Benefit skont id-dħul mill-impjieg waqt li jekk ma tkunx qed tieħu l-Allowance tat-Tfal tista’ tkun intitolata għall-Għajnuna Supplimentari skont id-dħul li jkollha. Ta’ min jgħid ukoll li min ikun fuq il-Paga Minima Nazzjonali, sew jekk kienu fuq l-Assistenza Soċjali u sew jekk ma kienux, ikollhom dritt ukoll: · għall-Allowance tat-Tfal bir-rata massima jekk ikollhom tfal taħt is-16-il sena · għall-Għajnuna Supplimentari bir-rata massima jekk bla tfal taħt is-16-il sena · għall-In-Work Benefit bir-rata massima relattiva jekk ikollhom tfal taħt it-23 sena · għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u · għall-Kartuna r-Roża jekk ikunu miżżewġin, ikollhom mard kroniku u ma jeċċedux kapital ta’ €23,300. Fit-tabella t’hawn taħt jidhru komposizzjonijiet ta’ persuni jew familji differenti li jaħdmu u għandhom il-Paga Minima Nazzjonali (PMN) u f’xi każi impjieg part-time tal-konjuġi u d-dħul minimu gross li huma garantiti kif spjegat fuq u kif dan kien fl-2012 u kif inhu fl-2022. Kategorija 2012 2022 Persuna single bil-PMN € 8,972 € 10,618 Koppja bla tfal b’PMN waħda € 8,972 € 11,119 Single parent bil-PMN (wild wieħed taħt 16-il sena) € 9,890 € 12,842 Single parent bil-PMN (2 itfal taħt 16-il sena) € 11,046 € 15,665 Single parent bil-PMN (3 itfal taħt 16-il sena) € 12,202 € 18,488 Single parent bil-PMN (wild wieħed 17-22 sena) € 8,972 € 12,619 Single parent bil-PMN (2 itfal 17-22 sena) € 8,972 € 14,120 Single parent bil-PMN (3 itfal 17-22 sena) € 8,972 € 15,620 Koppja b’PMN waħda (wild wieħed taħt 16-il sena) € 9,890 € 12,072 Koppja b’PMN waħda (2 itfal taħt 16-il sena) € 11,046 € 14,125 Koppja b’PMN waħda (3 itfal taħt 16-il sena) € 12,202 € 16,177 Koppja b’PMN waħda (wild wieħed 17-22 sena) € 9,157 € 11,849 Koppja b’PMN waħda (2 itfal 17-22 sena) € 9,157 € 12,579 Koppja b’PMN waħda (3 itfal 17-22 sena) € 9,157 € 13,309 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed taħt 16-il sena) € 13,522 € 16,462 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal taħt 16-il sena) € 14,310 € 18,905 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal taħt 16-il sena) € 15,098 € 21,347 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed 17-22 sena) € 12,734 € 15,520 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal 17-22 sena) € 12,734 € 17,020 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal 17-22 sena) € 12,734 € 18,520 * L-ammonti t’hawn fuq ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u il-valur tal-mediċini b’xejn jekk intitolati għalihom ** Aktar dettall ta’ kif inħadmu dawn l-ammonti jinsabu fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2016 ‘l hawn iddaħħal ukoll il-kunċett tal-Livell Minimu Garantit tal-Pensjoni kontributorja li ħa post il-Pensjoni Minima Nazzjonali. F’dan il-każ il-livell ivarja skont il-pensjonant ikunx single jew f’każ li miżżewweġ, il-konjugi jieħux pensjoni ukoll. Ivarja ukoll skont il-medja ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati tal-pensjonant. Fit-tabella t’hawn taħt jidhru ir-rati minimi garantiti lill-pensjonanti kif spjegat fuq u kif dawn kienu fl-2012 (pensjoni minima nazzjonali) u kif inhuma fl-2022. Medja tal- kontribuzzjonijiet imħallsa u akkreditatiPensjoni Minima Nazzjonali 2012Livell Minimu Garantit tal-Pensjoni2022Total bl-Għajnuna Supplimentari Magħduda2012Total bl-Għajnuna Supplimentari Magħduda2022 PENSJONANTI MIŻŻEWĠIN 50 jew aktar€7,319€9,324+ €7,709€10,327 40 - 49€6,863€8,888+ €7,263€9,917 30 - 39€6,031€8,232+ €6,450€9,300 20 - 29€5,371€7,577+ €5,794€8,676 PENSJONANTI SINGLE 50 jew aktar€6,402€9,116+ €6,631€9,654 40 - 49€6,137€8,680+ €6,370€9,237 30 - 39€5,658€8,024+ €5,896€8,609 20 - 29€5,176€7,369+ €5,414€7,967 * L-ammonti ta’ fuq jinkludu l-bonusijiet li jitħallsu mal-pensjoni ** Ir-rati tal-Miżżewwġin huma għal dawk bil-konjuġi mhux pensjonant/a *** Ir-rati ta’ Single jinkludu ukoll Miżżewġin bil-konjuġi pensjonant/a **** L-ammonti bl-Għajnuna Supplimemntari jeskludu suppliment ta’ €100 (2012) jew €150 (2022) fis-sena imħallas lil min jilħaq l-eta ta’ 65 sena Ta’ min jgħid li pensjonant fuq il-Livell Minimu Garantit, minbarra l-Għajnuna Supplimentari, jekk ma jkunx jaħdem jew jekk il-konjugi ma jkunx jaħdem jew jieħu pensjoni, għandu dritt ukoll: · jekk ir-rata applikabbli tkun anqas minn tal-Pensjoni non-Kontributorja, għad-differenza fir-rata fuq din tal-aħħar jekk il-kapital ma jeċċedix €23,300 jekk miżżewweġ jew €14,000 jekk single, · jekk ikollu mard kroniku, għall-Għajnuna tal-Mard ta’ €27.85 fil-ġimgħa (kienet €23.29 fil-ġimgħa fl-2012) jekk persuna waħda hija marida jew €46.82 fil-ġimgħa (kienet €42.26 fil-ġimgħa fl-2012) jekk żewġ persuni huma morda u l-kapital ma jeċċedix €23,300 jekk miżżewweġ jew €14,000 jekk single, · għall-Kartuna r-Roża, · għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u · għall-Għotja għal Ċittadin Anzjan ta’ €300 malli jagħlaq 75 sena u €400 malli jagħlaq 80 sena.

In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-In-Work Benefit jitħallasx biss lill-ġenituri li jaħdmu li jkunu għamlu żmien fuq l-assistenza soċjali inkella jitħallasx lil kull ġenitur li jaħdem irrispettivament jekk kienx fuq l-assistenza soċjali? Lil min jitħallas eżatt il-benefiċċju u kemm hu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-In Work Benefit jifforma parti mill-kullana ta’ benefiċċji mnedija taħt il-politika tal-Making Work Pay. Tajjeb jingħad illi sabiex ġenitur jiġi ntitolat għal dan il-benefiċċju ma’ għandux għalfejn ikun qiegħed jirċievi l-Assistenza Soċjali f’xi żmien qabel japplika. Dan il-benefiċċju jitħallas lil dawk il-ġenituri li jkunu jaħdmu, għandhom tfal taħt it-23 sena u d-dħul tagħhom mix-xogħol (meta tnaqqas il-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali) jissodisfa l-parametri stabbiliti tad-dħul. Permezz tal-Budget 2022, il-massimu tal-parametri ta’ eliġibilità fuq bażi ta’ dħul twessgħu sostanzjalment sabiex aktar ġenituri ħaddiema isiru eliġibbli, kif inhu elenkat hawn taħt: · Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul mill-impjieg ser jitla’ minn €35,000 għal €50,000 fis-sena; · Għal koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem, il-limitu tad-dħul mill-impjieg ser jitla’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena; · Għal ġenituri waħidhom li jaħdmu, il-limitu tad-dħul mill-impjieg ser jitla’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena. Barra minn hekk ir-rati kurrenti żdiedu b’€100 kull wild waqt li l-anqas rata pagabbli f’kull kategorija se tkun ta’ €200 għal kull wild. B’hekk ir-rati li se jitħallsu fl-2022 se jkunu hekk: · Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu, rati li jvarjaw skont id-dħul bejn €200 u €1,500 kull wild fis-sena; · Għal koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem, rati li jvarjaw skont id-dħul bejn €200 u €730 kull wild fis-sena; · Għal ġenituri waħidhom li jaħdmu, rati li jvarjaw bejn €200 u €1,500 kull wild fis-sena. Ir-rati mħallsa lil żewġ ġenituri li jaħdmu huma ogħla minn ta’ koppji fejn wieħed biss mill-ġenituri jaħdem sabiex it-tieni ġenitur ikun inċentivat li jaħdem u jiżdiedlu l-benefiċċju flok jonqoslu.

Persuni fuq paga minima – benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid persuna li taħdem u tkun fuq il-paga minima, x’benefiċċji soċjali addizzjonali tgawdi minnhom? Kemm hu l-ammont ta’ paga u benefiċċji li tali persuna kienet tirċievi fl-2012 u kemm hu dan l-ammont fl-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, milli l-2014 ‘l hawn f’każ li persuna tkun tirċievi l-Għajnuna Soċjali u tidħol fid-dinja tax-xogħol u tal-anqas ikollha l-Paga Minima Nazzjonali, tibda titħallas 65% tal-benefiċċju soċjali fl-ewwel sena, 45% tal-benefiċċju soċjali fit-tieni sena u 25% tal-benefiċċju soċjali fit-tielet u l-aħħar sena. Fl-2012, persuna li kienet fuq l-għajnuna soċjali kien jieqfilha l-benefiċċju sħiħ immedjatament hekk kif tibda taħdem. Barra minn hekk ġenitur jew ġenituri li jissodisfaw il-parametri ta’ dħul mix-xogħol wara li jitnaqqas il-ħlas tal-bolla jiġu eliġibbli għall-Inwork Benefit. Matul l-2012 ma kienx jeżisti tali benefiċċju. Persuni li jkollhom Paga Minima Nazzjonali u jkollhom tfal taħt is-16-il sena jitħallsu r-rata massima tal-Allowance tat-Tfal. Fl-2022 dan l-ammont huwa ta’ €25.43 fil-ġimgħa kull wild. Fl-2012 tali rata kienet ta’ €22.23 fil-ġimgħa kull wild. Barra minn hekk persuni singoli li jaħdmu, li m’għandhomx tfal taħt is-16 il-sena u li għandhom il-Paga Minima Nazzjonali matul l-2012 kienu jirċievu Allowance Supplimentari ta’ €4.57 fil-ġimgħa, filwaqt illi fl-2022 qed jirċievu €11.50 fil-ġimgħa. Koppji f’din il-kategorija kienu jirċievu €8.13 fil-ġimgħa fl-2012, filwaqt illi fl-2022 jirċievu €21.14 fil-ġimgħa. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li ġenituri li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena, jitħallsu In-Work Benefit kif ġej: · Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu u bil-Paga Minima Nazzjonali, jiħallsu rata ta’ €1,500 kull wild fis-sena; · Għal koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem, jitħallsu rata ta’ €730 kull wild fis-sena – jekk it-tieni ġenitur jaħdem ir-rata titla’ sa €1,500 kull wild fis-sena; · Għal ġenituri waħidhom li jaħdmu, jitħallsu rata ta’ €1,500 kull wild fis-sena. Ta’ min jgħid ukoll li min ikun fuq il-Paga Minima Nazzjonali, ikollhom dritt ukoll: · għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u · għall-Kartuna r-Roża jekk ikunu miżżewġin, ikollhom mard kroniku u ma jeċċedux kapital ta’ €23,300. Fit-tabella t’hawn taħt jidhru komposizzjonijiet ta’ persuni jew familji differenti li jaħdmu u għandhom il-Paga Minima Nazzjonali (PMN) u d-dħul minimu gross li għandhom bejn paga u benefiċċji kif spjegat fuq u kif dan kien fl-2012 u kif inhu fl-2022. Kategorija 2012 2022 Persuna single bil-PMN € 8,972 € 10,618 Koppja bla tfal b’PMN waħda € 8,972 € 11,119 Single parent bil-PMN (wild wieħed taħt 16-il sena) € 9,890 € 12,842 Single parent bil-PMN (2 itfal taħt 16-il sena) € 11,046 € 15,665 Single parent bil-PMN (3 itfal taħt 16-il sena) € 12,202 € 18,488 Single parent bil-PMN (wild wieħed 17-22 sena) € 8,972 € 12,619 Single parent bil-PMN (2 itfal 17-22 sena) € 8,972 € 14,120 Single parent bil-PMN (3 itfal 17-22 sena) € 8,972 € 15,620 Koppja b’PMN waħda (wild wieħed taħt 16-il sena) € 9,890 € 12,072 Koppja b’PMN waħda (2 itfal taħt 16-il sena) € 11,046 € 14,125 Koppja b’PMN waħda (3 itfal taħt 16-il sena) € 12,202 € 16,177 Koppja b’PMN waħda (wild wieħed 17-22 sena) € 9,157 € 11,849 Koppja b’PMN waħda (2 itfal 17-22 sena) € 9,157 € 12,579 Koppja b’PMN waħda (3 itfal 17-22 sena) € 9,157 € 13,309 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed taħt 16-il sena) € 13,522 € 16,462 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal taħt 16-il sena) € 14,310 € 18,905 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal taħt 16-il sena) € 15,098 € 21,347 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed 17-22 sena) € 12,734 € 15,520 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal 17-22 sena) € 12,734 € 17,020 Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal 17-22 sena) € 12,734 € 18,520 * L-ammonti t’hawn fuq ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u il-valur tal-mediċini b’xejn jekk intitolati għalihom ** Aktar dettall ta’ kif inħadmu dawn l-ammonti jinsab fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Miżura tal-Baġit 2022 – applikazzjonijiet għal għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, wara l-implimentazzjoni ta’ miżura tal-Baġit 2022 favur persuni li ma jkollhomx indirizz fiss, kemm kienu dawk il-persuni li applikaw u x’għajnuna soċjali qed tingħatalhom? Hemm xi applikanti li ġew miċħuda għajnuna jew għadhom qed jistennew biex jinqdew? X’inhuma s-servizzi, barra l-assistenza soċjali, li l-ministeru permezz ta’ ħidma ma’ għaqdiet volontarji, qed jagħti lil dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi permezz tal-proċedura l-ġdida fejn persuni li ma jkollhomx indirizz fiss jistgħu jżuru hub ta’ servizz.gov sabiex jiġu riferuti għall-iskrutinju tas-social workers fi ħdan id-Diviżjoni għall-Finanzjarja u Osservanza fi ħdan il-Ministeru tiegħi, u kif ukoll fi ħdan l-FSWS, sa issa waslu żewġ (2) referrals dwar persuni hekk. Wara l-istħarriġ meħtieġ instab illi ż-żewġ persuni qegħdin jgħixu f’shelter u allura għaddej il-proċess ta’ biex jibdew jitħallsu l-Assistenza Soċjali. Fl-istess waqt se jkunu qed jiġu mgħejjuna sabiex isibu impjieg, isibu akkomadazzjoni stabbli u jkunu finanzjarjament indipendenti. Barra minn hekk, il-Ministeru tiegħi għandu 4 Public Social Partnerships ma’ NGOs differenti li joffru kenn lill-persuni bla indirizz fiss u li qed jingħataw għajnuna ta’ €1.2m fis-sena. Infakkar mhux biss lil dawn l-NGOs iżda lil kull għaqda oħra li taħdem ma’ persuni vulnerabbli sabiex meta jiltaqgħu ma’ każi ta’ persuni li jkollhom dawn it-tip ta’ problemi ifittxu l-għajnuna tal-professjonisti tagħna sabiex nassistuhom bl-aħjar mod.

Infrastructure Malta — Triq Ġużeppi Ciappar - culvert

Question

Jista' l-Ministru jinkariga lill-Infrastructure Malta sabiex tikkunsidra tagħmel culvert fil-bidu ta' Triq Ġiuzeppi Ciappar fejn tmiss ma' Triq il-Kbira Ħal Qormi minħabba l-ammont ta' ilmijiet li jinġabru mix-xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser jagħmel spezzjoni fuq il-post u jinvestiga dan l-ilment.

Ħaddiema liċenzjati tax-Xatt — ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24394 u 24209 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union fejn Transport Malta għaddiet l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lil Malta Dockers Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24395 u 24210 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, li nżamm sigriet minn kullħadd inkluż mill-media, Transport Malta se tħallas lil Malta Dockers Union aktar minn nofs miljun ewro fis-sena għall-15-il sena li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24396 u 24211 u jikkonferma li l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, jagħti d-dritt lil Malta Dockers Union li hija tgħaddi l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lill-kumpanija oħra li ma għandha x’taqsam xejn mal-ħaddiema tax-xatt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24397 u 24212 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, numru ta’ ħaddiema ta’ Transport Malta ġew jew ser jiġu trasferiti b’anqas dħul finanzjarju biex jagħmlu wisa’ għall-persuni ġodda magħżula mill-Malta Dockers Union jew mill-Kumpanija li ser tagħżel l-Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.